5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/1


DIRETTIVA 2014/27/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2014

li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE, 92/85/KEE, 94/33/KE, 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġu allinjati mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 153 tat-Trattat, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw, permezz ta’ direttivi, ir-rekwiżiti minimi biex iħeġġu t-titjib, b’ mod partikolari fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiżguraw livell aħjar ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtá tal-ħaddiema. Tali direttivi għandhom jevitaw li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji u l-potenzjal tagħhom li joħolqu l-impjiegi. L-istandards tas-saħħa u tas-sigurtá m’għandhomx jiġu meqjusa bħala restrizzjonijiet, minħabba li huma drittijiet fundamentali u għandhom jiġu applikati mingħajr eċċezzjoni għas-setturi kollha tas-suq tax-xogħol u għat-tipi kollha tal-intrapriżi irrispettivament mid-daqs tagħhom.

(2)

L-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa sistema ġdida għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi u taħlitiet fl-Unjoni, ibbażata fuq is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi (GHS) f’livell internazzjonali, fil-qafas tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

(4)

Id-Direttivi tal-Kunsill 92/58/KEE (4), 92/85/KEE (5), 94/33/KE (6) u 98/24/KE (7), u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jinkludu referenzi għas-sistema preċedenti ta’ klassifikazzjoni u ttikkettar. Għaldaqstant, dawk id-Direttivi għandhom jiġu emendati sabiex jiġu allinjati mas-sistema l-ġdida stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(5)

L-emendi huma meħtieġa sabiex jiżguraw l-issoktar tal-effikaċja ta’ dawk id- Direttivi. L-għan ta’ din id-Direttiva mhuwiex li jindibel il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk id-Direttivi. L-intenzjoni ta’ din id-Direttiva hu li jinżamm u ma jitnaqqasx il-livell ta’ protezzjoni tal-ħaddiema previst b’dawk id-Direttivi. Madankollu, fid-dawl tal-progress teknoloġiku kontinwu, dawk id-Direttivi għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni perjodika skont l-Artikolu 17a tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE (9) sabiex jiġu żgurati l-koerenza tal-leġiżlazzjoni u livell xieraq ta’ saħħa u ta’ protezzjoni tas-sikurezza meta sustanzi kimiċi u taħlitiet perikolużi jkunu preżenti fl-ambjent tax-xogħol. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impjegati fil-professjonijiet fejn ikun hemm kuntatt frekwenti ma’ sustanzi u taħlitiet perikolużi.

(6)

L-emendi għad-Direttiva 92/85/KEE ma jindirizzawx il-kwistjoni ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużili jistgħu jaffettwaw ħażin il-fertilità tal-ħaddiema nisa tqal jew ta’ ħaddiema li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, peress li l-għan ta’ din id-Direttiva huwa biss l-aġġornament tar-referenzi u t-terminoloġija stipulati f’dik id-Direttiva. Minkejja dan, b’kont meħud tal-evidenza xjentifika li qed tevolvi rigward din il-kwistjoni flimkien maż-żieda fis-sofistikazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ dawn l-effetti, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-mezzi l-aktar xierqa biex jiġu indirizzati tali effetti.

(7)

L-emendi għad-Direttivi 92/85/KEE u 94/33/KE għandhom jallinjaw l-approċċ meħud f’ dawk id-Direttivi għall-formulazzjoni adottata fid-Direttiva 98/24/KE fir-rigward tal-kliem “sustanzi ttikkettati”, fit-Taqsima A punt 3(a) tal-Anness I għad-Direttiva 92/85/KEE, u “sustanzi u preparati kklassifikati” fit-Taqsima I punt 3(a) tal-Anness għad-Direttiva 94/33/KE, li huma sostitwiti bil-kliem “sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ klassifikazzjoni”. Din id-Direttiva ma timponix obbligi fuq min iħaddem fir-rigward tal-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet koperti bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Indipendentement minn jekk is-sustanzi jew it-taħlitiet jitqegħdux fis-suq jew le, min iħaddem irid iwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-aġenti kimiċi perikolużi kollha skont id-Direttiva 98/24/KE.

(8)

It-Taqsima I, punt 2 u t-Taqsima II, punt 1 tal-Anness tad-Direttiva 94/33/KE fihom referenzi għad-Direttivi tal-Kunsill imħassra 90/679/KEE (10) u 90/394/KEE (11). Għaldaqstant, dawk ir-referenzi għandhom jiġu sostitwiti b’referenzi għad-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u d-Direttiva 2004/37/KE.

