15.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/50 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/48/UE
tal-24 ta' Marzu 2014
li temenda d-Direttiva 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 115 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (3) ilha tiġi applikata fl-Istati Membri mill-1 ta' Lulju 2005 u nstabet li hi effettiva tul l-ewwel tliet snin tal-applikazzjoni tagħha, fil-limiti stabbiliti skont il-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Madankollu, mill-ewwel rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2008 dwar l-applikazzjoni tagħha jidher li ma tissodisfax kompletament l-ambizzjonijiet espressi fil-konklużjonijiet adottati unanimament mill-Kunsill fil-laqgħa tiegħu tas-26 u s-27 ta' Novembru 2000. B'mod partikolari, mhumiex koperti ċerti strumenti finanzjarji li huma ekwivalenti għal titoli ta' sigurtà bl-imgħax u ċerti mezzi indiretti ta' kif jinżammu titoli ta' sigurtà bl-imgħax. |
(2) |
Sabiex jinkiseb aħjar l-għan tad-Direttiva 2003/48/KE, huwa neċessarju li l-ewwel titjieb il-kwalità tal-informazzjoni użata sabiex jiġu stabbiliti l-identità u r-residenza tas-sidien benefiċjarji. F'dan ir-rigward, l-aġent ta' pagament għandu juża kemm id-data kif ukoll il-post ta' twelid, u jekk jeżistu n-numri tal-identifikazzjoni fiskali jew ekwivalenti allokati mill-Istati Membri. Id-Direttiva 2003/48/KE ma timponix obbligu fuq l-Istati Membri biex jintroduċu n-numri tal-identifikazzjoni fiskali. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni fir-rigward ta' kontijiet konġunti u każijiet oħrajn ta' sjieda benefiċjarja kondiviża għandha wkoll tittejjeb. |
(3) |
Id-Direttiva 2003/48/KE tapplika biss għal pagamenti ta' imgħax magħmulin għall-benefiċċju immedjat ta' individwi residenti fl-Unjoni. Għalhekk dawn l-individwi jistgħu jevadu d-Direttiva 2003/48/KE billi jużaw entità intermedjarja jew arranġament ġuridiku, speċjalment uħud stabbiliti f'ġurisdizzjoni fejn ma tkunx żgurata t-tassazzjoni fuq id-dħul imħallsa lil din l-entità jew lil dan l-arranġament. Minħabba wkoll il-miżuri kontra l-ħasil tal-flus stabbiliti fid-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), huwa għaldaqstant adatt li l-aġenti ta' pagament jintalbu japplikaw “approċċ ta' trasparenza” għal pagamenti li saru lil ċerti entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi stabbiliti jew li għandhom il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom f'ċerti pajjiżi jew territorji fejn id-Direttiva 2003/48/KE jew il-miżuri għall-istess għan jew ekwivalenti ma japplikawx. Dawk l-aġenti ta' pagament għandhom jużaw l-informazzjoni diġà disponibbli għalihom dwar is-sid/sidien benefiċjarju/i ta' tali entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi sabiex jiġi żgurat li d-Direttiva 2003/48/KE tiġi applikata meta s-sid benefiċjarju hekk identifikat ikun individwu resident fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn ikun stabbilit l-aġent ta' pagament. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-aġenti ta' pagament, għandha titfassal lista indikattiva ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi fil-pajjiżi terzi u l-ġurisdizzjonijiet ikkonċernati minn din il-miżura. |
(4) |
Għandu jkun evitat ukoll il-ħrib mid-Direttiva 2003/48/KE meta pagament ta' imgħax jgħaddi b'mod artifiċjali permezz ta' operatur ekonomiku stabbilit barra mill-Unjoni. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu speċifikati r-r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi meta jsiru jafu li pagament ta' imgħax ikun sar lil operatur li huwa stabbilit barra l-ambitu territorjali tad-Direttiva 2003/48/KE isir għall-benefiċċju ta' individwu, li huma jafu li huwa resident ta' Stat Membru ieħor u li jista' jkun ikkunsidrat li huwa klijent tagħhom. F'ċirkostanzi bħal dawn, dawk l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kkunsidrati li qed jaġixxu ta' aġenti ta' pagament. Dan jgħin ukoll sabiex jiġi evitat l-użu ħażin possibbli tan-netwerk internazzjonali tal-istituzzjonijiet finanzjarji, jiġifieri fergħat, sussidjarji, kumpanniji assoċjati jew possedenti li jaħarbu d-Direttiva 2003/48/KE. |
(5) |
L-esperjenza turi li tinħtieġ aktar ċarezza dwar l-obbligu tal-aġir ta' aġent ta' pagament mal-irċevuta ta' pagament ta' imgħax. B'mod partikolari, l-istrutturi intermedji li huma soġġetti għal dan l-obbligu għandhom ikunu identifikati b'mod ċar. Entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li mhumhiex soġġetti għal tassazzjoni effettiva għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/48/KE mal-irċevuta minnhom ta' kwalunkwe pagament ta' imgħax minn kwalunkwe operatur ekonomiku upstream. Lista indikattiva ta' tali entitajiet u arranġamenti legali f'kull Stat Membru ser tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
(6) |
Mill-ewwel rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE jidher li din tista' tinħarab bl-użu ta' strumenti finanzjarji li, fir-rigward tal-livell ta' riskju, flessibbiltà u rendiment miftiehem, huma ekwivalenti għal pretensjonijiet ta' dejn. Għalhekk jeħtieġ li jkun żgurat li din tkopri mhux biss imgħax iżda wkoll dħul sostanzjalment ekwivalenti. |
