28.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/20 |
Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, fir-rigward ta' ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 103 tal-5 ta' April 2014 )
1. |
Fil-paġna 22, premessa 4, l-ewwel żewġ sentenzi, |
minflok:
“(4) |
[…] biex prodott bijoċidali li jissodisfa l-kriterji għal din il-klassifikazzjoni jkun disponibbli fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali. Il-punt (c) tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-awtorizzazzjoni biex prodotti bijoċidali li jissodisfaw il-kriterji li jagħmluhom persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (‘PBT’), jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (‘vPvB’) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jkunu disponibbli fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali.”, |
aqra:
“(4) |
[…] biex prodott bijoċidali li jissodisfa l-kriterji għal din il-klassifikazzjoni jitqiegħed fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali. Il-punt (c) tal-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-użu mill-pubbliku ġenerali ta' prodotti bijoċidali li jissodisfaw il-kriterji li jagħmluhom persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (‘PBT’), jew persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna (‘vPvB’) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) .”; |
2. |
Fil-paġna 24, premessa 21, l-ewwel sentenza, |
minflok:
“(21) |
L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ifittex li jippermetti t-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati bi prodotti bijoċidali […]”, |
aqra:
“(21) |
L-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 ifittex li jippermetti l-introduzzjoni fis-suq ta' oġġetti ttrattati bi prodotti bijoċidali […]”; |
3. |
Fil-paġna 24, premessa 22, l-ewwel sentenza, |
minflok:
“(22) |
Billi l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika biss għal oġġetti ttrattati li diġà qegħdin fis-suq, iddaħħlet projbizzjoni mhux maħsuba […]”, |
aqra:
“(22) |
Billi l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 japplika biss għal oġġetti ttrattati li diġà ġew introdotti fis-suq, iddaħħlet projbizzjoni mhux maħsuba […]”; |
4. |
Fil-paġna 25, premessa 27, l-ewwel u l-aħħar sentenza, |
minflok:
“(27) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali li […].[…].[…]. Barra minn hekk, […], għandu jkun hemm il-possibbiltà li persuna oħra tkun tista' tqiegħed fis-suq prodotti bijoċidali li fihom dik is-sustanza, […].”, |
aqra:
“(27) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jipprojbixxi l-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti bijoċidali […].[…].[…]. Barra minn hekk, […], għandu jkun hemm il-possibbiltà li persuna oħra tkun tista' tintroduċi fis-suq prodotti bijoċidali li fihom dik is-sustanza, […].”; |
5. |
Fil-paġna 29, l-Artikolu 1, il-punt 21 [Artikolu 89, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012], |
minflok:
“2. L-Istat Membru kkonċernat jista', skont ir-regoli nazzjonali tiegħu, jawtorizza biss id-disponibbiltà fis-suq jew l-użu fit-territorju tiegħu ta' prodott bijoċidali li jkun fih biss:”,
aqra:
“2. L-Istat Membru kkonċernat jista', skont ir-regoli nazzjonali tiegħu, jawtorizza biss it-tqegħid fis-suq jew l-użu fit-territorju tiegħu ta' prodott bijoċidali li jkun fih biss:”;
6. |
Fil-paġna 30, l-Artikolu 1, il-punt 23 [Artikolu 93, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012], |
minflok:
“(23) |
B'deroga mill-Artikolu 17(1), Stat Membru jista' jkompli japplika s-sistema jew il-prattika attwali tiegħu li jagħmel disponibbli fis-suq u juża […]”, |
aqra:
“(23) |
B'deroga mill-Artikolu 17(1), Stat Membru jista' jkompli japplika s-sistema jew il-prattika attwali tiegħu li jqiegħed fis-suq u juża […]”; |
7. |
Fil-paġna 31, l-Artikolu 1, il-punt 24 [Artikolu 94, il-paragrafu 1, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012], |
minflok:
“1. […], jew inklużi fl-Anness I, jista' jitqiegħed fis-suq sa waħda mid-dati li ġejjin:”,
aqra:
“1. […], jew inklużi fl-Anness I, jista' jiġi introdott fis-suq sa waħda mid-dati li ġejjin:”;
8. |
Fil-paġna 31, l-Artikolu 1, il-punt 24 [Artikolu 94, il-paragrafu 2, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012], |
minflok:
“2. […] għat-tip tal-prodott u l-użu rilevanti, jew inklużi fl-Anness I, jista' jitqiegħed fis-suq sal-1 ta' Marzu 2017.”,
aqra:
“2. […] għat-tip tal-prodott u l-użu rilevanti, jew inklużi fl-Anness I, jista' jiġi introdott fis-suq sal-1 ta' Marzu 2017.”.