27.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 91/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 307/2014
tal-24 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 875/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja wara rieżami interim taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1. Il-miżuri fis-seħħ
(1) |
Wara investigazzjoni (‘l-investigazzjoni oriġinali’), il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 682/2007 (2), impona dazju definittiv ta’ antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreżervat li fil-preżent jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 2001 90 30 u ex 2005 80 00 li joriġinaw fit-Tajlandja. Il-miżuri ħadu s-sura ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 3,1 % u 12,9 %. |
(2) |
Bir-Regolament (KE) Nru 954/2008 (3), il-Kunsill emenda l-miżuri fis-seħħ fir-rigward ta’ produttur esportatur wieħed u konsegwentement ir-rata applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”, minn hemm ‘il quddiem li tvarja bejn 3,1 % u 14,3 %. |
(3) |
Wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“ir-rieżami ta’ skadenza”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 875/2013 (4), żamm id-dazju li jvarja bejn 3,1 % u 14,3 %. |
2. Talba għal rieżami
(4) |
Il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) rċeviet talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Din it-talba ġiet ippreżentata minn River Kwai International Food Industry Co. Ltd. (‘l-applikant’), produttur esportatur mit-Tajlandja. |
(5) |
It-talba hija limitata fil-portata għall-investigazzjoni ta’ dumping safejn għandu x’jaqsam l-applikant. |
(6) |
Fit-talba tiegħu, l-applikant ipprovda evidenza prima facie li, safejn hu kkonċernat id-dumping mill-applikant, iċ-ċirkostanzi li minħabba fihom ġew imposti l-miżuri eżistenti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dewwiema. |
(7) |
B’mod partikolari, l-applikant saħaq li t-tibdil fiċ-ċirkustanzi jirrigwardaw tibdil fil-firxa tal-prodott li hu jikkummerċjalizza li għandhom impatt dirett fuq il-kost tal-produzzjoni tiegħu. Tqabbil tal-prezzijiet domestiċi tiegħu ma’ dawk tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni indika li l-marġni ta’ dumping deher li huwa iktar baxx mil-livell attwali tal-miżuri. |
3. Il-bidu ta’ rieżami interim parzjali
(8) |
Il-Kummissjoni ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta’ rieżami parzjali interim limitata għall-eżaminazzjoni ta’ dumping safejn għandu x’jaqsam l-applikant. Fuq din il-bażi, hija ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) fl-14 ta’ Frar 2013 (‘l-avviż ta’ bidu’), il-bidu ta’ rieżami interim parzjali skont l- Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. |
4. Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami
(9) |
L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2012 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew “il-PIR”). |
5. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
(10) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-applikant, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur kif ukoll l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni (Association Européenne des Transformateurs de Maïs Doux “AETMD”) bit-tnedija tar-rieżami interim. |
(11) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-notifika tal-bidu. |
(12) |
Tqiesu l-kummenti bil-miktub ippreżentati mill-AETMD, u fejn kien il-każ dawn ġew ikkunsidrati. |
(13) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet tweġiba fiż-żmien ta’ skadenza stipulat għal dan l-għan. |
(14) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li hi qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tad-dumping. Il-Kummissjoni wettqet żjara ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-applikant fit-Tajlandja f’Bangkok u Kanchanaburi. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
1. Il-prodott ikkonċernat
(15) |
