31.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/30


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 84/2014

tat-30 ta’ Jannar 2014

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 14021, Pediococcus pentosaceus DSM 23688 jew Pediococcus pentosaceus DSM 23689 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 10(1) sa (4) tiegħu jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-furrajna dakinhar li daħal fis-seħħ ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjonijiet ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 14021, Pediococcus pentosaceus DSM 23688 jew Pediococcus pentosaceus DSM 23689 kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali tal-addittivi tal-furrajna, għal kull speċi tal-annimali.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet biex dawk il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi tal-annimali, u ntalab li dawn l-addittivi jitniżżlu fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”. Dawk l-applikazzjonijiet tressqu magħhom id-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Ġunju 2013 (2) li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-użu ta’ razez fil-produzzjoni tal-furrajna jitqies sikur għall-ispeċijiet tal-bhejjem, għall-konsumaturi ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali mitmugħa l-furrajna trattata u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li kull waħda mit-tliet preparazzjonijiet għandhom il-potenzjal itejbu l-produzzjoni tal-furrajna għax inaqqsu l-pH u jżidu l-konċentrazzjoni tal-aċidu lattiku, u allura tiżdied il-preservazzjoni ta’ materjal niexef f’foraġġ li hu faċli jew xi ftit diffiċli biex jinħażen fis-sajlo. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Billi r-raġunijiet dwar is-sikurezza ma jeħtiġux applikazzjoni mill-ewwel tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, jixraq li jkun permess perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex iħejju lilhom infushom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness li huma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-miżuri ta’ tranżizzjoni

Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fihom, li huma prodotti u tikkettati qabel l-20 ta’ Awwissu 2014 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-20 ta’ Frar 2014 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jintużaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  The EFSA Journal 2013; 11(7):3284.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formola kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

CFU/kg ta’ materjal frisk

Il-kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali: addittivi tal-furrajna

1k1009

Pediococcus pentosaceus DSM 14021

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 14021 li fiha addittiv minimu ta’ 1 × 1011 CFU/g

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 14021

 

Il-metodu analitiku  (1)

In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15786)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

Kull speċi tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-furrajna: 1 × 108 CFU/Kg ta’ materjal frisk f’materjal xi ftit diffiċli biex jinħażen fis-sajlo (2).

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Frar 2024

1k1010

 

Pediococcus pentosaceus DSM 23688

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 23688 li fiha addittiv minimu ta’ 1 × 1011 CFU/g

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 23688

 

Il-metodu analitiku  (1)

In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15786)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

Kull speċi tal-annimali

 

 

 

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-furrajna: 1 × 108 CFU/Kg ta’ materjal frisk f’materjal xi ftit diffiċli biex jinħażen fis-sajlo (2).

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

 

1k1011

Pediococcus pentosaceus DSM 23689

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Il-preparazzjoni ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 23689 li fiha addittiv minimu ta’ 1 × 1011 CFU/g

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċelloli vijabbli ta’ Pediococcus pentosaceus DSM 23689

 

Il-metodu analitiku  (1)

In-numerazzjoni tal-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix permezz tal-agar MRS (EN 15786)

Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

Kull speċi tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet tal-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna.

2.

Il-kontenut minimu tal-addittiv meta jintuża mingħajr ma jitħallat ma’ mikroorganiżmi oħra bħala addittivi tal-furrajna: 1 × 108 CFU/Kg ta’ materjal frisk f’materjal xi ftit diffiċli biex jinħażen fis-sajlo (2).

3.

Għas-sikurezza: huwa rakkomandat li jintużaw il-protezzjoni għall-imnifsejn u għall-għajnejn u l-ingwanti waqt l-immaniġġjar.

l-20 ta’ Frar 2024


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu f’dan l-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)  Foraġġ faċli biex jinħażen fis-sajlo: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk. Foraġġ xi ftit diffiċli biex jinħażen fis-sajlo: 1,5 % — 3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008. ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1.