21.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 284/2014

tal-21 ta’ Marzu 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Rogozin, Dmitry Olegovich

d.t.t. 21.12.1963; f'Moska

Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa.

Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

2.

Glazyev, Sergey

d.t.t. 1.1.1961, Zaporozhye, (RSS Ukraina)

Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.

Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea.

21.3.2014

3.

Matviyenko, Valentina Ivanova

d.t.t. 7.4.1949, Shepetovka, Khmelnitskyi oblast (RSS Ukraina)

Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina.

21.3.2014

4.

Naryshkin, Sergei Evgenevich

d.t.t. 27.10.1954,

San Pietruburgu (qabel kien Leningrad)

Speaker tal-Istat ta' Duma. Appoġġa pubblikament il-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. Appoġġa pubblikament it-trattat tar-riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata.

21.3.2014

5.

Kiselyov, Dmitry Konstantinovich

d.t.t. 26.4.1954

Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013. Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat Federali Russu "Rossiya Segodnya".

Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li appoġġat il-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina.

21.3.2014

6.

Nosatov, Alexander Mihailovich

d.t.t. 27.3.1963 Sevastopol, (RSS Ukraina)

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

21.3.2014

7.

Kulikov, Valery Vladimirovich

d.t.t. 1.9.1956, Zaporozhye, (RSS Ukraina)

Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall

Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina.

21.3.2014

8.

Surkov, Vladislav Yurievich

d.t.t. 21.9.1964, Solntsevo, Lipetsk

Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Huwa kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li bih il-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet li dgħajfu lill-awtoritajiet Ukraini fil-Krimea.

21.3.2014

9.

Mikhail Malyshev

President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea

Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli fis-sistema Russa mill-firma tar-riżultati tar-referendum.

21.3.2014

10.

Valery Medvedev

President tal- Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol

Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli skont is-sistema Russa mill-firma tar-riżultati tar-referendum.

21.3.2014

11.

Logutenent Ġeneral Igor Turchenyuk

Kmandant tal-forzi Russi fil-Krimea

Il-Kmandant de-facto tat-truppi Russi mobilizzati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja tkompli ssejħilhom uffiċjalment bħala "milizji ta' awtodifiża lokali").

21.3.2014

12.

Elena Borisovna Mizulina

Deputat fl-Istat ta' Duma

Oriġinatur u ko-sponsor tal-bidliet leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu jippermettu lil reġjuni ta' pajjiżi oħrajn jingħaqdu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom.

21.3.2014