(9)

Skont l-Artikolu 154 tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar id-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam u l-imsieħba soċjali indikaw li l-gwida ta’ spjegazzjoni hija utli b’mod speċjali għall-intrapriżi żgħar u medji.

(10)

Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni qieset li azzjoni tal-Unjoni tkun mixtieqa u kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar il-kontenut tal-proposta prevista, b’konformità mal-Artikolu 154 tat-Trattat.

(11)

Wara din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali ma xtaqux jibdew il-proċess li jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim kif stabbilit fl-Artikolu 155 tat-Trattat,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 92/58/KEE

Id-Direttiva 92/58/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għas-sinjali għat-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi u taħlitiet perikolużi, prodotti u/jew tagħmir perikolużi, kemm-il darba dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni ma jagħmlux referenza speċifika għaliha.”

(2)

Fl-Anness I, it-Taqsima 12 tinbidel b’dan li ġej:

12.   Żoni, kmamar jew spazji magħluqa użati għall-ħażna ta’ kwantitajiet sinifikanti ta’ sustanzi jew taħlitiet perikolużi għandhom ikunu indikati bi twissija xierqa b’sinjal meħud mit-Taqsima 3.2 tal-Anness II, jew immarkati kif previst fit-Taqsima 1 tal-Anness III, għajr jekk l-ittikkettar tal-kontenituri jew tal-pakketti individwali jkun adegwat għal dan l-iskop.

Jekk ma jkun hemm l-ebda sinjal ta’ twissija ekwivalenti fit-Taqsima 3.2 tal-Anness II li jwissi lill-persuni dwar sustanzi jew taħlitiet kimiċi perikolużi, għandha tintuża l-pittogramma ta’ periklu rilevanti, kif stipulat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

(*)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).”"

(3)

Fl-Anness II, it-Taqsima 3.2 hija emendata kif ġej:

(a)

is-sinjal ta’ twissija “Materjal ta’ ħsara jew irritanti” jitħassar:

(b)

Tiżdied in-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja marbuta mas-sinjal ta’ twissija “Periklu ġenerali”:

“***

Dan is-sinjal ta’ twissija m’għandux jintuża biex iwissi lill-persuni dwar sustanzi jew taħlitiet kimiċi perikolużi, ħlief għal każijiet meta s-sinjal ta’ twissija jintuża f’konformità mat-tieni paragrafu tat-Taqsima 5 tal-Anness III biex jindika l-ħażniet ta’ sustanzi jew taħlitiet perikolużi.”

(4)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

It-Taqsima 1 tinbidel b’dan li ġej:

“1.

Il-kontenituri użati fuq il-post tax-xogħol għal sustanzi jew taħlitiet kimiċi klassifikati bħala perikolużi skont il-kriterji għal kwalunkwe klassi ta’ periklu fiżiku jew għas-saħħa skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u kontenituri użati għall-ħażna ta’ tali sustanzi jew taħlitiet perikolużi, flimkien mal-pajpijiet viżibbli li jkun fihom jew li jittrasportaw tali sustanzi u taħlitiet perikolużi, għandhom ikunu ttikkettati bil-pittogrammi ta’ periklu rilevanti f’konformità ma’ dak ir-Regolament.

L-ewwel paragrafu ma japplikax għal kontenituri użati għax-xogħol għal perjodi qosra u l-anqas ma japplika għal kontenituri li l-kontenuti tagħhom jinbidlu b’mod frekwenti, dment li jittieħdu miżuri alternattivi adegwati, b’mod partikolari dwar informazzjoni u/jew taħriġ, li jiggarantixxu l-istess livell ta’ protezzjoni.

It-tikketti msemmija fl-ewwel paragrafu jistgħu jkunu:

mibdula b’sinjali ta’ twissija stipulati fl-Anness II, bl-użu tal-istess pittogrammi jew simboli. Jekk ma jkun hemm l-ebda sinjal ta’ twissija ekwivalenti fit-Taqsima 3.2. tal-Anness II, għandha tintuża l-pittogramma ta’ periklu rilevanti stipulata fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008,

miżjuda b’informazzjoni addizzjonali, bħall-isem u/jew il-formula tas-sustanza jew it-taħlita perikoluża u d-dettalji tal-periklu,

għat-trasport ta’ kontenituri fuq il-post tax-xogħol, issupplementata jew mibdula b’sinjali li huma applikabbli fl-Unjoni kollha għat-trasport ta’ sustanzi jew taħlitiet perikolużi.”

