18.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 272/2014

tas-17 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 rigward l-aġġustament tal-miżati tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mar-rata tal-inflazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) jikkonsisti f’kontribuzzjoni mingħand l-Unjoni u f’miżati li jħallsu l-impriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn il-miżati.

(2)

Dawn il-miżati għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni tal-2013. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, skont kif ippubblikaha l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (il-Eurostat), fl-2013 kienet 1,5 %.

(3)

Għas-sempliċità, il-livelli aġġustati tal-miżati għandhom jitniżżlu skont l-eqreb EUR 100.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2014.

(6)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2014. Għaldaqstant jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn dik id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 274 400” tinbidel bi “EUR 278 500”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 27 500” tinbidel bi “EUR 27 900”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 106 500” tinbidel bi “EUR 108 100”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 177 300” tinbidel bi “EUR 180 000”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 10 600” tinbidel bi “EUR 10 800”,

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(iii)

il-punt (c) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 82 400” tinbidel bi “EUR 83 600”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 600 sa EUR 61 800” tinbidel bi “EUR 20 900 sa EUR 62 700”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(b)

il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu tal-punt (a) hu emendat kif ġej:

“EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”,

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 82 400” tinbidel bi “EUR 83 600”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 600 sa EUR 61 800” tinbidel bi “EUR 20 900 sa EUR 62 700”.

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 13 600” tinbidel bi “EUR 13 800”.

(d)

fil-paragrafu 4, “EUR 20 600” tinbidel bi “EUR 20 900”.

(e)

fil-paragrafu 5, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(f)

il-paragrafu 6 hu emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 98 400” tinbidel bi “EUR 99 900”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 24 500 sa EUR 73 800” tinbidel bi “EUR 24 900 sa EUR 74 900”.

(2)

Fl-Artikolu 4, “EUR 68 400” tinbidel bi “EUR 69 400”.

(3)

L-Artikolu 5 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 137 300” tinbidel bi “EUR 139 400”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 13 600” tinbidel bi “EUR 13 800”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”,

ir-raba’ subparagrafu hu emendat kif ġej:

“EUR 68 400” tinbidel bi “EUR 69 400”,

“EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 68 400” tinbidel bi “EUR 69 400”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 116 000” tinbidel bi “EUR 117 700”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 13 600” tinbidel bi “EUR 13 800”,

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

il-ħames subparagrafu hu emendat kif ġej:

“EUR 34 300” tinbidel bi “EUR 34 800”,

“EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(iii)

il-punt (c) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 34 300” tinbidel bi “EUR 34 800”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 8 600 sa EUR 25 700” tinbidel bi “EUR 8 700 sa EUR 26 100”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(b)

il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) hu emendat kif ġej:

“EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 41 100” tinbidel bi “EUR 41 700”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 10 300 sa EUR 30 900” tinbidel bi “EUR 10 500 sa EUR 31 400”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(d)

fil-paragrafu 4, “EUR 20 600” tinbidel bi “EUR 20 900”.

(e)

fil-paragrafu 5, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

(f)

il-paragrafu 6 hu emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 32 800” tinbidel bi “EUR 33 300”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 8 200 sa EUR 24 500” tinbidel bi “EUR 8 300 sa EUR 24 900”.

(4)

fl-Artikolu 6, “EUR 41 100” tinbidel bi “EUR 41 700”.

(5)

L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “EUR 68 400” tinbidel bi “EUR 69 400”,

(b)

fit-tieni paragrafu, “EUR 20 600” tinbidel bi “EUR 20 900”.

(6)

L-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 82 400” tinbidel bi “EUR 83 600”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 41 100” tinbidel bi “EUR 41 700”,

(iii)

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 20 600 sa EUR 61 800” tinbidel bi “EUR 20 900 sa EUR 62 700”,

(iv)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 10 300 sa EUR 30 900” tinbidel bi “EUR 10 500 sa EUR 31 400”.

(b)

il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 274 400” tinbidel bi “EUR 278 500”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 137 300” tinbidel bi “EUR 139 400”,

(iii)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 3 000 sa EUR 236 500” tinbidel bi “EUR 3 000 sa EUR 240 000”,

(iv)

fis-sitt subparagrafu, “EUR 3 000 sa EUR 118 400” tinbidel bi “EUR 3 000 sa EUR 120 200”.

(c)

fil-paragrafu 3, “EUR 6 900” tinbidel bi “EUR 7 000”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li jkunu pendenti fl-1 ta’ April 2014.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ April 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).