Il-prodott investigat f’dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak iddefinit fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami tal-iskadenza, partikolarment qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) bil-qalba, ippreparat jew ippreżervat permezz tal-ħall jew tal-aċtu aċetiku, mhux iffriżat, li fil-preżent jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM ex 2001 90 30, u qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) bil-qalba, ippreparat jew ippreżervat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux iffriżat, għajr prodotti oħrajn tal-intestatura 2006, li fil-preżent jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 2005 80 00 joriġinaw fit-Tajlandja. |
2. Prodott simili
(16) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u konfermat fir-rieżami tal-iskadenza il-qamħ ħelu prodott u mibjugħ fl-Unjoni u l-qamħ ħelu prodott u mibjugħ mit-Tajlandja nstab li kellu essenzjalment l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użi bażiċi bħala qamħ ħelu prodott fit-Tajlandja u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Għalhekk huma meqjusa simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. ID-DUMPING
1. Id-determinazzjoni tal-Valur Normali
(17) |
Skont l-ewwel sentenza tal- Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku totali tal-applikant tal-prodott simili matul il-PIR kienx rappreżentattiv. Il-bejgħ domestiku huwa rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili rrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PIR. |
(18) |
It-total tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv. |
(19) |
Sussegwentament, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti li kienu identiċi jew komparabbli direttament mat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
(20) |
Għal kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ prodotti, il-Kummissjoni stabbiliet jekk il-bejgħ domestiku kienx biżżejjed rappreżentattiv skont l- Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv, jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dan it-tip ta’ prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-PIR jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli. |
(21) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li, għat-tipi kollha tal-prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-bejgħ domestiku tal-applikant sar fi kwantitajiet rappreżentattivi. |
(22) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon ta’ bejgħ bi qligħ lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-PIR sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(23) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta’ prodott sew jekk il-bejgħ huwa profitabbli u sew jekk mhux, jekk
|
(24) |
L-analiżi tal-Kummissjoni tal-bejgħ domestiku wriet li aktar minn 90 % tal-bejgħ domestiku kien bi qliegħ u li l-prezz tal-bejgħ medju peżat kien ogħla mill-ispiża ta’ produzzjoni għal kull unità. Għalhekk, il-valur normali ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PIR. |
2. Id-determinazzjoni tal-Prezz tal-esportazzjoni
(25) |
Il-bejgħ kollu mill-applikant għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni sar direttament lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni jew it-Tajlandja. Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk huwa stabbilit, fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3. Paragun
(26) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
(27) |
Fejn ġustifikat, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l- Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
(28) |
L-aġġustamenti għad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni, l-ispejjeż tal-immaniġġjar u t-tagħbija, l-ippakkjar, senseriji, spejjeż ta’ kreditu u spejjeż bankarji ġew mogħtija meta applikabbli u ġustifikati. |
(29) |
L-applikant talab konċessjoni skont l-Artikolu 2(10)(d) tar-Regolament bażiku għal differenza fil-valur tal-marka meta mibjugħa taħt il-marka tagħha stess fis-suq domestiku u meta mibjugħa taħt il-marka tagħha stess fis-suq tal-Unjoni. Allegatament, il-valur tal-marka tad-ditta tal-applikant stess hija ogħla fis-suq Tajlandiz milli fis-suq tal-Unjoni. Sabiex tiġi ġġustifikata t-talba tiegħu l-applikant għamel referenza għall-aġġustament li sar fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami tal-iskadenza. |
(30) |
