23.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/40 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 399/2014
tat-22 ta' April 2014
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus brevis DSM 23231, Lactobacillus brevis DSMZ 16680, Lactobacillus plantarum CECT 4528 u Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu, jistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-valutazzjoni tal-prodotti li kienu jintużaw bħala addittivi tal-foraġġ insilat fl-Unjoni dakinhar li daħal fis-seħħ dak ir-Regolament. |
(2) |
Skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus brevis DSM 23231, Lactobacillus brevis DSMZ 16680, Lactobacillus plantarum CECT 4528 u Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-addittivi tal-foraġġ insilat, għall-ispeċi tal-annimali kollha. |
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet biex dawk il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, u ntalab li dawn l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija tal-“addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali tal-“addittivi tas-silaġġ”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet tressqu wkoll id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-4 ta' Diċembru 2013 (2) u tal-5 ta' Diċembru 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ikkonċernati ma għandhom ebda effett negattiv fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjonijiet ta' Lactobacillus brevis DSM 23231, Lactobacillus brevis DSMZ 16680, Lactobacillus plantarum CECT 4528 u Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-foraġġ insilat. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni immedjata tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju lilhom infushom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Awtorizzazzjoni
Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi tal-“addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali tal-“addittivi tal-foraġġ insilat”, huma awtorizzati biex jintużaw bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżitorji
Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fih dawn il-preparazzjonijiet, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel it-13 ta' Novembru 2014 f'konformità mar-regoli applikabbli qabel il-15 ta' Mejju 2014, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jintużaw il-ħażniet eżistenti kollha.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2014; 12(1):3530.
(3) EFSA Journal 2014; 12(1):3534, EFSA Journal 2014; 12(1):3533 u EFSA Journal 2014; 12(1):3535.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età Massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta' materja friska |
|||||||||||||||
Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tal-foraġġ insilat |
|||||||||||||||
1k20736 |
— |
Lactobacillus brevis DSM 23231 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus brevis DSM 23231 li fiha ammont minimu ta' 1 × 1010 CFU/g tal-addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus brevis DSM 23231. Il-metodu analitiku (1) In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787). L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
Kull speċi tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-13 ta' Mejju 2024 |
||||||
1K 20737 |
— |
Lactobacillus brevis DSMZ 16680 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus brevis DSM 16680 li fiha ammont minimu ta' 2,5 × 1010 CFU/g tal-addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus brevis DSMZ 16680 Il-metodu analitiku (1) In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787) L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
Kull speċi tal-annimali |
|
|
|
|
It-13 ta' Mejju 2024 |
||||||
1k20738 |
— |
Lactobacillus plantarum CECT 4528 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum CECT 4528 li fiha minimu ta' 2,5 × 1011 CFU/g ta' addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli tal-Lactobacillus plantarum CECT 4528. Il-metodu analitiku (1) In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787) L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
Kull speċi tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-13 ta' Mejju 2024 |
||||||
1K 20739 |
— |
Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni tal-Lactobacillus fermentum NCIMB 30169 li fiha minimu ta' 2,5 × 1010 CFU/g ta' addittiv. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vijabbli ta' Lactobacillus fermentum NCIMB 30169. Il-metodu analitiku (1) In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15787) L-identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE). |
Kull speċi tal-annimali |
— |
— |
— |
|
It-13 ta' Mejju 2024 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx