|
15.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 76/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 265/2014
tal-14 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 642/2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 180 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont il-lista ta’ konċessjonijiet mehmuża mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, kif ġie konkluż mill-Kunsill bid-Deċiżjoni 94/800/KE (2), l-Unjoni Ewropea hija marbuta li tistabbilixxi dazju ta’ importazzjoni għal ċerti ċereali fuq livell li jiżgura li l-prezz ta’ importazzjoni bid-dazju mħallas ma jkunx ogħla mill-prezz effettiv b’intervent miżjud ta’ 55 %. |
|
(2) |
Bil-ħsieb li tittieħed azzjoni dwar dan l-impenn, l-Artikolu 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) jipprevedi b’mod partikolari li d-dazju fuq ċerti ċereali jkun daqs il-prezz b’intervent validu għal dawk iċ-ċereali mal-importazzjoni b’żieda ta’ 55 % u bi tnaqqis tal-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri (4). |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma fihx dispożizzjoni simili għall-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni għall-prodotti agrikoli, l-Artikolu 180 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri biex tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti, fost l-oħrajn, fi ftehimiet internazzjonali li ntlaħqu skont it-Trattat. |
|
(4) |
Għall-fini li jiġu rrispettati l-impenji internazzjonali tal-Unjoni, jeħtieġ li fir-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġi inkluż metodu għall-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni li jkun konformi mal-lista tal-konċessjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li d-dazji tal-importazzjoni jiġu ffissati fil-ħmistax-il jum u fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ kull xahar biex jintużaw fil-ġimagħtejn ta’ wara, u jipprevedi wkoll aġġustament, jekk ikun hemm bżonn, f’kull perjodu ta’ applikazzjoni. Sabiex il-metodu attwali jiġi ssimplifikat, jeħtieġ li jitneħħa l-prinċipju ta’ ffissar awtomatiku tad-dazji applikabbli fil-bidu ta’ kull ġimagħtejn, u minflok id-dazji għandhom jiġu ffissati biss jekk ir-riżultat tal-kalkolu jkun ivarja b’ċertu ammont mir-riżultat li jkun wassal għad-dazji ffissati ta’ qabel jew jekk dan ir-riżultat ikun żero. |
|
(6) |
Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni u tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, għandu jiġi stipulat li l-iffissar tad-dazji ta’ importazzjoni jibda japplika mill-jum tal-pubblikazzjoni tal-miżura f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(7) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li għall-iffissar u l-aġġustamenti li jista’ jkun hemm bżonn, ma għandhomx jitqiesu d-dazji ta’ importazzjoni ta’ kuljum użati għall-perjodu ta’ qabel. Għalhekk, l-għadd ta’ ġranet li jintużaw ivarja skont ix-xejriet tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ ġimagħtejn. Sabiex ikun hemm għadd kostanti ta’ ġranet li jitqiesu bħala għaxart ijiem ta’ xogħol, din id-dispożizzjoni għandha titneħħa. |
|
(8) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li l-prezz tal-intervent li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazji għandu jkun dak tax-xahar li fih japplikaw id-dazji ta’ importazzjoni. Meta wieħed iqis li ż-żidiet ta’ kull xahar fil-prezz bl-intervent ma għadhomx fis-seħħ mis-sena tas-suq tal-2009/2010 għall-qamħ durum u mis-sena tas-suq tal-2010/2011 għall-qamħ komuni, għas-segala, għall-qamħirrum u għas-sorgu, u li l-prezz bl-intervent huwa wieħed fiss, din id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata. |
|
(9) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li d-dazji jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kull darba li dawn jiġu ffissati jew aġġustati. Minħabba li dan l-aġġustament tneħħa, din id-dispożizzjoni għandha tiġi emendata. |
|