Madankollu, is-sitwazzjoni tal-applikant f’dan ir-rieżami interim hija differenti mis-sitwazzjoni tal-produtturi esportaturi l-oħra li għalihom l-aġġustament kien mogħti fl-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami tal-iskadenza. L-aġġustament li sar fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami tal-iskadenza speċifikament jirreferi għal produtturi esportaturi li l-bejgħ tagħhom fis-suq domestiku kellhom il-marka kummerċjali tagħhom filwaqt li l-bejgħ lejn l-Unjoni kellhom il-marka kummerċjali tal-bejjiegħ bl-imnut. F’dan ir-rieżami interim, il-bejgħ tal-applikant kemm fis-suq domestiku u kemm fis-suq tal-Unjoni jġorr il-marka kummerċjali tiegħu stess. Barra minn hekk, l-aġġustamenti magħmula fl-investigazzjonijiet oriġinali u r-rieżami ta’ skadenza saru għall-marġni ta’ profitt meta jiġi kostruwit il-valur normali skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Madankollu, f’dan ir-rieżami interim, il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezzijiet domestiċi attwali tal-applikant. |
(31) |
Dwar l-allegat nuqqas ta’ valur tal-marka kummerċjali meta jbiegħu fis-suq tal-Unjoni, l-importatur tal-prodott ikkonċernat tal-applikant li jġorr marka kummerċjali huwa speċjalizzat f’importazzjonijiet ta’ prodotti tal-ikel, speċjalment mill-Asja. L-applikant naqas milli jiċċara jew milli jipprovdi evidenza għaliex il-bejgħ lil dak l-importatur kellu jkollu valur aktar baxx mill-valur tal-marka kummerċjali fis-suq domestiku tal-applikant. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikant ma weriex li l-allegata differenza tal-valur tal-marka kellha impatt fuq il-prezzijiet jew il-komparabilità tal-prezzijiet. |
(32) |
L-applikant afferma wkoll l-istess aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku. Madankollu, billi l-applikant ma weriex li l-allegata differenza għandha impatt fuq il-prezzijiet jew il-kumparabbiltà tal-prezzijiet, il-konċessjoni lanqas ma setgħet tiġi aċċettata taħt din id-dispożizzjoni. |
(33) |
Din it-talba għal konċessjoni taħt l-Artikolu 2(10)(b) u l-Artikolu 2(10)(k) hija għalhekk miċħuda. |
(34) |
B’referenza għall-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, l-applikant iddikjara wkoll konċessjoni għal tnaqqis ta’ taxxa tal-esportazzjoni mħallsa mill-gvern. L-ammont għandu jitħallas lill-applikant mill-Gvern meta l-prodott ikkonċernat huwa mibjugħ għall-esportazzjoni, inkluż lejn is-suq tal-Unjoni. |
(35) |
L-applikant jista’ juri li ammont ekwivalenti għal inqas minn 0,5 % tal-valur tal-fattura huwa mħallas lill-applikant għal esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni. Iżda, skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, għandu jsir aġġustament għall-valur normali jekk il-kondizzjonijiet stipulati f’dak l-Artikolu huma ssodisfati u mhux mal-prezz tal-esportazzjoni kif stqarr l-applikant. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li ma tista’ tiġi stabbilita l-ebda rabta diretta bejn ħlas li wasal mingħand l-applikant fir-rigward tal-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni u l-piżijiet fuq l-importazzjoni ta’ materja prima fiżikament inkorporata fih. |
(36) |
L-applikant afferma wkoll l-istess aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(k). Madankollu, minħabba li ma rnexxilu juri l-ebda rabta bejn ir-rifużjoni ta’ taxxa tal-esportazzjoni u l-ipprezzar tal-prodott esportat ikkonċernat, it-talba ma setgħetx tiġi aċċettata. |
(37) |
Din it-talba għal konċessjoni għal rifużjoni ta’ taxxa tal-esportazzjoni taħt l-Artikolu 2(10)(b) u l-Artikolu 2(10)(k) hija għalhekk miċħuda. |
4. Dumping matul il-PIR
(38) |
Il-valur normali medju differenzjat ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni tqabbel mal-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. |
(39) |
Fuq din il-bażi, il-marġni ta’ dumping medju peżat, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, instab li hu ta’ 3,6 %. |
4. IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA
(40) |
Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iċ-ċirkustanzi li fuq il-bażi tagħhom ġie msejjes il-marġni ta’ dumping attwali nbidlux u jekk dan it-tibdil huwiex ta’ natura dejjiema. |
(41) |
