7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 112/2014
tal-4 ta’ Frar 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b’dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni tat-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’, għal ċertu perjodu, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta’ tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Moniter tal-kulur tat-tip tal-kristalli likwidi (LCD) b’qies dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 75 ċm (30 pulzier) b’dimensjonijiet ta’ madwar 71 × 45 × 11-il ċm bi:
Huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:
Għandu stand fissa mingħajr mekkaniżmu li jdur jew li jitmejjel u huwa ppreżentat b’apparat tal-kontroll mill-bogħod. Il-moniter ma jinkorporax tjuner tal-vidjo jew elettronika oħra għall-ipproċessar tas-sinjali tat-televiżjoni. Il-moniter huwa ppreżentat għall-użu f’applikazzjonijiet ta’ wiri ta’ informazzjoni, bħal punti ta’ aċċess ta’ informazzjoni pubblika, sinjal ta’ reklamar, skambji finanzjarji, ajruporti u esibiti f’wirjiet kummerċjali. Biex iwettaq din il-funzjoni, il-moniter huwa kapaċi juri sinjali kemm minn magni tal-ipproċessar tad-dejta awtomatiċi (ADP) kif ukoll minn sorsi tal-vidjo oħrajn. |
8528 59 31 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mit-test tal-kodiċi NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 31 . Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħad-daqs tal-iskrin, standards għat-televiżjoni appoġġati u modi ta’ vidjo, pixel pitch li mhix adatta għal wiri mill-qrib fit-tul, luminożità għolja, il-preżenza ta’ apparat tal-kontroll mill-bogħod, ċirkwiti ta’ awdjo bl-amplifikazzjoni, il-funzjoni PIP u l-istand fiss mingħajr mekkaniżmu li jdur jew li jitmejjel il-moniter mhuwiex meqjus bħala tip użat biss jew prinċipalment f’sistema ADP tal-intestatura 8471 . Il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża. Minħabba li l-moniter huwa kapaċi juri sinjali minn magna ADP f’livell suffiċjenti għal użu prattiku ma’ magna ADP, huwa kkunsidrat li huwa kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-dejta b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità. Il-moniter għalhekk għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 31 bħala skrin tal-pannell ċatt li kapaċi juri sinjali minn magni ta’ pproċessar tad-dejta awtomatiċi b’livell aċċettabbli ta’ funzjonalità bi skrin b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD). |