|
1.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 130/41 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 443/2014
tat-30 ta' April 2014
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 183 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2) jipprevedi s-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anness XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3). |
|
(2) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 5 (4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Rawnd tal-Urugwaj, u abbażi tal-aħħar dejta disponibbli għall-2011, l-2012 u l-2013, jeħtieġ li jiġu modifikati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għall-ħjar u ċ-ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa b'seħħ mill-1 ta' Mejju 2014 u l-berquq, it-tadam, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u l-għeneb tal-mejda b'seħħ mill-1 ta' Ġunju 2014. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. Għal raġunijiet ta' leġġibbiltà, jeħtieġ li l-Anness XVIII ta' dan ir-Regolament jinbidel fl-intier tiegħu. |
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li d-dejta aġġornata ssir disponibbli, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness XVIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-ħjar, l-għeneb tal-mejda, il-berquq, iċ-ċirasa għajr iċ-ċirasa qarsa, il-ħawħ inkluż in-nuċiprisk u l-għanbaqar għandhom jiġu sostitwiti mil-livelli elenkati fil-kolonna korrispondenti ta' dan l-Anness kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Kommunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS
“ANNESS XVIII
DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2
Bla ħsara għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata bħala indikattiva biss. Il-kamp ta' applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta' dan l-Anness, huwa ddeterminat abbażi tal-kodiċijiet tan-NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.
|
(f'tunnellati) |
||||
|
Numru tal-ordni |
Il-Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
Livelli tal-iskattar |
|
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Mejju |
445 127 |
|
78.0020 |
Mill-1 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
27 287 |
||
|
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru |
12 678 |
|
78.0075 |
Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' April |
12 677 |
||
|
78.0085 |
0709 91 00 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Ġunju |
12 663 |
|
78.0100 |
0709 93 10 |
Zukkini |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru |
112 241 |
|
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta' Diċembru sal-31 ta' Mejju |
252 542 |
|
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementini |
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar |
82 192 |
|
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerine u satsuma); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
Mill-1 ta' Novembru sal-aħħar ta' Frar |
81 570 |
|
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru |
310 090 |
|
78.0160 |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Mejju |
51 670 |
||
|
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta' Lulju sal-20 ta' Novembru |
69 907 |
|
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awwissu |
553 379 |
|
78.0180 |
Mill-1 ta' Settembru sal-31 ta' Diċembru |
72 914 |
||
|
78.0220 |
0808 30 90 |
Lanġas |
Mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April |
183 233 |
|
78.0235 |
Mill-1 ta' Lulju sal-31 ta' Diċembru |
25 489 |
||
|
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju |
5 630 |
|
78.0265 |
0809 29 00 |
Ċirasa. għajr iċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta' Mejju sal-10 ta' Awwissu |
32 371 |
|
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
3 146 |
|
78.0280 |
0809 40 05 |
Pruna |
Mill-11 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru |
16 404 ” |