7.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 2/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 5/2014
tas-6 ta’ Jannar 2014
li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, qabel l-1 ta' Settembru 2010 tressqu quddiem il-Kummissjoni bosta applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-aġġornament tal-lista ta' użi maħsubin, kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Xi wħud minn dawk l-applikazzjonijiet jikkonċernaw tibdil tal-kundizzjonijiet marbutin mal-għanijiet nutrittivi partikolari “Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza” fejn jikkonċerna l-klieb, u “Stabilizzazzjoni ta’ diġestjoni fiżjoloġika” rigward għalf li jista' jkun fih l-adittivi b'konċentrazzjonijiet ogħla daqs 100 darba mill-kontenut massimu rilevanti stabbilit fl-għalf komplet, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009. L-applikazzjonijiet l-oħra jikkonċernaw għanijiet nutrittivi partikolari ġodda rigward ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009. |
(3) |
Barra minn hekk, b'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni biex jiżdied l-għan nutrittiv partikolari “Tnaqqis ta' livelli ta' jodju fl-għalf fil-każ ta' ipertirojdiżmu” fir-rigward tal-qtates. |
(4) |
Mod speċifiku ta' tmigħ huwa l-amministrazzjoni ta' bolus. Biex ikun garantit użu xieraq u sikur ta' bolus bħala għalf għal għanijiet nutrittivi partikolari, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti ġenerali għall-kundizzjonijiet marbutin ma' ċerti użi maħsubin. |
(5) |
Il-Kummissjoni poġġiet l-applikazzjonijiet kollha, inklużi d-dossiers, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri. |
(6) |
Id-dossiers inklużi fl-applikazzjonijiet juru li l-kompożizzjoni tat-tipi diversi tal-għalf jissodisfaw l-għanijiet nutrittivi partikolari maħsuba rilevanti. “Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza” fejn jikkonċerna l-klieb, u “Stabilizzazzjoni ta’ diġestjoni fiżjoloġika”“Tnaqqis ta' livelli ta' jodju fl-għalf fil-każ ta' ipertirojdiżmu” fir-rigward tal-qtates, “Sostenn tat-tħejjija għal, u l-irkupru minn eżerċizju ta' sforz sportiv” għall-equidae, “Kumpens għan-nuqqas ta' ħadid wara t-twelid” fir-rigward tal-ħnienes mhux miftuma u l-għoġġiela, “Sostenn tar-riġenerazzjoni ta' qwieqeb, saqajn u ġilda” fir-rigward ta' żwiemel, ruminanti u qżieqes, “Sostenn għat-tħejjija għall-estru u r-riproduzzjoni” fir-rigward ta' mammiferi u għasafar u “L-għotja tul żmien twil ta' mikronutrijenti u/jew vitamini lil annimali li jirgħu” fir-rigward tar-ruminanti b'kirxa funzjonali. |
(7) |
Barra minn hekk, l-evalwazzjoni wriet li t-tipi ta' għalf ikkonċernati ma għandhomx effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin, fuq l-ambjent u fuq il-benessri tal-annimali. L-evalwazzjoni tad-dossiers kienet tinkludi verifika li l-karatterizzazzjoni livell għoli ta' ċertu addittiv tal-għalf timplika livell importanti tal-addittiv rispettiv li javviċina l-kontenut massimu stabbilit rilevanti fl-għalf komplet, iżda li ma jaqbiżx lil dan il-livell. |
(8) |
Għaldaqstant, l-applikazzjonijiet huma validi u l-għanijiet partikolari nutrittivi għandhom jinżiedu mal-lista tal-użi maħsubin, u l-kundizzjonijiet marbutin mal-għanijiet nutrittivi partikolari “Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza” u “Stabilizzazzjoni ta’ diġestjoni fiżjoloġika” għandhom jinbidlu. |
(9) |
Għalhekk, id-Direttiva 2008/38/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki għall-għalf li attwalment qed jitqiegħed fis-suq b'mod legali, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu tranżitorju biex jippreparaw ruħhom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-għalf inkluż fl-Anness ta' dan ir-Regolament u msemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 li kien diġà tqiegħed fis-suq b'mod legali qabel l-1 ta' Settembru 2010 u li ġie prodott u ttikkettat qabel is-27 ta’ Lulju 2014 jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq u użat sakemm jintużaw l-istokkijiet kollha li fadal. Jekk dan l-għalf ikun maħsub għall-annimali ta' kumpanija (pets), id-data msemmija fl-aħħar sentenza hija is-27 ta’ Jannar 2016.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti A, jiżdied il-punt li ġej:
|
(2) |
Il-Parti B tiġi emendata kif ġej:
|
(*) Il-manifattur jista jikkompleta l-għan nutrittiv partikolari b'referenza għal-“Lipidosi ħepatika fellina”.”