(10) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 642/2010 jipprevedi li l-prezzijiet rappreżentattivi ta’ importazzjoni cif għall-qamħ durum ikunu bbażati b’mod partikolari fuq il-kambju ta’ referenza stipulat fl-Anness III tar-Regolament, jiġifieri l-Minneapolis Grain Exchange. Minħabba fl-iżvilupp tal-importanza tal-produzzjoni tal-qamħ durum fl-Istati Uniti tal-Amerika fis-suq dinji, dan il-kambju ma għadux jipprovdi stima rappreżentattiva u affidabbli tas-suq tal-qamħ durum. Minbarra dan, is-sorsi l-oħra ta’ informazzjoni dwar is-suq tal-qamħ durum saru ftit wisq jew mhumiex wisq affidabbli biex jipprovdu bażi għall-iffissar tad-dazji ta’ importazzjoni ta’ dan il-prodott. Fl-aħħar nett, is-sorsi disponibbli juru li l-prezzijiet tal-qamħ durum ta’ kwalità għolja u tal-qamħ komuni ta’ kwalità għolja esportati mill-Istati Uniti qed juru l-istess xejriet. Għaldaqstant, jeħtieġ li d-dazju kkalkolat għall-qamħ komuni ta’ kwalità għolja jiġi applikat għall-qamħ durum ta’ kwalità għolja. Barra minn hekk, għandhom jiġu applikati skonti marbuta mal-kwalità tad-dqiq għall-qamħ durum ta’ kwalità medja u dik baxxa. |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (5) ippreveda emendi fil-kodiċijiet NM għaċ-ċereali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012. Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi għall-kodiċijiet tan-NM li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 642/2010 jiġu adattati biex jirriflettu dawn l-emendi. |
|
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 642/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Minkejja r-rati ta’ dazju ta’ importazzjoni tat-Tariffa Doganali Komuni, id-dazju ta’ importazzjoni fuq il-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 11 00 , 1001 19 00 , ex 1001 91 20 (qamħ komuni taż-żriegħ), ex 1001 99 00 (qamħ komuni ta’ kwalità għolja għajr taż-żriegħ), 1002 10 00 , 1002 90 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 , 1007 10 90 u 1007 90 00 għandu jkun ugwali għall-prezz bl-intervent validu għal dawn il-prodotti mal-importazzjoni, b’żieda ta’ 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta’ importazzjoni cif applikabbli għall-kunsinna kkonċernata. Iżda, dak id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata konvenzjonali tad-dazju kif iddeterminata abbażi tan-Nomenklatura Magħquda. 2. Għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-prezzijiet cif ta’ importazzjoni rappreżentattivi għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi regolari għall-prodotti msemmija f’dak il-paragrafu. 3. Ir-rati tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawk applikabbli fid-data stipulata fl-Artikolu 112 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). (*1) Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).”;" |
|
2. |
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
3. |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
L-Annessi II u III għandhom jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Id-Deċiżjoni 94/800/KE tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal-20 ta’ Lulju 2010 dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 5).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).
ANNESS
“ANNESS II
Standards ta’ klassifikazzjoni għall-prodotti impurtati
(fuq il-bażi ta’ kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % fil-piż jew ekwivalenti)
|
Prodott |
Qamħ komuni u spelt (1) minbarra meslin |
Qamħ durum |
Qamħirrum iebes |
||||||
|
Kodiċi tan-NM |
ex 1001 91 20 et ex 1001 99 00 |
1001 11 00 et 1001 19 00 |
ex 1005 90 00 |
||||||
|
Kwalità (2) |
Għolja |
Medja |
Baxxa |
Għolja |
Medja |
Baxxa |
|
||
|
14,0 |
11,5 |
— |
— |
— |
— |
— |
||
|
77,0 |
74,0 |
— |
76,0 |
76,0 |
— |
76,0 |
||
|
1,5 |
1,5 |
— |
1,5 |
1,5 |
— |
— |
||
|
— |
— |
— |
75,0 |
62,0 |
— |
95,0 |
||
|
— |
— |
— |
— |
— |
— |
25,0 |
||
Tolleranzi
|
Tolleranza permessa |
Qamħ komuni u qamħ durum |
Qamħirrum iebes |
|
fil-każ tal-perċentwal ta’ proteina |
–0,7 |
— |
|
fil-każ tal-piż speċifiku minimu |
–0,5 |
–0,5 |
|
fil-każ tal-perċentwal massimu ta’ impurità |
+0,5 |
— |
|
fil-każ tal-perċentwal ta’ żerriegħa żġiġija |
–2,0 |
–3,0 |
|
fil-każ tal-indiċi ta’ kemm jitilgħu f’wiċċ l-ilma |
— |
+1,0 |
|
‘—’: mhux applikabbli. |
||
“ANNESS III
Boroż ta’ kwotazzjoni u varjetajiet ta’ referenza
|
Prodott |
Qamħ komuni |
Qamħirrum |
|
Kwalità standard |
Għolja |
|
|
Varjetà ta’ referenza (tip/grad) għall-kwotazzjoni fil-borża |
Hard Red Spring Nru 2 |
Yellow Corn Nru 3 |
|
Borża ta’ kwotazzjoni |
Minneapolis Grain Exchange |
Chicago Mercantile Exchange |
(1) Inkluż spelt mingħajr il-ħliefa.
(2) Japplikaw il-metodi ta’ analiżi stipulati fil-Parti IV tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009.