(7) |
B'mod simili, il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fihom garanzija ta' rendiment fuq id-dħul jew li l-prestazzjoni tagħhom hija marbuta b'aktar minn 40 % mad-dħul minn pretensjonijiet ta' dejn jew dħul ekwivalenti kopert bid-Direttiva 2003/48/KE għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. |
(8) |
Fir-rigward ta' fondi ta' investiment stabbiliti fl-Unjoni, id-Direttiva 2003/48/KE fil-preżent tkopri biss dħul li ġej minn impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li, fost oħrajn, ħassret u ssostitwiet id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE (6). Dħul ekwivalenti minn non-UCITS jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE biss meta n-non-UCITS huma entitajiet mingħajr personalità ġuridika u għalhekk jaġixxu bħala aġenti ta' pagament b'riċevuta tal-pagamenti ta' imgħax. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-istess regoli għall-fondi jew skemi ta' investiment kollha indipendentement mill-forma ġuridika tagħhom, ir-referenza fid-Direttiva 2003/48/KE għad-Direttiva 85/611/KEE għandha tkun sostitwita b'referenza għar-reġistrazzjoni tagħhom f'konformità mal-liġi ta' Stat Membru jew ir-regoli tal-fond tagħhom jew tal-istrumenti ta' inkorporazzjoni għandhom jiġu rregolati mil-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat trattament ugwali, b'kont meħud tat-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
(9) |
Fir-rigward ta' fondi ta' investiment mhux stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea, jeħtieġ li jkun ċar li d-Direttiva tinkludi imgħax u dħul ekwivalenti minn dawk il-fondi kollha, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom u kif inhuma kollokati mal-investituri. |
(10) |
Id-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax għandu jkun ikkjarifikat biex tiżgura li jitqiesu mhux biss investimenti diretti f'pretensjonijiet ta' debitu iżda wkoll investimenti indiretti fil-kalkolu tal-perċentwal tal-assi investiti fit-tali strumenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni minn aġenti ta' pagament tad-Direttiva 2003/48/KE għad-dħul li ġej minn impriżi ta' investiment kollettiv stabbiliti f'pajjiżi oħra, għandu jkun ċar li l-kalkolu tal-kompożizzjoni tal-assi għat-trattament ta' ċertu dħul minn impriżi bħal dawn ikun irregolat skont ir-regoli stipulati fl-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-Żona Ekonomika Ewropea fejn ikunu stabbiliti. |
(11) |
Kemm il-proċedura ta' “ċertifikazzjoni” li tippermetti lis-sidien benefiċjarji li huma residenti għall-finijiet tat-taxxa fi Stat Membru wieħed li jevitaw l-impożizzjoni tat-taxxa minn ras il-għajn fuq pagamenti ta' imgħax li ġejjin minn Stat Membru ieħor elenkat fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/48/KE u l-proċedura alternattiva ta' żvelar volontarju lill-Istat tar-residenza tas-sid benefiċjarju għandhom merti. Madankollu, l-proċedura ta' żvelar volontarju hija ta' anqas piż għas-sid benefiċjarju u għaldaqstant huwa xieraq li l-għażla tal-proċedura tingħata lis-sidien benefiċjarji. |
(12) |
L-Istati Membri għandhom jagħtu statistiċi rilevanti dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE għat-titjib fil-kwalità tal-informazzjoni miżmuma mill-Kummissjoni fit-tħejjija tar-rapport, ippreżentat lill-Kunsill kull tliet snin, dwar l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. |
(13) |
F'konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni Ewropea, it-tabelli tagħhom stess li juru, sa fejn hu possibbli, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(14) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/48/KE, setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(15) |
Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata t-tassazzjoni effettiva fuq id-dħul mill-imgħax fil-forma ta' pagamenti ta' imgħax transkonfinali li ġeneralment huma inklużi fl-Istati Membri kollha fid-dħul taxxabbli ta' individwi residenti, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(16) |
Id-Direttiva 2003/48/KE għandha tiġi emendata, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2003/48/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva huma mwettqin minn aġenti ta' pagament u operaturi ekonomiċi oħrajn stabbiliti jew, fejn rilevanti, li jkollhom il-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tagħhom, irrispettivament mil-post ta' stabbiliment tad-debitur tal-pretensjoni, li jipproduċi l-pagament tal-imgħax.”; |
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1a Definizzjonijiet ta' ċerti termini Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
|
(3) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Definizzjoni ta' sid benefiċjarju 1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 4, ‘sid benefiċjarju’ tfisser kwalunkwe individwu li jirċievi pagament ta' imgħax jew kwalunkwe individwu li għalih huwa attribwit pagament bħal dan, sakemm jipprovdi evidenza li ma kienx riċevut jew attribwit għall-vantaġġ proprju tiegħu, jiġifieri li:
