25.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 124/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 420/2014

tal-24 ta' April 2014

li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta' applikazzjonijiet għal ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta' tariffi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru tal-ordni 09.4317 ġie sospiż mis-27 ta' Settembru 2013 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2013 (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

(2)

Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni stipulata permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 931/2013 tat-tressiq ta' appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru tal-ordni 09.4317 mis-27 ta' Settembru 2013 qed tiġi rtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2013 tas-26 ta' Settembru 2013 li jiffissal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li saret applikazzjoni għalihom mit-8 sal-14 ta' Settembru 2013 għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta' tariffi u s-sospensjoni tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal liċenzji bħal dawn (ĠU L 255, 27.9.2013, p. 11).