|
20.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 148/84 |
DIRETTIVA TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/75/UE
tat-13 ta' Marzu 2014
li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-merkurju f'bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ (CCFLs) għal skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara, mhux aktar minn 5 mg għal kull bozza, użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu tal-merkurju fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
|
(2) |
Bosta strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali (IMCIs) huma mgħammra bi skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara li jeħtieġu l-użu ta' bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ (CCFLs) b'merkurju ta' 5 mg. L-impatti negattivi totali fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur ikkawżati mis-sostituzzjoni ta' CCFLs li fihom il-merkurju fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali, x'aktarx li jkunu aktar mill-benefiċċji totali tagħhom għall-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur. |
|
(3) |
Sabiex tkun tista' ssir it-tiswija u titwal il-ħajja tas-servizz tal-prodotti, għandha tingħata eżenzjoni mir-restrizzjoni tal-merkurju f'CCFLs għal skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara fl-IMCIs. Skont il-prinċipju ta' “sewwi għal-livell tal-produzzjoni” (repair-as-produced), l-eżenzjoni għandha tapplika għall-prodotti kollha mqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017, li hija d-data ta' konformità għall-IMCIs, u l-perjodu ta' validità tal-eżenzjoni għandu jkun seba' snin minn dik id-data. Huwa probabbli li l-eżenzjoni ma jkollha l-ebda impatt negattiv fuq l-innovazzjoni. |
|
(4) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2011/65/UE għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt 35 li ġej:
|
“35. |
Il-merkurju f'bozoz florexxenti bil-katodu kiesaħ għal skrins bil-kristalli likwidi li jixegħlu minn wara, mhux aktar minn 5 mg għal kull bozza, użati fi strumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali mqiegħda fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2017
Tiskadi fil-21 ta' Lulju 2024.” |