2. Meta aġent ta' pagament ikollu informazzjoni li tissuġġerixxi li l-individwu li jirċievi pagament ta' imgħax jew li jkun attribwit lilu pagament ta' imgħax jista' ma jkunx is-sid benefiċjarju, u fejn il-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ma japplikax għal dak l-individwu, huwa għandu jieħu passi raġonevoli biex jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju f'konformità mal-Artikolu 3(2). Jekk l-aġent ta' pagament ma jkunx jista' jidentifika s-sid benefiċjarju, huwa għandu jittratta l-individwu inkwistjoni bħala s-sid benefiċjarju. 3. Meta operatur ekonomiku li wkoll jaqa' fl-ambitu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew jattribwixxi pagament bħal dan għal, entità jew arranġament ġuridiku, li ma jkunx soġġett għal tassazzjoni effettiva u li hu stabbilit jew għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu f'pajjiż jew ġurisdizzjoni barra mit-territorju msemmi fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva u barra l-kamp ta' applikazzjoni territorjali tal-ftehimiet u l-arranġamenti għall-istess miżuri bħal jew għal miżuri ekwivalenti għal dawk ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw is-subparagrafi tnejn sa ħamsa ta' dan il-paragrafu. Il-pagament għandu jitqies bħala li sar, jew li ġie attribwit, lill-benefiċċju immedjat ta' kwalunkwe individwu, li hu residenti fi Stat Membru għajr dak tal-operatur ekonomiku u huwa ddefinit fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 2005/60/KE bħala s-sid benefiċjarju tal-entità jew l-arranġament ġuridiku. L-identità ta' dak l-individwu għandha tiġi stabbilita skont il-miżuri ta' diliġenza dovuta lill-klijent previsti fl-Artikolu 7 u l-Artikolu 8(1)(b) ta' dik id-Direttiva. Dak l-individwu għandu wkoll jitqies bħala s-sid benefiċjarju għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-kategoriji tal-entitajiet u l-arranġamenti ġuridiċi msemmijin fil-lista' indikattiva tal-Anness I għandhom jitqiesu li mhumiex soġġetti għal tassazzjoni effettiva. L-operatur ekonomiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi l-forma legali u l-post tal-istabbiliment jew, fejn rilevanti, il-post ta' amministrazzjoni effettiva tal-entità jew l-arranġement legali, billi juża l-informazzjoni żvelata minn kwalunkwe individwu li jaġixxi għan-nom tal-entità jew l-arranġament ġuridiku partikolarment skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, dment li l-operatur ekonomiku ma jkollux disponibbli informazzjoni aktar affidabbli li tindika li l-informazzjoni rċevuta mhijiex korretta jew li mhijiex kompleta għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. Meta entità jew arranġament ġuridiku ma jkunx jaqa' fil-kategoriji msemmijin fl-Anness I jew meta jaqa' f'dawk il-kategoriji iżda jsostni li huwa soġġett għal tassazzjoni effettiva, l-operatur ekonomiku msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jistabbilixxi jekk ikunux soġġetti għal tassazzjoni effettiva abbażi tal-fatti li huma rikonoxxuti b'mod ġenerali jew abbażi tad-dokumenti uffiċjali ppreżentati mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew li huma disponibbli permezz ta' miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijent li jkunu ttieħdu f'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE. 4. Meta entità jew arranġament ġuridiku jitqies li huwa aġent ta' pagament hekk kif jirċievi pagament ta' imgħax jew hekk kif ikun attribwit lilu pagament bħal dan f'konformità mal-Artikolu 4(2) il-pagament ta' imgħax għandu jitqies bħala dovut lill-individwi li ġejjin, bi proporzjon ma' kull dritt tal-individwi għal dak il-pagament, li għandhom jitqiesu bħala sidien benefiċjarji għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
(*1) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).”;" |
(4) |
L-Artikoli 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej: “Artikolu 3 Identità u residenza ta' sidien benefiċjarji 1. Kull Stat Membru għandu, fit-territorju tiegħu, jadotta u jiżgura l-applikazzjoni tal-proċeduri meħtieġa biex iħallu l-aġent ta' pagament jiddentifika s-sidien benefiċjarji u r-residenza tagħhom għall-finijiet tal-Artikoli 8 sa 12. Dawn il-proċeduri għandhom iħarsu l-istandards minimi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. 2. L-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju abbażi ta' standards minimi li jvarjaw skont meta jibdew ir-relazzjonijiet bejn l-aġent ta' pagament u s-sid benefiċjarju, kif ġej:
Id-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikun stabbiliti abbażi ta' passaport jew karta tal-identità uffiċjali jew kwalunkwe dokument tal-identità uffiċjali ieħor, fejn applikabbli, kif speċifikat fil-lista msemmija fil-paragrafu 4, li jiġi ppreżentat mis-sid benefiċjajru. Dettalji bħal dawn li ma jidhrux fuq dawn id-dokumenti għandhom ikunu stabbiliti abbażi ta' kwalunkwe prova dokumentarja oħra ta' identità ppreżentata mis-sid benefiċjarju. 3. Meta s-sid benefiċjarju jippreżenta fuq bażi volontarja ċertifikat tar-residenza tat-taxxa maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż tul it-tliet snin qabel id-data tal-pagament, jew data aktar tard meta l-pagament jitqies li huwa dovut lil sid benefiċjarju, ir-residenza tiegħu għandha titqies li tinsab f'dak il-pajjiż. F'nuqqas ta' dan, ir-residenza tiegħu għandha titqies li tinsab fil-pajjiż fejn għandu l-indirizz permanenti tiegħu. L-aġent ta' pagament għandu jistabbilixxi l-indirizz permanenti tas-sid benefiċjarju abbażi tal-istandards minimi li ġejjin:
