|
8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/95 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 218/2014
tas-7 ta’ Marzu 2014
li jemenda l-Annessi tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2074/2005
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) u l-punti 3 u 10 and l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għal operaturi tan-negozji tal-ikel. B’mod partikolari, skont l-Anness II ta’ dak ir-Regolament l-operaturi kummerċjali li joperaw il-biċċeriji għandhom jesiġu, jingħataw, jiċċekkjaw u jaġixxu fid-dawl tal-informazzjoni tal-katina alimentari u dan jgħodd għall-annimali kollha mibgħuta jew maħsuba biex jintbagħtu lejn il-biċċerija, għajr l-annimali tal-kaċċa selvaġġi. Informazzjoni bħal din tinkludi l-istatus tal-ażjenda li minnha jkunu ġejjin. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2075/2005 li jispeċifika regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (3) jagħti deroga mid-dispożizzjonijiet tal-ittestjar lill-azjendi li japplikaw kundizzjonijiet kontrollati ta’ abitazzjoni. Tali informazzjoni għandha għalhekk tiġi inkluża fl-informazzjoni dwar il-katina tal-ikel li għandha tingħata lill-biċċerija, sabiex tippermetti lill-Istati Membri japplikaw ir-reġim xieraq tal-ittestjar għat-Trichinella. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula l-kundizzjonijiet li skonthom il-laħam minn annimali li jinqatlu b’emerġenza f’post ieħor barra l-biċċerija, huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Billi laħam minn qtil b’emerġenza li għadda b’suċċess l-ispezzjoni tal-laħam, ma jikkostitwixxix riskju għas-saħħa pubblika, ir-rekwiżit għal marka speċjali tas-sanità u r-restrizzjoni għas-suq nazzjonali għal-laħam tal-qatla ta’ emerġenza għandu jitħassar minn dak ir-Regolament u r-rekwiżit għal marka speċjali tas-sanità għal-laħam tal-qatla ta’ emerġenza għandu jitħassar ukoll mir-Regolament (KE) Nru 854/2004. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. B’mod partikolari, l-Anness I ta’ dak ir-Regolament jistipula regoli għall-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem, inkluż l-ispezzjonijiet viżwali, u għal perikli speċifiċi fil-laħam frisk. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jistipula li l-veterinarju uffiċjali jista’ jiġi megħjun minn uffiċjali awżiljarji waqt il-kontrolli uffiċjali sakemm jitħarsu ċerti restrizzjonijiet. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ spezzjoni ante-mortem u kontrolli li jikkonċernaw il-benesseri tal-annimali, l-uffiċjali awżiljarji għandhom jingħataw permess li jgħinu lill-veterinarju uffiċjali fil-preselezzjoni ta’ annimali b’anormalitajiet. |
|
(6) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat fit-3 ta’ Ottubru 2011 Opinjoni Xjentifika dwar perikli tas-saħħa pubblika li għandhom ikunu koperti permezz ta’ spezzjoni ta’ laħam (majjali) (4), li kkonkludiet li l-palpazzjonijiet u l-inċiżjonijiet attwalment meħtieġa fl-ispezzjonijiet post-mortem, jinvolvu riskju ta’ kontaminazzjoni minn post għall-ieħor. Biex tiġi evitatata l-kontaminazzjoni minn post għall-ieħor, dawn il-palpazzjonijiet u l-inċiżjonijiet m’għandhomx jinħtieġu aktar għal annimali normali, iżda biss meta jiġu identifikati xi anormalitajiet. F’dik l-opinjoni l-EFSA tidentifika li l-patoġeni li jikkawżaw l-endokardite fil-majjali mhumiex rilevanti għas-saħħa pubblika. Billi l-inċiżjoni rutina tal-qalb mhijiex meħtieġa għal raġunijiet ta’ sigurtà, m’għandhiex tkun meħtieġa aktar. |
|
(7) |
Fl-istess opinjoni, l-EFSA tidentifika s-Salmonella bħala ta’ riskju għoli għas-saħħa pubblika relatat mal-konsum ta’ laħam tal-majjal, u tirrakkomanda li tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-karkassi tal-majjali bis-Salmonella. |
|
(8) |
Fil-Kapitolu IX tat-Taqsima IV tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, huma stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-ħidmiet tal-veterinarju uffiċjali għal perikli speċifiċi. Is-Salmonella għandha wkoll tkun soġġetta għal ħidma speċifika tal-veterinarju uffiċjali, b’mod partikolari f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni. B’mod partikolari, is-superviżjoni tal-kriterju eżistenti dwar l-iġjene fl-ipproċessar għas-Salmonella fuq il-karkassi, stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (5) u l-infurzar ta’ azzjoni mill-operatur tan-negozju tal-ikel f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni, għandhom jiġu integrati fl-ispezzjonijiet tal-laħam tal-majjal. Is-superviżjoni tipprovdi wkoll għodda kosteffiċjenti biex tipprovdi l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ mandatorju tas-Salmonella fil-katina tal-produzzjoni tal-laħam tal-majjal skont id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (6). |
|
(9) |
Fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (7), huma stipulati regoli speċifiċi għall-ispezzjoni fakultattiva viżwali post mortem tal-majjali. L-emendi proposti fir-Regolament preżenti tar-rekwiżiti standard tal-ispezzjoni viżwali post mortem fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 irendu r-rekwiżiti għal ispezzjonijiet fakultattivi viżwali post mortem tal-majjali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2074/2005 irrilevanti għall-majjali u konsegwentement dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu emendati. |
|
(10) |
Ir-rekwiżiti previsti fir-Regolament jinvolvu adattament ta’ prattiki kurrenti kemm għall-operaturi tan-negozji tal-ikel kif ukoll għall-awtoritajiet kompetenti. Huwa għalhekk xieraq li jkun permess dewmien fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 2074/2005 għandhom, għalhekk, jiġu emendati kif xieraq. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 853/2004
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 3(a) tat-Taqsima III tal-Anness II jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Fil-Kapitolu VI tat-Taqsima I tal-Anness III, il-punt 9 jitħassar. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 854/2004
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Kapitolu III tat-Taqsima I, il-punt 7 jitħassar. |
|
(2) |
Fil-Kapitolu I tat-Taqsima III, il-Punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fil-Parti B tal-Kapitolu IV tat-Taqsima IV, il-Punti 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Fil-Kapitolu IX tat-Taqsima IV, il-Parti G li ġejja hija miżjuda: “G. Salmonella
(*2) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1." (*3) Jekk kollha jkunu negattivi, tingħata ċertezza statistika ta’ 95 % jekk il-prevalenza tkun inqas minn 6 %." |
Artikolu 3
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2074/2005
Fil-Punt 3 tal-Anness VIb tar-Regolament (KE) Nru 2074/2005, il-punt (a) jitħassar.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2014.
Madankollu, il-Parti G (3) tal-Kapitolu IX tat-Taqsima IV tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 għandha tapplika sa mill-1 ta’ Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) Ara paġna 85 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) EFSA Journal 2011; 9 (10): 2351.
(5) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.