6.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 209/2014
tal-5 ta’ Marzu 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika u fir-rigward tal-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2), u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi għall-operaturi tan-negozju tal-ikel fuq l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali. Ir-Regolament jistipula li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproduċu ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom josservaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III tiegħu. |
(2) |
Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jimportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi għandhom jiżguraw li l-importazzjoni ssir biss jekk il-pajjiż terz minn fejn jintbagħtu jkun imniżżel f’lista mfassla skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u jekk il-prodotti jissodisfaw, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kull kundizzjoni tal-importazzjoni stabbilita b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kontrolli tal-importazzjoni rigward prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (4) jistipula l-kundizzjonijiet rigward is-saħħa tal-annimali u rigward is-saħħa pubblika, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Hija tistabbilixxi wkoll il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-introduzzjoni ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni hija awtorizzata. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 jistabbilixxi kundizzjonijiet differenti dwar l-importazzjoni li jiddependu fuq l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-pajjiż terz li jesporta fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD) u r-rinderpest. Pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim u mir-rinderpest għal perjodu ta’ mill-anqas 12-il xahar qabel l-importazzjoni huma mniżżla fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib mhux ipproċessat minn dawk il-pajjiżi terzi, huma awtorizzati mingħajr ma jkunu għaddew minn trattamenti speċifiċi. |
(5) |
Il-Kummissjoni rċeviet diversi talbiet mingħand uħud mill-Istati Membri u mingħand għadd ta’ sħab kummerċjali sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali fir-rigward ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru għall-konsum mill-bniedem. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 ma japplikax għall-kolostru u għal prodotti li fihom il-kolostru. Madankollu, fir-rigward tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer, il-kolostru jirrappreżenta l-istess riskji għas-saħħa tal-annimali li jirrappreżenta l-ħalib mhux ipproċessat. Għalhekk, il-kolostru jista’ jiġi importat mingħajr periklu minn pajjiżi li diġà huma awtorizzati għall-importazzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat u li huma mniżżla fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010. |
(7) |
Diversi prodotti kummerċjali huma magħmulin minn kolostru pasturizzat jew sterilizzat. Madankollu, minħabba li l-effetti tal-pasturizzazzjoni u tal-isterilizzazzjoni ma ġewx ivvalidati għall-kolostru b’kontenut għoli ta’ ċelloli, il-kolostru pasturizzat jew sterilizzat u prodotti li fihom il-kolostru għandhom jiġu importati biss minn dawk il-pajjiżi terzi li huma ħielsa mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer mingħajr tilqim, u li huma miniżżla fil-kolonna A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010. |
(8) |
L-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (5) jistabbilixxu r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-verifiki li għandhom jiġu applikati għall-kunsinna ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li jiġu importati fl-Unjoni iżda li huma destinati għal pajjiż terz, kemm jekk permezz ta’ tranżitu immedjat jew wara li jinħażnu għal xi żmien fl-Unjoni. |
(9) |
Sabiex tiġi permessal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru, għandu jiżdied mudell ġdid taċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn il-prodotti fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, filwaqt li l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem maħsuba għal tranżitu jew ħażna fl-Unjoni Ewropea stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi emendat sabiex ikopri l-kolostru u l-prodotti li fihom il-kolostru. |
(10) |
Sabiex il-kolostru u l-prodotti li fihom il-kolostru jiġu inklużi fl-ambitu tad-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (6), hemm bżonn li fil-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa li jkopru dawn il-prodotti jingħata l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata mniżżel fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (7). |
(11) |
Sabiex jiġi evitat kull tip ta’ xkiel fil-kummerċ, l-użu ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat u għal prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem maħsuba għal tranżitu jew ħażna fl-Unjoni, maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 605/2010, għandu jkun awtorizzat matul perjodu ta’ tranżizzjoni. |
(12) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għandu jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 605/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 605/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-intestatura tinbidel b’dan li ġej: “REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem”. |
(2) |
Fl-Artikolu 1, punt (a) tal-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 2 L-importazzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I.” |
(4) |
L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 6 Il-kundizzjonijiet ta’ tranżitu u ħażna L-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, ta’ prodotti tal-ħalib, tal-kolostru u ta’ prodotti li fihom il-kolostru li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea iżda li jkunu destinati għal pajjiż terz kemm jew permezz ta’ tranżitu immedjat inkella wara ħażna fl-Unjoni, skont l-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, għandha tkun awtorizzata biss jekk il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(5) |
L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8 It-trattament speċifiku Il-kunsinni ta’ prodotti tal-ħalib u ta’ prodotti li fihom il-kolostru awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4, 6 jew 7 minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom fejn seħħet tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-perjodu ta’ 12-il xahar qabel id-data li fiha jkun ġie ffirmat iċ-ċertifikat tas-saħħa, jew li wettqu tilqim kontra dik il-marda matul dak il-perjodu, għandhom jiġu awtorizzati biss għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea jekk prodotti bħal dawn ikunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti elenkat fl-Artikolu 4.” |
(6) |
L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Għal perjodu tranżitorju sas-6 ta’ Settembru 2014, l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat u ta’ prodotti tal-ħalib mhux maħsuba biex jiġu importati fl-Unjoni Ewropea iżda li jkunu destinati għal pajjiż terz, kemm jekk permezz ta’ tranżitu immedjat jew wara li jinħażnu għal xi żmien fl-Unjoni, b’konformità mal-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva 97/78/KE, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 605/2010, fil-verżjoni tiegħu ta’ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi awtorizzata, bil-kundizzjoni li ċ-ċertifikat ikun ġie ffirmat sas-26 ta’ Lulju 2014.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(4) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali u ta’ saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 136/2004 tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).
(7) Id-Deċiżjoni 2007/275/KE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I jinbidel b'dan li ġej: "ANNESS I Il-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru (*1) u prodotti li fihom il-kolostru (*1) li tindika t-tip ta' trattament ta' tisħin meħtieġ għal prodotti ta' dan it-tip
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28."”
(*1) Il-kolostru u prodotti li fihom il-kolostru jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi awtorizzati elenkati fil-kolonna A biss.
(*2) Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(*3) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; il-ftehim dwar in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se jsir wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar dan is-suġġett fil-livell ta' NU.
(*4) Ħlief il-Kosovo, li bħalissa jinsab taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999.
(1) Prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius biss;
(2) Prodotti tal-ħalib magħmulin mill-ħalib tal-iġmla tal-ispeċi Camelus dromedarius huma awtorizzati;"