Fis-sitwazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn is-sidien benefiċjarji jippreżentaw passaport jew karta ta' identità uffiċjali jew kwalunkwe dokument tal-identità uffiċjali ieħor maħruġ minn Stat Membru u jiddikjaraw li huma residenti f'pajjiż terz, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' ċertifikat tar-residenza tat-taxxa maħruġ fit-tliet snin qabel id-data tal-pagament jew data aktar tard meta l-pagament jitqies li huwa dovut lil sid benefiċjarju mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz fejn is-sid benefiċjarju qed jgħid li huwa residenti. Fin-nuqqas tal-preżentazzjoni ta' dan iċ-ċertifikat, l-Istat Membru li ħareġ il-passaport, il-kartà tal-identità uffiċjali jew dokument uffiċjali ieħor tal-identità għandu jitqies bħala l-pajjiż ta' residenza. Għal sidien benefiċjarji li tagħhom l-aġent ta' pagament ikollu d-dokumentazzjoni uffiċjali għad-dispożizzjoni tiegħu li tipprova li għall-finijiet tat-taxxa għandhom ir-residenza tagħhom f'pajjiż differenti minn dak tal-indirizz permanenti tagħhom minħabba l-privileġġi marbuta mal-istatus diplomatiku tagħhom jew minħabba regoli internazzjonali miftiehma oħra, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta' dokumentazzjoni uffiċjali bħal din disponibbli għall-aġent ta' pagament. 4. Kull Stat Membru li jalloka numri ta' identifikazzjoni tat-taxxa jew l-ekwivalenti għandu, sal-31 ta' Diċembru 2014, jinforma lill-Kummissjoni dwar l-istruttura u l-format ta' dawn in-numri kif ukoll bid-dokumentazzjoni uffiċjali li fiha informazzjoni dwar in-numri ta' identifikazzjoni allokati. Kull Stat Membri għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni jekk isir xi tibdil f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista miġbura tal-informazzjoni li tirċievi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Aġenti ta' pagament 1. Operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru li jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew li jattribwixxi tali pagament għal, benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju għandu jitqies bħala aġent ta' pagament għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, huwa irrelevanti jekk l-operatur ekonomiku kkonċernat huwiex id-debitur jew dak li ħareġ il-pretensjoni jew it-titolu li jipproduċi d-dħul jew inkella huwiex l-operatur ekonomiku inkarigat mid-debitur jew dak li ħareġ il-pretensjoni ta' dejn jew mis-sid benefiċjarju għall-ħlas tad-dħul jew biex jattribwixxi l-pagament tad-dħul. Operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru għandu jitqies bħala aġent ta' pagament għall-finijiet ta' din id-Direttiva sakemm ikun jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu huma sodisfatti, il-pagament li jsir jew li jkun attribwit mill-ewwel operatur ekonomiku għandu jitqies bħala li sar lil, jew li huwa attribwit għall-benefiċċju immedjat tas-sid benefiċjarju msemmi fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu. 2. Entità jew arranġament ġuridiku li għandu l-post ta' amminstrazzjoni effettiva fi Stat Membru u li ma jkunx soġġett għal tassazzjoni effettiva skont ir-regoli ġenerali għat-tassazzjoni diretta applikabbli jew f'dak l-Istat Membru, jew fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit, jew fi kwalunkwe pajjiż jew ġurisdizzjoni fejn huwa residenti għal finijiet ta' taxxa, għandu jitqies bħala aġent ta' pagament mal-irċevuta ta' pagament ta' imgħax jew hekk kif jattribwixxi t-tali pagament. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kategoriji tal-entitajiet u l-arranġamenti ġuridiċi msemmijin fil-lista' indikattiva tal-Anness II għandhom jitqiesu li mhumiex soġġetti għal tassazzjoni effettiva. Meta entità jew arranġament ġuridiku ma jkunx jappartjeni għall-ebda waħda mill-kategoriji msemmijin fil-lista indikattiva fl-Anness II jew meta jkun kopert minn dak l-anness iżda jsostni li huwa soġġett għal tassazzjoni effettiva, l-operatur ekonomiku għandu jistabbilixxi jekk ikunux soġġetti għal tassazzjoni effettiva abbażi tal-fatti li huma rikonoxxuti b'mod ġenerali jew abbażi tad-dokumenti uffiċjali ppreżentati mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew li huma disponibbli permezz ta' miżuri ta' diliġenza dovuta lill-klijent li jkunu ttieħdu f'konformità mad-Direttiva 2005/60/KE. Kwalunkwe operatur ekonomiku stabbilit fi Stat Membru li jagħmel pagament ta' imgħax lil, jew li jattribwixxi pagament bħal dan, għal entità jew arranġament ġuridiku msemmi f'dan il-paragrafu u li għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru għajr l-Istat fejn l-operatur ekonomiku huwa stabbilit, għandu jinforma lill-awtorita kompetenti tal-Istat Membru tiegħu fejn hu stabbilit b'dan li ġej, bl-użu ta' informazzjoni indikata fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 2(3) jew informazzjoni oħra disponibbli:
