20.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 153/2014
tas-17 ta’ Frar 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 298/2013
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (1) jimplimenta diversi miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2), inkluż l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ta’ entitajiet u ta’ korpi. |
(2) |
Is-sospensjoni tal-miżuri rigward ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi li japplikaw għall-maġġoranza tal-individwi u tal-entitajiet elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, għandhom jiġu mġedda u għandhom jiġu estiżi ulterjorment biex ikopru tmien individwi oħra. |
(3) |
Xi wħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Għandu jiżdied Anness aġġornat għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 li jinkludi tmien individwi oħrajn li għandhom jibbenefikaw mis-sospensjoni tal-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6(1) u (2) tiegħu, minbarra l-81 persuna u t-tmien entitajiet, li diġà jibbenefikaw mis-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 prevista fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 298/2013 (3). |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
L-estensjoni tas-sospensjoni prevista fir-Regolament (UE) Nru 298/2013 għandha tiskadi fl-20 ta’ Frar 2014 u dik l-estensjoni għandha tiġi prevista f’dan ir-Regolament. Għaldaqstant, fl-intessi taċ-ċarezza legali, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 298/2013 għandu jitħassar. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-miżuri fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġi sospiżi sa fejn dawn jikkonċernaw persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV.” |
(2) |
L-Anness għal dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness IV. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 298/2013 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. TSAFTARIS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 298/2013 tas-27 ta’ Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 48).
ANNESS
“ANNESS IV
Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(4)
I. Persuni
|
Isem (u psewdonomi possibbli) |
1. |
Abu Basutu, Titus Mehliswa Johna |
2. |
Bonyongwe, Happyton Mabhuya |
3. |
Buka (magħruf ukoll bħala Bhuka), Flora |
4. |
Bvudzijena, Wayne |
5. |
Charamba, George |
6. |
Chidarikire, Faber Edmund |
7. |
Chigwedere, Aeneas Soko |
8. |
Chihota, Phineas |
9. |
Chihuri, Augustine |
10. |
Chinamasa, Patrick Anthony |
11. |
Chindori-Chininga, Edward Takaruza |
12. |
Chinotimba, Joseph |
13. |
Chipwere, Augustine |
14. |
Chiwenga, Constantine |
15. |
Chombo, Ignatius Morgan Chininya |
16. |
Dinha, Martin |
17. |
Goche, Nicholas Tasunungurwa |
18. |
Gono, Gideon |
19. |
Gurira, Cephas T. |
20. |
Gwekwerere, Stephen (psewdonimu Steven) |
21. |
Kachepa, Newton |
22. |
Karakadzai, Mike Tichafa |
23. |
Kasukuwere, Saviour |
24. |
Kazangarare, Jawet |
25. |
Khumalo, Sibangumuzi |
26. |
Kunonga, Nolbert (magħruf ukoll bħala Nobert) |
27. |
Kwainona, Martin |
28. |
Langa, Andrew |
29. |
Mabunda, Musarashana, |
30. |
Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai |
31. |
Made, Joseph Mtakwese |
32. |
Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina) |
33. |
Maluleke, Titus |
34. |
Mangwana, Paul Munyaradzi |
35. |
Marumahoko, Reuben |
36. |
Masuku, Angeline |
37. |
Mathema, Cain Ginyilitshe Ndabazekhaya |
38. |
Mathuthu, Thokozile (psewdonimu Sithokozile) |
39. |
Matibiri, Innocent Tonderai |
40. |
Matiza, Joel Biggie |
41. |
Matonga, Brighton (magħruf ukoll bħala Bright) |
42. |
Mhandu, Cairo (magħruf ukoll bħala Kairo) |
43. |
Mhonda, Fidellis |
44. |
Midzi, Amos Bernard (Mugenva) |
45. |
Mnangagwa, Emmerson Dambudzo |
46. |
Mohadi, Kembo Campbell Dugishi |
47. |
Moyo, Jonathan Nathaniel |
48. |
Moyo, Sibusio Bussie |
49. |
Moyo, Simon Khaya |
50. |
Mpofu, Obert Moses |
51. |
Muchena, Henry |
52. |
Muchena, Olivia Nyembesi (magħrufa wkoll bħala Nyembezi) |
53. |
Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange |
54. |
Mudede, Tobaiwa (magħruf ukoll bħala Tonneth) |
55. |
Mujuru, Joyce Teurai Ropa |
56. |
Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku |
57. |
Murerwa, Herbert Muchemwa |
58. |
Musariri, Munyaradzi |
59. |
Gvernatur Provinċjali: Manicaland. |
60. |
Mutasa, Didymus Noel Edwin |
61. |
Mutezo, Munacho Thomas Alvar |
62. |
Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose) |
63. |
Mzembi, Walter |
64. |
Mzilikazi, Morgan S. |
65. |
Nguni, Sylvester Robert |
66. |
Nhema, Francis Chenayimoyo Dunstan |
67. |
Nyanhongo, Magadzire Hubert |
68. |
Nyikayaramba, Douglas |
69. |
Nyoni, Sithembiso Gile Glad |
70. |
Rugeje, Engelbert Abel |
71. |
Rungani, Victor Tapiwa Chashe |
72. |
Sakupwanya, Stanley Urayayi |
73. |
Savanhu, Tendai |
74. |
Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere |
75. |
Sekeremayi, Lovemore |
76. |
Shamu, Webster Kotiwani |
77. |
Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa |
78. |
Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema |
79. |
Shungu, Etherton |
80. |
Sibanda, Chris |
81. |
Sibanda, Jabulani |
82. |
Sibanda, Misheck Julius Mpande |
83. |
Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine) |
84. |
Sigauke, David |
85. |
Sikosana, (magħruf ukoll bħala Sikhosana), Absolom |
86. |
Tarumbwa, Nathaniel Charles |
87. |
Tomana, Johannes |
88. |
Veterai, Edmore |
89. |
Zimondi, Paradzai Willings |
II. Entitajiet
|
Isem |
1. |
Koperattiva Cold Comfort Farm Trust |
2. |
Comoil (PVT) Ltd |
3. |
Famba Safaris |
4. |
Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd (magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Co., magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Company) |
5. |
M & S Syndicate (PVT) Ltd |
6. |
OSLEG Ltd (magħrufa wkoll bħala Operation Sovereign Legitimacy) |
7. |
SWIFT Investments (PVT) Ltd |
8. |
Zidco Holdings (magħrufa wkoll bħala Zidco Holdings (PVT) Ltd)” |