9.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/38


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 11/2014

tas-16 ta’ Diċembru 2013

dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l- opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis- settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill approva l-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (1) (il-“Ftehim”) permezz tar-Regolament (KE) Nru 1562/2006 (2).

(2)

L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ġew stabbiliti fi Protokoll (3). Il-Protokoll l-aktar reċenti jiskadi fis-17 ta’ Jannar 2014.

(3)

L-Unjoni, nnegozjat mar-Repubblika tas-Seychelles, Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (il-“Protokoll il-ġdid”). Il-Protokoll il-ġdid ġie inizjalat fl-10 ta’ Mejju 2013.

(4)

Fis-16 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni Nru 2014/5/UE (4) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll il-ġdid.

(5)

L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-perijodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll il-ġdid.

(6)

F’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (5), jekk ikun jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni ma jintużawx bis-sħiħ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri konċernati. In-nuqqas ta’ tweġiba fil-limiti ta’ żmien ta’ skadenza li għandha jiġi stabbilit mill-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istati Membri kkonċernati mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ sajd tagħhom fil-perijodu stipulat. Jinħtieġ li tiġi stabbilita tali skadenza.

(7)

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll il-ġdid,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (il-‘Protokoll’) huma b’dan allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine

Spanja

22 bastiment

Franza

16-il bastiment

L-Italja

2 bastimenti

(b)

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Spanja

2 bastimenti

Franza

2 bastimenti

Il-Portugall

2 bastimenti

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr ħsara għall-Ftehim u għall-Protokoll.

3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet ta’ sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet ta’ sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.   Id-data ta’ skadenza li magħha l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li ma jużawx b’mod sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lilhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun 10 ijiem tax-xogħol mill-jum li fih il-Kummissjoni tinformahom li l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom ma ġewx eżawriti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jibda japplika mit-18 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA


(1)   ĠU L 290, 20.10.2006, p. 2 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 63).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1562/2006 tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (ĠU L 290, 20.10.2006, p. 1).

(3)   ĠU L 345, 30.12.2010, p. 3.

(4)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).