L-individwi li għandhom jitqiesu bħala s-sidien benefiċjarji tal-pagament ta' imgħax magħmul jew attribwit għall-entitajiet jew l-arranġamenti ġuridiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu ddeterminati f'konformità mar-regoli previsti fl-Artikolu 2(4). Meta japplika l-punt (c) tal-Artikolu 2(4), l-entità jew l-arranġament ġuridiku għandu, kull meta individwu f'data aktar tard jikseb id-dritt għall-assi li jipproduċu tali pagament ta' imgħax jew għal assi oħra li jirrappreżentaw il-pagament ta' imgħax, jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu bl-informazzjoni speċifikata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1). L-entità jew l-arranġament ġuridiku għandu wkoll jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe tibdil fil-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu. L-obbligi msemmija fil-ħames subparagrafu għandhom jibqgħu għal għaxar snin mid-data tal-aħħar pagament ta' imgħax irċevut jew attribwit mill-entità jew l-arranġament ġuridiku jew l-aħħar data li individwu kiseb id-dritt għall-assi li jipproduċu tali pagament ta' imgħax jew għal assi oħra li jirrappreżentaw il-pagament ta' imgħax, skont liema data tkun l-aktar tard. Jekk entità jew arranġament ġuridiku, f'każ fejn japplika l-punt (c) tal-Artikolu 2(4), jkun biddel il-post ta' amministrazzjoni effettiva fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru għandha tirrapporta l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ġdid:
Dan il-paragrafu m'għandux japplika jekk li l-entità jew l-arranġament ġuridiku jġib provi li huwa jaqa' f'wieħed minn dawn il-każijiet:
3. Entità msemmija fil-paragrafu 2 li hija simili għal impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv imsemmija fil-punt (a) tat-tmien subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkollha l-għażla li tiġi trattata għall-finijiet ta' din id-Direttiva bħal tali impriża, fond jew skema ta' investiment. Fejn entità teżerċita l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istat Membru fejn ikollu l-post tal-amministrazzjoni effettiva tiegħu għandu joħroġ ċertifikat għal dak il-għan. L-entità għandha tippreżenta dak il-ċertifikat lill-operatur ekonomiku li jagħmel jew li jiggarantixxi l-pagament ta' imgħax. L-operatur ekonomiku għandu, f'dak il-każ, ikun eżentat mill-obbligi stabbiliti fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli ddettaljati dwar l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għall-entitajiet li għandhom il-post tal-amministrazzjoni effettiva tagħhom fit-territorju tagħhom, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva.”; |
(5) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 6 Definizzjoni ta' pagament ta' imgħax 1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ‘pagament ta' imgħax’ tfisser:
2. Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tad-dħul li jitħallas, li jiġi realizzat jew ikkreditat, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax. Fir-rigward tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tal-imgħax jew tad-dħul akkumulat jew kapitalizzat mal-bejgħ, ir-rifużjoni jew il-fidi, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax. Fir-rigward tal-punt (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollux informazzjoni dwar il-proporzjon tad-dħul li jiġi minn pagament ta' imgħax fit-tifsira tal-punt (a), (b) jew (c) ta' dak is-subparagrafu, l-ammont totali tad-dħul għandu jiġi kkunsidrat bħala pagament ta' imgħax. Fir-rigward tal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tal-benefiċċju minn kuntratt ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-ammont totali tal-pagament għandu jitqies bħala pagament ta' imgħax. 3. Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta aġent ta' pagament m'għandux informazzjoni dwar il-perċentwal tal-assi investiti fi pretensjonijiet ta' debitu jew tat-titoli relevanti, jew f'ishma jew unitajiet kif iddefiniti f'dak il-punt, dak il-perċentwal għandu jiġi kkunsidrat li hu 'l fuq minn 40 %. Fejn ma jistax jiddetermina l-ammont ta' dħul realizzat mis-sid benefiċjarju, id-dħul għandu jitqies li jikkorrispondi għad-dħul mill-bejgħ, rifużjoni jew fidi tal-ishma jew unitajiet. Fir-rigward tal-punt (f) (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, meta l-aġent ta' pagament ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar il-perċentwali tal-prestazzjoni li hija marbuta ma' pagamenti ta' imgħax fis-sens tal-punt (a), (b), (c), (d) jew (e) ta' dak is-subparagrafu, dik il-perċentwali għandha titqies bħala li hija ta' aktar minn 40 %. 4. Fejn pagament ta' imgħax kif iddefinit fil-paragrafu 1 isir lil entità jew arranġament ġuridiku msemmi fl-Artikolu 4(2) jew jiġi ikkreditat f'kont miżmum minn tali entità jew arranġament ġuridiku, għandu jitqies li jkun dovut lill-individwu msemmi fl-Artikolu 2(4). Fil-każ ta' entità, dan japplika biss jekk l-entità ma eżerċitatx l-għażla prevista skont l-Artikolu 4(3). 