|
8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/93 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 217/2014
tas-7 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas-Salmonella fil-karkassi tal-ħnieżer
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (2) jistabbilixxi l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikro-organiżmi u r-regoli ta’ implimentazzjoni li l-operaturi tan-negozju tal-ikel iridu jikkonformaw magħhom b’rabta mar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi tal-iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, u b’mod partikolari kriterju tal-iġjene tal-proċess għas-Salmonella li jitwettaq fuq il-karkassi tal-ħnieżer sabiex tiġi kkontrollata l-kontaminazzjoni waqt il-qatla. |
|
(2) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2011, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) adottat Opinjoni Xjentifika dwar il-perikli għas-saħħa pubblika li għandhom ikunu koperti mill-ispezzjoni tal-laħam (tal-ħnieżer) (3), li fiha tidentifika s-Salmonella bħala ħaġa ta’ riskju għoli għas-saħħa pubblika marbuta mal-konsum tal-laħam tal-ħnieżer, u tirrakkomanda l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-karkassi tal-ħnieżer bis-Salmonella. L-EFSA tirrakkomanda, fost l-oħrajn, li jissaħħaħ il-kriterju tal-iġjene tal-proċess għas-Salmonella li jitwettaq fuq il-karkassi tal-ħnieżer. |
|
(3) |
Sabiex titnaqqas il-prevalenza tas-Salmonella fil-karkassi tal-ħnieżer, il-kontroll tal-iġjene waqt il-qatla għandu jissaħħaħ skont id-dispożizzjonijiet mogħtija fir-Regolament (UE) Nru 218/2014 li jemenda l-Annessi tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 (4), u b’hekk l-għadd ta’ kampjuni pożittivi għandu jitnaqqas. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti stipulati fir-Regolament jinvolvu l-adattament tal-prattiki attwali tal-operaturi tan-negozju tal-ikel. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun permess dewmien fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponihom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, ir-ringiela 2.1.4 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
Salmonella |
50 (5) |
3 (6) |
Assenza fl-erja ttestjata għal kull karkassa |
EN/ISO 6579 |
Il-karkassi wara l-preparazzjoni iżda qabel it-tkessiħ |
Titjib fl-iġjene waqt il-qatla u analiżi tal-kontrolli tal-proċess, tal-oriġini tal-annimali u tal-miżuri ta’ bijosigurtà fl-irziezet tal-oriġini”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2014.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(2) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
(3) EFSA Journal 2011; 9(10):2351.
(4) Ara paġna 95 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.