Fit-talba tiegħu għal rieżami, l-applikant irrefera għal bidliet fil-firxa tal-prodott li jikkummerċjalizza li jkollhom impatt dirett fuq il-kost tal-produzzjoni tiegħu. L-investigazzjoni kkonfermat li, minħabba ristrutturar korporattiv, l-applikant m’għadux jipproduċi u jbigħ ċerti prodotti oħra kif imqabbel mal-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, u li din il-bidla kellha impatt fuq il-kost tal-produzzjoni għall-prodott ikkonċernat. |
(42) |
AETMD ikkumenta li r-ristrutturar li twettaq mill-applikant jista’ ma jkunx ta’ natura dejjiema peress li jista’ faċilment jitreġġa’ lura. |
(43) |
Tabilħaqq huwa possibbli li l-ġestjoni tal-applikant, jekk ikun jixtieq hekk, tkun f’pożizzjoni li treġġa’ lura r-ristrutturar. Madankollu, ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li d-deċiżjoni tal-applikant li jirristruttura u li jirrazzjonalizza l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-grupp bejn il-kumpaniji tal-grupp mhux se tkun ta’ natura dejjiema. Barra minn hekk, ir-ristrutturar diġà seħħ sal-2009 li jindika li l-istruttura korporattiva ġdida hija ta’ natura dejjiema. |
(44) |
Wara l-iżvelar, l-AETMD tenniet l-istqarrija tagħha li l-bidla li fuq il-bażi tagħha nbeda r-rieżami ma setgħetx titqies bħala ta’ natura dejjiema. B’mod aktar speċifiku, hi ddubitat mill-impatt fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni minħabba r-riorganizzazzjoni interna fi ħdan il-grupp, u stqarret li l-ispejjeż fil-grupp jistgħu sempliċiment jiġu allokati mill-ġdid sabiex jitnaqqas il-valur normali. Għal din ir-raġuni, il-kost il-ġdid tal-produzzjoni ma setax jiġi kkunsidrat bħala ta’ natura dejjiema. L-AETMD nnutat ukoll li sussidjarja responsabbli mill-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti friski għandha l-istess indirizz bħal tal-applikant. L-AETMD stqarret li din hija indikazzjoni oħra li r-riorganizzazzjoni mhix profonda u dejjiema. |
(45) |
B’reazzjoni għall-istqarrijiet tal-AETMD stipulati fil-premessa (44), l-applikant saħaq li r-riorganizzazzjoni wasslet ukoll għal titjib fis-sistema tal-kontabilità tal-ispejjeż fejn ġew identifikati u solvuti konġestjonijiet sabiex il-produzzjoni tittejjeb kemm jista’ jkun u biex tnaqqas l-ispejjeż tal-manifattura. L-applikant saħaq ukoll li kull treġġigħ lura tar-riorganizzazzjoni tal-2009 f’dan l-istadju jkun proċess kumpless ħafna peress li l-kumpanija possedenti tal-applikant, Agripure Holding PLC, hija kkwotata fil-Borża tat-Tajlandja. |
(46) |
Ir-riskju għal treġġigħ lura potenzjali tar-riorganizzazzjoni mill-applikant diġà ġie indirizzat fil-premessa (43). |
(47) |
Barra minn hekk, bil-għan li tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-pretensjonijet fit-talba għall-ftuħ ta’ dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għamlet paragun tal-ispiża tal-produzzjoni tat-tipi ta’ prodotti esportati lejn l-Unjoni matul l-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri qabel riorganizzazzjoni tal-applikant fl-2009) u matul il-PIR. Dak it-tqabbil tabilħaqq ikkonferma li l-kostijiet tal-manifattura għal kull unità inbidlu b’mod sinifikanti. Il-bidla fl-ispejjeż tal-manifattura għal kull unità identifikata tmur lilhinn minn sempliċi allokazzjoni mill-ġdid ta’ spejjeż u hija dovuta għal tnaqqis reali fl-ispejjeż indiretti tal-produzzjoni bħalma huma l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u l-ispejjeż tax-xogħol. |
(48) |
Fir-rigward tal-kwistjoni tal-applikant u s-sussidjarja tiegħu li għandhom l-istess indirizz amministrattiv, din hija prattika komuni tan-negozju. Barra minn hekk, matul żjara ta’ verifika fil-bini tal-applikant, il-Kummissjoni nnutat li l-linji ta’ produzzjoni u l-ħażna ta’ oġġetti lesti fi ħdan il-bini kienu ddedikati għall-produzzjoni tal-qamħirrum ħelu; Ma kien hemm l-ebda traċċa ta’ produzzjoni u ħażna ta’ prodotti friski mibjugħa mill-kumpanija sussidjarja. |
(49) |
Wara li kkunsidrat l-argumenti tal-AETMD u tal-applikant, u wara li identifikat it-tnaqqis de facto fl-ispiża tal-manifattura għal kull unità bejn l-investigazzjoni oriġinali u l-PIR, l-argument imressaq mill-AETMD għandu jiġi miċħud. |
(50) |
