|
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 8/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 16/2014
tad-9 ta’ Jannar 2014
li jemenda għall-209 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill(KE)Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-19 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:
Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":
"Abdelhadi Ben Debka (alias (a) L'Hadi Bendebka, (b) El Hadj ben Debka, (c) Abd Al Hadi, (d) Hadi). Indirizz: L-Alġerija. Data tat-twelid: 17.11.1963. Post tat-twelid: Alġeri, l-Alġerija. Nazzjonalità: Alġerina. Informazzjoni oħra: Iddeportat mill-Italja lejn l-Alġerija fit- 13.9.2008. Id-data tal-inklużjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 17.3.2004."