|
3.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 446/2014
tat-2 ta' Mejju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 u (UE) Nru 275/2010, dwar is-serje ta' dejta li għandha tiġi prodotta u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2)(a), (b), (d), (e) u (j) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta' statistiċi Ewropej fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozji fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 (2) stabbilixxa l-frekwenza tal-kompilazzjoni tal-istatistiċi strutturali kummerċjali pluriennali u l-analiżi tar-riżultati għall-produzzjoni ta' statistiċi strutturali kummerċjali sabiex tkun prodotta dejta paragunabbli u armonizzata bejn l-Istati Membri. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2010 (3) stabbilixxa l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-kontenut tar-rapporti tal-kwalità li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri. |
|
(4) |
Jinħtieġ li tiġi aġġornata l-lista ta' karatteristiċi billi tiġi speċifikata serje ta' dejta dwar id-demografija tal-intrapriżi li jkollhom tal-anqas impjegat wieħed li jirrispondi għall-bżonn ta' żieda fil-paragunabbiltà internazzjonali tar-riżultati, speċjalment għall-istatistiċi fuq l-intraprenditorija. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll l-ewwel sena ta' referenza, il-frekwenza u l-analiżi tar-riżultati għal dawn il-karatteristiċi. Għaldaqstant, l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 u l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 251/2009 għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
L-esperjenza wriet li l-karatteristiċi stabbiliti fl-Annessi V sa VII tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 mhumiex meħtieġa fil-frekwenza annwali attwali. Għaldaqstant, il-frekwenza għandha tinbidel għal kompilazzjoni li ssir darba kull 10 snin. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Ir-rapporti tal-kwalità dwar l-istatistiċi kkumpilati skont l-Annessi V sa VII tar-Regolament (KE) Nru 295/2008, ma għadhomx meħtieġa fuq bażi annwali. Għalhekk, il-frekwenza tagħhom għandha tinbidel għal sottomissjoni kull 10 snin f'konformità mar-rekwiżiti tad-dejta. L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 275/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar tal-progress fl-innovazzjoni fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-Unjoni u l-partijiet interessati nazzjonali talbu għal indikatur integrat uniku. Dan l-indikatur huwa, inter alia, maħsub biex l-impjiegi jkunu punt ta' riferiment f'intrapriżi innovattivi u ta' tkabbir għoli madwar l-Ewropa u internazzjonalment. Il-provvista tad-dejta li fuqha huwa bbażat dan l-indikatur il-ġdid hija urġenti sabiex ikun jista' jsir użu minnu fis-Semestru Ewropew 2014. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, V, VI, VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 251/2009 huma emendati skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 275/2010 huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-serje ta' dejta li għandha tiġi prodotta għall-istatistiċi strutturali tal-kummerċ u l-adattamenti meħtieġa wara l-klassifikazzjoni ta' statistika tal-prodotti assoċjati mal-attività (CPA), (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 170).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2010 tat-30 ta' Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali (ĠU L 86, 1.4.2010, p. 1).
ANNESS I
L-Annessi I, V, VI, VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 huma emendati kif ġej:
|
1. |
Fl-Anness I, il-punt 1 tat-Taqsima 8 “Trażmissjoni ta' riżultati” jinbidel b'dan li ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness V, it-Taqsima 5 tinbidel b'dan li ġej: “TAQSIMA 5 L-ewwel sena ta' referenza L-ewwel sena ta' referenza li għaliha tiġi kkumpilata statistika għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hija s-sena kalendarja tal-2008.” |
|
3. |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 251/2009, huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-Punt 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Il-punti 5, 6 u 7 huma emendati kif ġej:
|
|
3. |
Il-Punt 9 huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS III
It-Taqsima II għall-Anness tar-Regolament (UE) Nru 275/2010 għandha tinbidel b'dan li ġej:
“TAQSIMA II
Skeda
Kull sena mill-2011 'il quddiem, sa tmiem Jannar, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi lill Istati Membri bir-rapporti tal-kwalità dwar is-snin ta' referenza t-3, skont l-istruttura tar-rapport tal-kwalità standard tal-ESS, mimlija parzjalment minn qabel bl-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-Annessi I, II, III, IV, VIII u IX. Għal dawn l-Annessi, l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti tal-kwalità kompluti lill-Kummissjoni (Eurostat), kull sena sal-31 ta' Marzu.
Kull 10 snin mill-2021 'il quddiem, sa tmiem Jannar, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri bir-rapporti tal-kwalità dwar is-snin ta' referenza t-3, skont l-istruttura tar-rapport tal-kwalità standard tal-ESS, mimlija parzjalment minn qabel bl-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-Annessi V, VI u VII. Għal dawn l-Annessi, l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapporti tal-kwalità kompluti lill-Kummissjoni (Eurostat), kull 10 snin mill-2021 'il quddiem u dawn iridu jaslu sal-31 ta' Marzu.”