L-AETMD stqarret ukoll li l-applikant kien qed jippjana li jżid il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu matul l-2013 b’madwar 40 %. Skont l-AETMD, dan il-fatt ser imur kontra l-pretensjoni tal-applikant li l-ispejjeż tal-produzzjoni ġodda u riveduti (li segwew ir-ristrutturar) se jkunu ta’ natura dejjiema. |
(51) |
L-investigazzjoni tabilħaqq ikkonfermat li l-applikant huwa fil-proċess li jżid il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu. L-impatt ta’ żieda fil-kapaċità kienet waħda mill-fatturi li fuq il-bażi tagħha ġie konkluż fir-rieżami tal-iskadenza li kien hemm riskju għal kontinwazzjoni tad-dumping (6). |
(52) |
Wara l-iżvelar, l-AETMD tenniet it-talba li investiment f’kapaċità ġdida ta’ produzzjoni ser ikollu effett fuq l-ispiża tal-produzzjoni u għalhekk, l-ispejjeż tal-produzzjoni li fil-konfront tagħhom tqabblu l-prezzijiet domestiċi prevalenti f’dan ir-rieżami (ara l-premessa (24)), mhumiex ta’ natura dejjiema. B’mod partikolari, AETMD għamlet kalkolu bbażat fuq sorsi disponibbli li fuq il-bażi tagħhom ikkonkludiet li l-ispejjeż totali kienu se jiżdiedu minħabba żieda fid-deprezzament b’madwar 10 % meta mqabbel mal-ispejjeż attwali. |
(53) |
L-applikant ma jikkontradixxix l-argument tal-AETMD li jikkonċerna ż-żieda tal-spejjeż ta’ deprezzament per se, iżda saħaq li dawn l-ispejjeż ogħla ta’ deprezzament għandhom jiġu kkumpensati b’żidiet fid-dħul totali (permezz ta’ aktar bejgħ) u bi tnaqqis ta’ spejjeż oħra bħala riżultat ta’ aktar awtomizzazzjoni. |
(54) |
Kif imsemmi fil-premessa (51), l-applikant huwa tabilħaqq fil-proċess li jinvesti f’faċilitajiet ġodda ta’ produzzjoni. Investimenti f’faċilitajiet ġodda jistgħu jinvolvu żieda tal-ispiża għad-deprezzament. Min-naħa l-oħra u kif l-applikant semma b’reazzjoni għal għall-kumment tal-AETMD, faċilitajiet ġodda ta’ produzzjoni jistgħu wkoll jinvolvu tibdil (meta mqabbla ma’ linji ta’ produzzjoni eżistenti) bħal-livell ta’ awtomazzjoni. Dawn il-bidliet għandu jkollhom effett dirett fuq l-ispejjeż tax-xogħol u tal-enerġija u jistgħu jegħlbu ż-żidiet fl-ispiża tad-deprezzament. |
(55) |
Meta wieħed iqis kollox, qed jiġi konkluż li l-impatt ġenerali fuq l-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità prodotta ma jistax jitkejjel sakemm l-installazzjonijiet il-ġodda ġew inawgurati u kwalunkwe spiża addizzjonali riflessa fil-kontijiet. |
(56) |
Madankollu u wara li jiġi kkunsidrat l-objettiv tal-investiment (żieda fl-effiċjenza u l-kompetittività, biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-manifattura għal kull unità), huwa mistenni li tal-inqas fuq medda medja u twila ta’ żmien mhu se jkun hemm l-ebda żieda sinifikanti fl-ispiża tal-produzzjoni għal kull unità. F’ċirkostanzi bħal dawn huwa mistenni li l-valur normali xorta se jkun ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi kif ukoll f’dan ir-rieżami. L-argument imressaq minn AETMD kellu għalhekk jiġi rifjutat. |
(57) |
Wara l-iżvelar, l-AETMD kellha dubji wkoll dwar in-natura dejjiema tal-marġini l-ġdid ta’ dumping. Hija argumentat li l-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni użati għall-kalkolu tal-marġni ta’ dumping ma kienx rappreżentattiv. B’mod aktar speċifiku, argumentat li:
|
(58) |
Minħabba l-fatt li l-kwantitajiet esportati lejn l-Unjoni ma kinux sinifikanti, il-Kummissjoni aċċertat ruħha li l-prezzijiet tal-applikant imħallsa jew pagabbli lill-Unjoni kienu rappreżentattivi billi qabblithom mal-prezzijiet tal-applikant imħallsa jew pagabbli għall-esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi oħra. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-prezzijiet iċċarġjati lill-konsumaturi fl-Unjoni kienu konsistenti ma’ dawk iċċarġjati lill-konsumaturi fi swieq oħra tal-esportazzjoni. |
(59) |
L-eżistenza ta’ segmenti differenti tas-suq, tal-marka proprja u dik tal-bejjiegħa bl-imnut, ġiet rikonoxxuta matul investigazzjonijiet li saru qabel. (8) Dan jikkostitwixxi parti importanti mid-definizzjoni ta’ tipi differenti ta’ prodotti fi ħdan l-ambitu tal-prodott ikkonċernat. Fuq din il-bażi, l-esportazzjonijiet tal-prodotti bil-marka proprja ġew imqabbla mal-bejgħ domestiku tal-prodotti bil-marka propja u l-bejgħ tal-esportazzjoni tal-marka tal-bejjiegħa bl-imnut tqabblu mal-bejgħ domestiku tal-marka tal-bejjiegħ bl-imnut. |
(60) |
