|
30.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 128/72 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 439/2014
tad-29 ta' April 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 250/2009, li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika strutturali kummerċjali, fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) (a) u (c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta' statistika Ewropea fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u l-prestazzjoni tan-negozji fl-Unjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 (2) stabbilixxa d-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta. |
|
(3) |
Huwa meħtieġ li wieħed jispeċifika d-definizzjonijiet għall-karatteristiċi tad-demografija ta' intrapriżi b'mill-inqas impjegat wieħed li jirrispondu għall-bżonn ta' żieda fil-komparabbiltà internazzjonali tar-riżultati, speċjalment għall-istatistika dwar l-intraprenditorija. Dawn id-definizzjonijiet għandhom jiġu miżjuda fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 250/2009. Il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta kif stipulati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009, inkluża l-lista tal-identifikaturi tas-sett tad-dejta, is-serje u l-lista ta' varjabbli għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjonijiet ta' karatteristiċi, il-format tekniku għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-rekwiżiti tar-rappurtar doppju għan-NACE Rev.1.1 u n-NACE Rev.2 u d-derogi li għandhom jingħataw għall-istatistika strutturali tan-negozji (ĠU L 86, 31.3.2009, p. 1)
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 250/2009 huma emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|