|
21.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 161/2014
tat-18 ta’ Frar 2014
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bayerische Breze/Bayerische Brezn/Bayerische Brez’n/Bayerische Brezel (IGP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 it-talba ta’ reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Bayerische Breze”/“Bayerische Brezn”/“Bayerische Brez’n”/“Bayerische Brezel” li saret mill-Ġermanja ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” (2). |
|
(2) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Bayerische Breze”/“Bayerische Brezn”/“Bayerische Brez’n”/“Bayerische Brezel” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel imsemmija fil-punt I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:
Klassi 2.4. Ħobż, ikel tal-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar
IL-ĠERMANJA
Bayerische Breze/Bayerische Brezn/Bayerische Brez’n/Bayerische Brezel (IGP)