(b)

fl-ewwel u fit-tieni paragrafu tat-Taqsima 5, il-kliem “preparati perikolużi” jiġi sostitwit b’“taħlitiet perikolużi”.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 92/85/KEE

L-Anness I tad-Direttiva 92/85/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima A hija emedata kif ġej:

(a)

il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Aġenti bijoloġiċi

Aġenti bijoloġiċi fil-gruppi ta’ riskju 2, 3 u 4 skont it-tifsira tal-punti 2, 3 and 4 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), sa fejn huwa magħruf li tali aġenti jew il-miżuri terapewtiċi meħtieġa minnhom jipperikolaw is-saħħa tan-nisa tqal u tat-tarbija li għadha fil-ġuf, u sa fejn dawn ma jidhrux fl-Anness II.

(**)  Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-esposizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).”;"

(b)

il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej

“(a)

sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji dwar il-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***) f’waħda jew aktar minn dawn il-klassijiet ta’ periklu u kategoriji perikolużi li ġejjin b’waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin, sa fejn dawn ma jidhrux fl-Anness II:

mutaġeni għaċ-ċelloli ġerminali, kategorija 1 A, 1B jew 2 (H340, H341);

karċinoġeniċità, kategorija 1 A, 1B jew 2 (H350, H350i, H351);

tossiċità riproduttiva, kategorija 1 A, 1B jew 2 jew il-kategorija addizzjonali għal effetti fuq jew permezz tat-treddigħ (H360, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df, H361, H361d, H361fd, H362);

tossiċità f’organi speċifiċi wara espożizzjoni waħda, kategorija 1 jew 2 (H370, H371).

(***)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).”;"

(ii)

il-punt (b) il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

aġenti kimiċi fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****);

(****)  Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).”"

(2)

It-Taqsima B tinbidel b’dan li ġej:

“B.   Proċessi

Proċessi industrijali elenkati fl-Anness 1 tad-Direttiva 2004/37/KE.”

Artikolu 3

Emenda għad-Direttiva 94/33/KE

L-anness għad-Direttiva 94/33/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Taqsima I hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 2, il-punt (a) jinbidel b’ dan li ġej:

“(a)

Aġenti bijoloġiċi li jappartjenu għall-gruppi ta’ riskju 3 u 4 skont it-tifsira tal-punti 3 u 4 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****).

(*****)  Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).”"

(b)

il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) jinbidel b’ danli ġej:

“(a)

Sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji dwar il-klassifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******) f’waħda jew aktar minn dawn il-klassijiet ta’ periklu u kategoriji perikolużi li ġejjin b’waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin:

tossiċità akuta, kategorija 1, 2 jew 3 (H300, H310, H330, H301, H311, H331);

korrużjoni tal-ġilda, kategorija 1 A, 1B jew 1C (H314);

gass li jaqbad, kategorija 1 jew 2 (H220, H221);

aerosols li jaqbdu, kategorija 1 (H222);

likwidu li jaqbad, kategorija 1 jew 2 (H224, H225);

splussiv, kategoriji “splussiv instabbli”, jew splussivi tad-Diviżjonijiet 1.1, 1.2, 1.3, 1.4, 1.5 (H200, H201, H202, H203, H204, H205);

sustanzi u taħlitiet awtoreattivi, tip A, B, C jew D (H240, H241, H242);

perossidi organiċi, tip A jew B (H240, H241);

tossiċità f’organi speċifiċi wara espożizzjoni waħda, kategorija 1 jew 2 (H370, H371);

tossiċità f’organi speċifiċi wara espożizzjoni ripetuta, kategorija 1 jew 2 (H372, H373);

sensitizzazzjoni respiratorja, kategorija 1, sottokategorija 1 A jew 1B (H334);

sensitizzazzjoni tal-ġilda, kategorija 1, sottokategorija 1 A jew 1B (H317);

karċinoġeniċità, kategorija 1 A, 1B jew 2 (H350, H350i, H351);

mutaġeni għaċ-ċelloli ġerminali, kategorija 1 A, 1B jew 2 (H340, H341);

tossiċità riproduttiva, kategorija 1 A jew 1B (H360, H360F, H360FD, H360Fd, H360D, H360Df).