5. Fir-rigward tal-punti (c) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jirrikjedu lill-aġenti ta' pagament fit-territorju tagħhom biex janalizzaw il-imgħax matul perijodu ta' żmien li ma jistax ikun iżjed minn sena, u li jittrattaw dan il-imgħax annwalizzat bħala pagament ta' imgħax anki jekk l-ebda bejgħ, fidi jew rifużjoni ma sseħħ matul dak il-perijodu. 6. B'deroga mill-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jeskludu mid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax kwalunkwe dħul imsemmi f'dawk id-dispożizzjonijiet li jkunu distribwiti minn impriżi jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment li għandhom regoli tal-fond jew strumenti ta' inkorporazzjoni rregolati mil-liġi tagħhom fejn l-investiment dirett jew indirett ta' tali impriżi, entitajiet fondi jew skemi fi pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu jew f'titoli msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ma jkunx eċċeda l-15 % tal-assi tagħhom. B'deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom ikollhom l-għażla li jeskludu mid-definizzjoni ta' pagament ta' imgħax fil-paragrafu 1 dawk il-pagamenti ta' imgħax li jsiru jew jiġu ikkreditati f'kont ta' entità jew arranġament ġuridiku, li huwa msemmi fl-Artikolu 4(2) u li jkollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu fit-territorju tagħhom, fejn l-investiment dirett jew indirett ta' din l-entità jew arranġament ġuridiku fi pretensjonijiet ta' debitu msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jew f'titoli msemmija fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu ma eċċediex il-15 % tal-assi tiegħu. Fil-każ ta' entità, dan japplika biss jekk l-entità ma eżerċitatx l-għażla prevista skont l-Artikolu 4(3). Fejn Stat Membru jeżerċita waħda mill-għażliet imsemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi jew inkella it-tnejn, għandu jinnotifika l-Kummissjoni dwar dan. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-fatt li ġiet eżerċitata l-għażla u, b'effett mid-data ta' pubblikazzjoni bħal din, l-eżerċizzju tal-għażla għandu jkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħrajn. 7. Il-limiti massimi ta' 40 % imsemmija fil-punti (e) u (f) (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 3 għandu mill-1 ta' Jannar 2016 ikun ta' 25 %. 8. Il-perċentwali msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6 għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għall-politika ta' investiment, jew b'referenza għall-istrateġija u l-objettivi ta' investiment, stabbiliti fid-dokumentazzjoni li tirregola l-operat tal-impriżi jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment ikkonċernati. Għall-fini ta' dan il-paragrafu, id-dokumentazzjoni tinkludi:
Fejn id-dokumentazzjoni ma tiddefinixxix polza ta' investiment jew strateġija u objettivi ta' investiment, dawk il-perċentwali għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għall-kompożizzjoni attwali tal-assi tal-impriżi jew l-entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment ikkonċernati, hekk kif jirriżultaw mill-medja tal-assi fil-bidu, jew fid-data tal-ewwel rapport ta' kull sitt xhur tagħhom, u fit-tmiem tal-aħħar perijodu ta' kontabbiltà tagħhom qabel id-data meta l-pagament ta' imgħax isir jew jiġi attribwit mill-aġent ta' pagament lis-sid benefiċjarju. Għal impriżi li għadhom kif ġew ikkostitwiti jew entitajiet jew fondi jew skemi ta' investiment, il-kompożizzjoni attwali għandha tkun ir-riżultat maħdum fuq il-medja tal-assi fid-data tal-bidu u fid-data tal-ewwel evalwazzjoni tal-assi kif stabbilit fid-dokumentazzjoni li tirregola l-operat tal-impriżi, l-entitajiet, il-fondi jew l-iskemi ta' investiment ikkonċernati. Il-kompożizzjoni tal-assi għandha titkejjel f'konformità mar-regoli applikabbli fl-Istat Membru jew f'pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea li mhumiex tal-Unjoni, li fihom l-impriża ta' investiment kollettiv jew fond jew skema ta' investiment kollettiv ieħor hi rreġistrata bħala tali jew taħt il-liġijiet li r-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tagħha huma rregolati. Il-kompożizzjoni hekk imkejla għandha tkun vinkolanti fuq l-Istati Membri l-oħrajn. 9. Id-dħul imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jitqies biss bħala pagament ta' imgħax skont safejn it-titoli li jipproduċu dak id-dħul kienu nħarġu l-ewwel fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. It-titoli maħruġa qabel dik id-data m'għandhomx jittieħdu fil-kont għall-perċentwali msemmijia fil-punt (e) ta' dak is-subparagrafu u fil-paragrafu 6. 10. Il-benefiċċji minn kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għandhom jitqiesu bħala pagament ta' imgħax f'konformità mal-punt (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 biss safejn il-kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja li jwassal għal dawn il-benefiċċji ġie sottoskritt fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. 11. L-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jqisu d-dħul imsemmi fil-punt (e) (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, irrealizzat mal-bejgħ, ir-rifużjoni jew il-fidi ta' ishma jew unitajiet f'impriżi inkorporati għal investiment kollettiv li mhumiex UCITS awtorizzati skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), għandu jkun ikkunsidrat bħala pagament ta' imgħax biss safejn ikun akkumulat għal dawk l-impriżi fl-1 ta' Lulju 2014 jew wara. (*2) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).”;" |