It-talba ta’ AETMD li l-esportazzjonijiet futuri se jkunu kkostitwiti primarjament mill-marka kummerċjali tal-bejjiegħa bl-imnut hija spekulattiva, mhux sostnuta minn evidenza u bħala tali mhux biżżejjed biex tpoġġi f’dubju r-rappreżentattività tal-esportazzjonijiet ta’ prodotti tad-ditta tagħhom stess matul il-PIR. It-talba ta’ AETMD hija għalhekk miċħuda. |
(61) |
AETMD sostniet ukoll li t-tnaqqis tad-dazju għal livell aktar baxx jista’ jwassal għal riskju ta’ evażjoni tal-miżuri. |
(62) |
Huwa mfakkar li d-dazji fis-seħħ huma diġà differenzjati bejn produtturi esportaturi Tajlandiżi. Għalhekk, ir-riskju ta’ evażjoni (jiġifieri l-użu Kodiċi addizzjonali TARIC b’dazji aktar baxxi) ilu preżenti mill-introduzzjoni tal-miżuri oriġinali. Id-dazju aktar baxx għal waħda minn dawn il-produtturi esportaturi per se ma jżidx ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni mit-Tajlandja kollha kemm hi. |
(63) |
Barra minn hekk, f’każ li ssir disponibbli informazzjoni li tissuġġerixxi li d-dazji huma mminati permezz ta’ ċirkomvenzjoni, tista’ tinbeda investigazzjoni kif xieraq sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl- Artikolu 13 tar-Regolament bażiku jkunu sodisfatti. |
(64) |
AETMD ddikjarat ukoll li l-applikant jista’ jkun żied artifiċjalment il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni permezz ta’ kontrokumpens b’bejgħ parallel ta’ prodotti oħra bi prezzijiet artifiċjalment baxxi. |
(65) |
Kif indikat fil-premessa (58), il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-prodott ikkonċernat kienu konformi ma’ dawk lejn pajjiżi terzi. Għalhekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienu artifiċjalment għolja matul il-PIR u għalhekk l-argument qed jiġi miċħud. |
5. MIŻURI ANTIDUMPING
(66) |
Fid-dawl tar-riżultati tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li d-dazju tal-antidumping applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn River Kwai International Food Industry Co. Ltd. |
(67) |
Barra minn hekk, u fuq talba mill-applikant, l-indirizz tagħha fit-Tajlandja nbidel ukoll. |
6. DIVULGAZZJONI
(68) |
Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 875/2013. |
(69) |
Wara l-iżvelar, il-Gvern Tajlandiż argumenta li r-rata medja ta’ dazju għal esportaturi mhux fil-kampjun li kkooperaw għandha tiġi riveduta wkoll biex jiġu kkunsidrati is-sejbiet ta’ dan ir-rieżami interim parzjali. Għandu jiġi nnutat li din it-talba tmur lilhinn mill-ambitu limitat ta’ dan ir-rieżami li jimmira biss lejn l-aġġustar tal-livell tar-rati ta’ dazju antidumping eżistenti għall-applikant. Kwalunkwe talba għall-emenda tal-livell tar-rati tad-dazju antidumping wara bidla allegata fiċ-ċirkostanzi għandha titressaq skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni għandha tiġi rrifjutata, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-annotazzjoni dwar River Kwai International Food Industry Co., Ltd fit-tabella tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 875/2013 hija hawnhekk mibdul b’dan li ġej:
Kumpanija |
Dazju antidumping (%) |
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC |
||||
|
3,6 |
A791 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum taè wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. TSAFTARIS
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 682/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod kollettiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba ppreparat jew ippreservat u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 14).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 954/2008 tal-25 ta’ Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 682/2007 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċertu qamħ ħelu bil-qalba, ippreparat jew ippreservat, u li joriġina mit-Tajlandja (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 1).
(4) Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 875/2013 tat-2 ta’ Settembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja wara reviżjoni ta’ skadenza taħt l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 1).
(6) Ara l-premessi (49) sa (75) tar-rieżami tal-iskadenza.
(7) Ara l-premessa (86) tar-rieżami tal-iskadenza.
(8) Ara l-premessa (85) tar-rieżami tal-iskadenza.