(******)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).”;"

(ii)

il-punt (b) jitħassar;

(iii)

il-punt (c) jitħassar;

(iv)

il-punt (d) jinbidel b’dan li ġej:

“(d)

Sustanzi u taħlitiet imsemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*******);

(*******)  Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).”"

(2)

Fit-Taqsima II, il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.

Il-proċessi fuq xogħol imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2004/37/KE.”

Artikolu 4

Emendi għad-Direttiva 98/24/KE

Id-Direttiva 98/24/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:

“(i)

kull aġent kimiku li jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala perikoluż taħt kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu fiżiku u/jew għas-saħħa stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (********), sew jekk dak l-aġent kimiku huwa kklassifikat skont dak ir-Regolament u sew jekk le;

(********)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).”;"

(b)

il-punt (ii) jitħassar;

(c)

il-punt (iii) jinbidel b’dan li ġej:

“(iii)

kull aġent kimiku li, filwaqt li ma jissodisfax il-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala perikoluż skont il-punt (i) tal-punt (b) ta’ dan l-Artikolu jista’, minħabba l-proprjetajiet fiżikokimiċi, kimiċi jew tossikoloġiċi tiegħu u l-mod kif jintuża jew ikun preżenti fuq il-post tax-xogħol, jippreżenta riskju għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, inkluż kull aġent kimiku li huwa assenjat valur ta’ limitu ta’ espożizzjoni okkupazzjonali skont l-Artikolu 3.”

(2)

Fl-Artikolu 4(1), it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

l-informazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa li għandha tiġi pprovduta mill-fornitur (eż. l-iskeda ta’ dejta ta’ sigurtà rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********)),

(*********)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).”"

(3)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-pararafu1, ir-raba’ inċiż jinbidel b’dan li ġej:

“—

l-aċċess għal kull skeda ta’ dejta ta’ sigurtà pprovduta mill-fornitur skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;”

(b)

il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri meħtieġa biex jiżguraw li min iħaddem ikun kapaċi jikseb fuq talba, preferibbilment mill-produttur jew mill-fornitur, l-informazzjoni kollha dwar l-aġenti kimiċi perikolużi li hija neċessarja għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva, sa fejn la r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u lanqas ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ma jinkludu l-ebda obbligu għall-għoti ta’ informazzjoni.”

Artikolu 5

Emendi għad-Direttiva 2004/37/KE

Id-Direttiva 2004/37/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Fir-rigward tal-asbestos, li huwa ttrattat mid-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**********), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kull meta jkunu aktar favorevoli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

(**********)  Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).”"

(2)

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)   ‘karċinoġenu’ tfisser:

(i)

sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġenu tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***********);

(ii)

sustanza, taħlita jew proċess imsemmi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva kif ukoll sustanza jew taħlita rilaxxata minn proċess imsemmi f’dak l-Anness;

(***********)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).”"

(b)

il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)   ‘mutaġenu’ tfisser: sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala mutaġen għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategorija 1 A jew 1B stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;”

(3)

Fl-Artikolu 4(1), il-kelma “preparazzjoni” hija sostitwita bil-kelma “taħlita”.

(4)

Fl-Artikolu 5(2), il-kelma “preparazzjoni” hija sostitwita bil-kelma “taħlita”.

(5)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 6, il-kelma “preparazzjonijet” hija sostitwita bil-kelma “taħlitiet”.

(6)

Fit-titolu tal-Anness I, il-kelma “preparazzjonijet” hija sostitwita bil-kelma taħlitiet.

Artikolu 6

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta’ Ġunju 2015. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod kif għandha ssir tali referenza għandha tiġi stipulata mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta’ Frar 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

D. KOURKOULAS


(1)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 47.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Frar 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2014.

(3)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-provvista ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew tas-saħħa fuq ix-xogħol (id-disa’ Direttiva individwali fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23).

(5)  Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).

(6)  Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta’ Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fix-xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12).

(7)  Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11).

(8)  Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).

(10)  Direttiva 90/679/KEE tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji li għandhom x’jaqsmu mal-esposizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol (is-seba’ Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 374, 31.12.1990, p. 1).

(11)  Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni ta’ ħaddiema kontra r-riskji relatati mal-esposizzjoni għall-karċinoġeni fuq ix-xogħol (is-sitt Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 196, 26.7.1990, p. 1).

(12)  Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol (is-seba’ direttiva individwali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 262, 17.10.2000, p. 21).