(6) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 Rappurtar tal-informazzjoni mill-aġent ta' pagament 1. Fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti fi Stat Membru barra minn dak fejn l-aġent ta' pagament hu stabbilit, l-ammont minimu ta' informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata mill-aġent ta' pagament lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membri ta' stabbiliment tiegħu għandu jikkonsisti fi:
Fejn is-sid benefiċjarju huwa residenti fi Stat Membru minbarra dak fejn l-aġent ta' pagament skont l-Artikolu 4(2) għandu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu, tali aġent ta' pagament għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa għandu l-post tal-amministrazzjoni effettiva bl-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Barra minn hekk, dan l-aġent ta' pagament għandu jirrapporta dwar dan li ġej:
2. L-ammont minimu ta' informazzjoni dwar pagament ta' imgħax li għandu jiġi rrappurtat mill-aġent ta' pagament għandu jiddistingwi bejn il-kategoriji ta' imgħax li ġejjin u jindika:
L-aġent ta' pagament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit jew, fil-każ ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2), huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu meta jirrapporta l-ammonti totali skont il-punt (b), (c), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. 3. Fil-każ ta' sjieda benefiċjarja kondiviża, l-aġent ta' pagament għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit jew, fil-każ ta' aġent ta' pagament imsemmi fl-Artikolu 4(2), huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollu l-post ta' amministrazzjoni effettiva tiegħu dwar jekk l-ammont irrapportat għal kull sid benefiċjarju huwiex l-ammont sħiħ attribwibbli lis-sidien benefiċjarji kollettivament, is-sehem attwali li għandu s-sid benefiċjarju kkonċernat jew sehem indaqs. 4. Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-aġenti ta' pagament biex jarrappurtaw biss dan li ġej:
L-aġent ta' pagament għandu jgħarraf jekk jirrapporta l-ammont totali skont il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.”; |
(7) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 13 Eċċezzjonijiet għall-proċedura ta' taxxa minn ras il-għajn 1. L-Istati Membri li jieħdu taxxa minn ras il-għajn skont l-Artikolu 11 għandhom jipprevedu l-proċeduri li ġejjin sabiex ikun assigurat li s-sid benefiċjarju jista' jitolob li ma tinżamm l-ebda taxxa:
2. Fuq it-talba tas-sid benefiċjarju, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu għal skopijiet ta' taxxa għandha toħroġ ċertifikat li jindika:
Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin. Għandu jinħareġ lil kwalunkwe sid benefiċjarju li jitolbu, f'xahrejn minn din it-talba.”; |
(11) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1), it-terminu“l-Anness” hija sostitwita b'“Anness III”. |
(13) |
l-ewwel sentenza tal-Artikolu 18 hija sostitwita b'dan li ġej: “Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill kull tliet snin dwar l-operat ta' din id-Direttiva abbażi tal-istatistiċi elenkati fl-Anness IV, li għandhom jingħataw minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni.”; |
(14) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 18a Miżuri ta' implimentazzjoni 1. Il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18b(2), tadotta miżuri għall-għanijiet li ġejjin:
2. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista stipulata fl-Anness III fuq it-talba tal-Istati Membri direttament ikkonċernati; Artikolu 18b Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Koperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni(‘il-Kumitat’). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (EU) Nru 182/2011.”; |
(15) |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-1 ta' Jannar 2016, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn l-ewwel jum tat-tielet sena kalendarja wara s-sena kalendarja li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet primarji tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Marzu 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
A. TSAFTARIS
(1) ĠU C 184E, 8.7.2010, p. 488.
(2) ĠU C 277, 17.11.2009, p. 109.
(3) Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38).
(4) Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
(5) Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).
(6) Direttiva 85/611/KEE tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3).
