|
14.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 25/2014
tat-13 ta’ Jannar 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1251/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta’ pajjiżi, territorji, żoni jew kompartimenti terzi li minnhom jistgħu jiġu importati fl-Unjoni ċerti annimali akkwatiċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 22 u 61(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2006/88/KE tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali li għandhom jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni u t-tranżitu mill-Unjoni ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom. |
|
(2) |
L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 (2) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi, territorji, żoni jew kompartimenti terzi li minnhom jistgħu jiġu introdotti annimali akkwatiċi. |
|
(3) |
Barra minn hekk, il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 fihom attestazzjonijiet tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ispeċijiet suxxettibbli għal ċertu mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE. |
|
(4) |
Ċerti provinċji tal-Kanada (British Columbia, Alberta, Saskatchewan, Manitoba, New Brunswick, Nova Scotia, Prince Edward Island, Newfoundland u Labrador, Yukon, It-Territorji tal-Majjistral u Nunavut) bħalissa huma elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008. Għadaqstant huma permessi importazzjonijiet ta’ speċijiet ta’ ħut suxxettibbli għas-settiċemija emorraġika virali, kif stabbilit fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE minn dawk il-provinċji ġewwa l-Unjoni. |
|
(5) |
Il-Kanada talbet li l-provinċja ta’ Quebec għandha tiżdid mal-lista stabbilita fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008. Skont il-konklużjonijiet ta’ verifika mwettqa mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fil-Kanada f’Ġunju 2012 dwar is-saħħa tal-annimali akkwatiċi, l-awtorità kompetenti ta’ dak il-pajjiż terz tista’ tipprovdi garanziji xierqa fir-rigward tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-mard tal-ħut, u teżisti sistema ta’ ċertifikazzjoni affidabbli għall-esportazzjonijiet tal-ħut u l-prodotti tagħhom lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Kanada bagħtet informazzjoni ddettaljata lill-Kummissjoni dwar programm ta’ sorveljanza abbażi tar-riskju fir-rigward tas-settiċemija emorraġika virali mwettaq bejn l-2007 u l-2012 fuq il-ħut salvaġġ li joriġina mill-baċini idrografiċi fil-provinċja ta’ Quebec. Minn analiżi tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm ta’ sorveljanza jista’ jiġi konkluż li huwa ferm improbabbli li l-virus tas-settiċemija emorraġika virali ċċirkola f’popolazzjonijiet ta’ ħut selvaġġi suxxettibbli f’Quebec matul dawk is-snin. Dan jipprovdi aktar assigurazzjonijiet fir-rigward tal-istatus tas-saħħa ta’ speċijiet ta’ ħut suxxettibbli għas-settiċemija emorraġika virali, jew il-prodotti tagħhom, li jistgħu jiġu esportati lejn l-Unjoni minn Quebec. |
|
(6) |
Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu permessi l-importazzjonijiet ta’ speċijiet ta’ ħut suxxettibbli għas-settiċemija emorraġika virali, kif stabbilit fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, maħsuba għall-akkwakultura, żoni fejn jinżammu l-molluski, meded ta’ ilma ta’ sajd “tqiegħed u tieħu”, faċilitajiet ornamentali fil-miftuħ u fil-magħluq, minn Quebec ġewwa l-Unjoni. |
|
(7) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1251/2008, fit-tabella, l-entrata għall-Kanada tinbidel b’dan li ġej:
|
Pajjiż/territorju |
Speċi tal-Akkwakultura |
Żona/Kompartiment |
||||
|
Kodiċi ISO |
Isem |
Ħut |
Molluski |
Krustaċji |
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
|
“CA |
Il-Kanada |
X |
|
|
CA 0 (C) |
It-territorju kollu |
|
CA 1 (D) |
British Columbia |
|||||
|
CA 2 (D) |
Alberta |
|||||
|
CA 3 (D) |
Saskatchewan |
|||||
|
CA 4 (D) |
Manitoba |
|||||
|
CA 5 (D) |
New Brunswick |
|||||
|
CA 6 (D) |
Nova Scotia |
|||||
|
CA 7 (D) |
Il-Gżira ta’ Prince Edward |
|||||
|
CA 8 (D) |
Newfoundland u Labrador |
|||||
|
CA 9 (D) |
Yukon |
|||||
|
CA 10 (D) |
It-Territorji tal-Majjistral |
|||||
|
CA 11 (D) |
Nunavut |
|||||
|
CA 12 (D) |
Quebec” |
|||||