|
28.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/32 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/37/UE
tas-27 ta’ Frar 2014
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sikurezza u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE b'rabta mal-użu obbligatorju taċ-ċintorini tas-sikurezza u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7a tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (2), fl-24 ta' Frar 1998, il-Komunità Ewropea qablet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (United Nations Economic Commission for Europe - UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu ma’ vetturi bir-roti u/jew jintużaw fuqhom, u l-kundizzjonijet għall-approvazzjoni reċiproka mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijet (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Rivedut tal-1958”). |
|
(2) |
Skont il-paragrafu 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 97/836/KE, ir-rekwiżiti tekniċi tar-Regolamenti tal-UNECE skont il-Ftehim Rivedut tal-1958 isiru alternattivi għall-annessi tekniċi tad-Direttivi tal-Unjoni separati rilevanti fejn dawn tal-aħħar għandhom l-istess kamp ta' applikazzjoni u fejn fil-każ tar-Regolamenti tal-UNECE jeżistu direttivi tal-Unjoni separati. Madankollu, id-disposizzjonijiet addizzjonali tad-Direttivi, bħal dawk li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-immuntar jew il-proċedura għall-approvazzjoni, jibqgħu fis-seħħ. |
|
(3) |
Ġie stabbilit u adottat Regolament tal-UNECE ġdid dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ Sistemi Mtejba tat-Trażżin għat-Tfal użati abbord vetturi bil-mutur (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament 129”), taħt l-awspiċi tal-UNECE. |
|
(4) |
Ir-Regolament 129 daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2013 bħala anness tal-Ftehim Rivedut tal-1958. |
|
(5) |
Ir-rekwiżiti standardizzati tar-Regolament 129 jikkostitwixxu rekwiżiti alternattivi mtejba b'rabta ma' dawk stabbiliti skont ir-Regolament 44 dwar dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' tagħmir tat-trażżin għat-tfal li jirkbu bħala passiġġieri f’vetturi bil-magna (“Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal”) (3) u jirriflettu l-progress tekniku f’diversi aspetti tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal bħal testijiet għal meta jkun hemm impatti fuq il-ġenb, il-pożizzjoni li tħares lura għal tfal li għandhom anqas minn 15-il xahar, il-kompatibbiltà ma’ vetturi differenti, il-manikini tat-testijiet u l-bankijiet tat-testijiet u l-adattabbiltà għad-daqsijiet varji ta' tfal; |
|
(6) |
Billi d-Direttiva 91/671/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-approvazzjoni u l-użu obbligatorju ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal fil-vetturi bil-mutur fi ħdan l-Unjoni, din għandha tiġi emendata sabiex tinkludi l-użu ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal approvati skont ir-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament 129. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 7b tad-Direttiva 91/671/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/671/KEE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt 1(a)(i) għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 1(c), għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu iffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kundizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).