(7) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(8) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
L-Anness għad-Direttiva 2003/48/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness isir l-“Anness III”. |
(2) |
L-Anness li ġej jiddaħħal bħala “Anness I”: “ANNESS I Lista indikattiva ta' kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li huma kkunsidrati bħala mhux soġġetti għat-tassazzjoni effettiva, għall-finijiet tal-Artikolu 2(3)
|
(3) |
L-Anness li ġej jiddaħħal bħala “Anness II”: “ANNESS II Lista indikattiva ta' kategoriji ta' entitajiet u arranġamenti ġuridiċi li huma kkunsidrati bħala mhux soġġetti għat-tassazzjoni effettiva, għall-finijiet tal-Artikolu 4(2)
|
(4) |
L-Anness li ġej jiżdied bħala “Anness IV”: “ANNESS IV LISTA TA' ELEMENTI GĦALL-FINIJIET TA' STATISTIKA LI GĦANDHOM IKUNU PPROVDUTI ANNWALMENT MILL-ISTATI MEMBRI LILL-KUMMISSJONI 1. Elementi ekonomiċi 1.1. It-taxxa minn ras il-għajn: Għall-Awstrija u l-Lussemburgu (dment li huma japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni stipulati fil-Kapitolu III), l-ammont totali annwali ta' dħul mit-taxxa kondiviż mit-taxxa minn ras il-għajn, maqsum skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji. Għall-Awstrija u l-Lussemburgu (dment li huma japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitlu III), l-ammont totali annwali ta' dħul mit-taxxa kondiviż mal-Istati Membri l-oħra mit-taxxa minn ras il-għajn miġbura skont l-Artikolu 11(5). Data dwar l-ammonti totali miġbura mit-taxxa minn ras il-għajn, maqsuma skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji, għandha tintbagħat ukoll lill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli mill-ġbir ta' statistiċi dwar il-bilanċ tal-pagamenti. 1.2. Ammont ta' pagamenti ta' imgħax/dħul mill-bejgħ: Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju skont l-Artikolu 13, l-ammont ta' pagamenti ta' imgħax fit-territorju tagħhom li huwa soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 9, maqsum skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza tas-sidien benefiċjarji. Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju skont l-Artikolu 13, l-ammont ta' dħul mill-bejgħ fit-territorju tagħhom li jkun soġġett għal skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 9, maqsum skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza tas-sidien benefiċjarji. Għal Stati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu l-mekkaniżmu ta' żvelar volonatrju, l-ammont ta' pagamenti ta' imgħax soġġett għal skambju ta' informazzjoni, maqsum skont it-tip ta' pagamenti ta' imgħax skont il-kategoriji stipulati fl-Artikolu 8(2). Id-data marbuta mal-ammonti totali ta' pagamenti ta' imgħax u dħul mill-bejgħ, maqsuma skont l-Istat Membru ta' residenza tas-sidien benefiċjarji, għandha tiġi kkomunikata wkoll lill-istituzzjoni nazzjonali responsabbli mill-ġbir ta' statistiċi dwar il-Bilanċ tal-Pagamenti. 1.3. Sid benefiċjarju: Għall-Istati Membri kollha, l-għadd ta' sidien benefiċjarji residenti fi Stati Membri oħra u Territorji Dipendenti u Assoċjati, maqsuma skont l-Istat Membru jew it-Territorju Dipendenti jew Assoċjat ta' residenza. 1.4. Aġenti ta' pagament: Għall-Istati Membri kollha, l-għadd ta' aġenti ta' pagament (għal kull Stat Membru li jibgħat) involuti fl-iskambju ta' informazzjoni jew taxxa minn ras il-għajn għall-finijiet ta' din id-Direttiva. 1.5. Aġenti ta' pagament b'riċevuta: Għall-Istati Membri, l-għadd ta' aġenti ta' pagament b'riċevuta li jkunu rċevew pagamenti ta' imgħax skont it-tifsira tal-Artikolu 6(4). Dan jikkonċerna kemm lill-Istati Membri li jibagħtu, li fihom ikunu saru l-pagamenti ta' imgħax lil aġenti ta' pagament b'riċevuta li l-post ta' amministrazzjoni effettiva tagħhom ikun fi Stati Membri oħra, kif ukoll lill-Istati Membri li jirċievu, li jkollhom entitajiet jew arranġamenti ġuridiċi bħal dawn fit-territorju tagħhom. 2. Elementi tekniċi 2.1. Rekords: Għall-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni jew li għażlu d-dispożizzjoni ta' żvelar volontarju tal-Artikolu 13, l-għadd ta' rekords mibgħuta u riċevuti. Rekord wieħed ifisser pagament wieħed għal sid benefiċjarju wieħed. 2.2. Rekords ipproċessati/ikkoreġuti:
3. Elementi mhux obbligatorji:
|
(1) Ir-Renju Unit huwa l-Istat Membru responsabbli għar-relazzjonijiet esterni ta' Ġibiltà, skont it-termini tal-Artikolu 355(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”.