3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/53 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 448/2014
tat-2 ta' Mejju 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 billi jaġġorna referenzi għall-Annessi tal-Konvenzjoni ta' Chicago
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 4, 6 u 7 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8b(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 (3) jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. Dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni jagħtu effett għall-istandards u l-obbligi previsti fil-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944 (“il-Konvenzjoni ta' Chicago”), skont l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-Artikolu 2(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(2) |
L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) riċentement emendat l-Annessi 3, 4, 10, 11, 14 u 15 tal-Konvenzjoni ta' Chicago. L-emendi tal-Annessi 3, 4, 10, 11, l-emenda 11-A tal-Anness 14 u l-Anness 15 daħlu fis-seħħ fl-14 ta' Novembru 2013, filwaqt li l-emenda 11-B tal-Anness 14 hija prevista li tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Novembru 2014. |
(3) |
Kif stabbilit fil-premessa 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011, sakemm ikun hemm traspożizzjoni sħiħa tal-istandards rilevanti tal-ICAO fil-liġi tal-Unjoni, is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom joperaw b'konformità mal-istandards rilevanti tal-ICAO. Dan japplika wkoll fir-rigward tal-istandards riveduti li jirriżultaw mill-emendi riċenti tal-Annessi tal-Konvenzjoni ta' Chicago. Ir-referenzi għall-Konvenzjoni li jinsabu fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku li ġie stabbilit bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1035/2011 huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 271, 18.10.2011, p. 23).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
ANNESS
1. |
Fl-Anness I, il-punt 2.2.1, it-tieni paragrafu jinbidel b'dan li ġej: “L-informazzjoni elenkata fil-punti (a) u (b) għandha tkun konsistenti mal-pjan ta' prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali msemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u, safejn jikkonċerna d-dejta dwar is-sikurezza, għandha tkun konsistenti mal-Programm tas-Sikurezza tal-Istat imsemmi fl-Istandard 3.1.1 tal-Anness 19 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), kif ikun applikabbli.” |
2. |
Fl-Anness II, il-punt 4, is-subparagrafi (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:
(*) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas-26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010 (ĠU L 281, 13.10.2012, p. 1).”" |
3. |
Fl-Anness III, il-Punt 2, is-subparagrafi (a), (b) u (c) jinbidlu b'dan li ġej:
(**) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).”" |
4. |
Fl-Anness IV, il-punt 2, l-ewwel paragrafu jinbidel b'dan li ġej:
|
5. |
Fl-Anness V, il-punt 3, is-subparagrafi (a) sa (e) jinbidlu b'dan li ġej:
|