|
27.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/161 |
DIRETTIVA 2014/64/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Mejju 2014
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE fir-rigward tad-databases tal-kompjuter li huma parti min-netwerks ta’ sorveljanza fl-Istati Membri
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (3) tapplika għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini u suwini. Din tistipula li l-awtorità kompetenti fi Stat Membru tista’ tintroduċi sistema ta’ netwerks ta’ sorveljanza. Dawk in-netwerks jinkludu database tal-kompjuter li għandu jkun fiha, bħala minimu, għadd ta’ elementi stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE, inkluż il-kodiċi tal-identifikazzjoni ta’ kull annimal. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini. Jirrikjedi bħala regola ġenerali li ż-żewġ mezzi ta’ identifikazzjoni uffiċjali allokati lil annimal jkollhom l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni. Madankollu, waqt il-fazi tal-aġġustament tal-bidu għall-użu ta’ identifikaturi elettroniċi bħala mezz ta’ identifikazzjoni uffiċjali, ma jistax jiġi eskluż li f’xi każijiet, limitazzjonijiet tekniċi relatati mal-konfigurazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni oriġinali ta’ annimal jistgħu jimpedixxu r-riproduzzjoni ta’ dak il-kodiċi fuq identifikatur elettroniku. Dan jista’ jiġri fejn il-karattri li jiffurmaw il-kodiċi ta’ identifikazzjoni eżistenti ta’ annimal jimpedixxu li dak il-kodiċi jiġi konvertit f’format elettroniku. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jipprevedi derogi transitorji speċifiċi li jippermettu l-użu ta’ identifikatur elettroniku anke għal dawk l-annimali, dment li tkun żgurata traċċabilità sħiħa u li l-annimali jistgħu jiġu identifikati individwalment, inkluż l-istabbiliment fejn twieldu. Il-possibbiltà li jintużaw tali identifikaturi elettroniċi għandha tiġi riflessa fil-lista ta’ elementi tad-databases tal-kompjuter stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(4) |
Biex ikun hemm konsistenza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-tip ta’ identifikatur elettroniku, jekk ikun applikat għall-annimali għandu wkoll jiżdied mal-lista ta’ elementi li għandhom jiġu inklużi fid-databases tal-kompjuter stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fil-parti C tal-Artikolu 14(3), tad-Direttiva 64/432/KEE, il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(1) |
għal kull annimal:
|
(*1) Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).”."
Artikolu 2
1. Sat-18 ta’ Jannar 2016, l-Istati Membri għandhom għandhom idaħħlu fis-seħħil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-18 ta’ Lulju 2019.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandha ssir tali referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2014.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
(1) ĠU C 43, 15.2.2012, p. 64.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2014.
(3) Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).
(4) Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u dwar it-tikkettjar ta’ ċanga u prodotti taċ-ċanga u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).