7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/39 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/21/UE
tas-6 ta’ Frar 2014
li tiddetermina l-kundizzjonijiet minimi u l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ prebażika
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(c) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-patata taż-żrigħ progressivament takkumula l-mard ma’ kull ċiklu ta’ multiplikazzjoni. Għaldaqstant sistemi ta’ produzzjoni tal-patata taż-żrigħ li jiffunzjonaw sew jeħtieġu materjal tal-bidu b’saħħtu li huwa mmultiplikat b’rata minima ta’ deġenerazzjoni. |
(2) |
Standards nazzjonali differenti dwar il-produzzjoni ta’ patata taż-żrigħ prebażika, ostakolaw it-tqegħid fis-suq ta’ dik il-patata fl-Unjoni kollha, u fixklu l-funzjonament tas-suq intern. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi li skonthom tista’ titqieghed fis-suq il-patata taż-żrigħ prebażika madwar l-Unjoni. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkonċernaw mard, sintomi, difetti u rekwiżiti tal-produzzjoni għal patata taż-żrigħ prebażika, u lottijiet ta’ patata bħal dik, sabiex ikunu żgurati l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żrigħ prebażika b’saħħitha u ta’ kwalità għolja. |
(3) |
Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkunsidraw l-istandard tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), dwar it-tqegħid fis-suq u l-kontroll tal-kwalità ta’ patata taż-żrigħ, kif ukoll l-istandards rilevanti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Pjanti (KIPP) u l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO), fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi u xjentifiċi. Dawk l-istandards għandhom l-għan li jgħinu biex jiffaċilitaw il-kummerċ internazzjonali, jinkoraġġixxu l-produzzjoni ta’ kwalità għolja, issaħħu l-profitabbiltà u jħarsu l-interessi tal-konsumatur. |
(4) |
Fid-dawl tal-prattiki tal-produzzjoni tal-fornituri, u d-domanda tal-utenti ta’ patata taż-żrigħ prebażika, huwa xieraq li l-kundizzjonijiet minimi għal patata taż-żrigħ prebażika jinkludu wkoll il-possibbiltà għat-tqegħid fis-suq bħala klassi tal-Unjoni. Għandhom japplikaw żewġ klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ prebażika (il-“klassi tal-Unjoni PBTC” u l-“klassi tal-Unjoni PB”), skont il-prattiki ta’ produzzjoni eżistenti dwar patata taż-żrigħ prebażika tal-klassi PBTC, u patata taż-żrigħ prebażika tal-klassi PB. Għaldaqstant għandhom jiġu adottati kundizzjonijiet differenti għal kull klassi rigward mard, sintomi, difetti, rekwiżiti tal-produzzjoni u ġenerazzjonijiet għal dawk il-klassijiet. |
(5) |
Sabiex dawk ir-regoli jkunu effettivi, għandhom jistabbilixxu wkoll id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-ittestjar u l-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-post. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propagattiv għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“xitla omm” tfisser xitla identifikata li minnha jittieħed materjal għall-propagazzjoni; |
(2) |
“mikropropagazzjoni” tfisser il-prattika tal-multiplikazzjoni malajr tal-materjal tax-xitla għall-produzzjoni ta’ għadd kbir ta’ xitel, bl-użu tal-kultura in vitro ta’ rimjiet veġetattivi differenzjati jew ta’ meristem meħuda minn xtieli. |
Artikolu 2
Kundizzjonijiet minimi għal patata taż-żrigħ prebażika
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-patata taż-żrigħ prebażika tissodisfa l-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:
(a) |
hija dderivata minn pjanti omm li huma ħielsa minn dawn l-organiżmi ta’ ħsara li ġejjin: Pectobacterium spp., Dickeya spp., il-virus tal-werqa tal-patata, il-virus A tal-patata, il-virus M tal-patata, il-virus S tal-patata, il-virus X tal-patata, u l-virus Y tal-patata; |
(b) |
hija ħielsa mis-sintomi tal-blackleg; |
(c) |
in-numru ta’ xitel li ma jitkabbarx b’mod leali għall-varjetà u n-numru ta’ xitel ta’ varjetà differenti flimkien, ma għandux jaqbeż iż-0,01 %; |
(d) |
fil-proġenija diretta, in-numru ta’ xitel li juri sintomi ta’ infezzjoni virali ma għandux jaqbeż iż-0,5 %; |
(e) |
in-numru ta’ xitel li qiegħed jiker b’sintomi tal-mużajk jew sintomi kkawżati minn virus tal-werqa ma għandux jaqbeż iż-0,1 %; |
(f) |
in-numru massimu ta’ ġenerazzjonijiet fuq il-post għandu jkun erbgħa. |
2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-patata taż-żrigħ prebażika tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni PBTC” u “klassi tal-Unjoni PB”, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
3. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1(b), (c) u (e) għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ spezzjonijiet uffiċjali fuq il-post. F’każ ta’ dubju, dawk l-ispezzjonijiet għandhom ikunu ssupplimentati minn testijiet uffiċjali fuq il-weraq.
Meta jintużaw metodi ta’ mikropropagazzjoni, il-konformità mal-punt 1(a) għandha tkun stabbilita permezz ta’ ttestjar uffiċjali, jew ittestjar taħt sorveljanza uffiċjali, tax-xitla omm.
Meta jintużaw metodi ta’ selezzjoni klonali, il-konformità mal-punt 1(a) għandha tkun stabbilita permezz ta’ ttestjar uffiċjali, jew ittestjar taħt sorveljanza uffiċjali, tal-istokk klonali.
Artikolu 3
Kundizzjonijiet minimi għal lottijiet ta’ patata taż-żrigħ prebażika
L-Istati Membri għandhom jistipulaw li lottijiet ta’ patata taż-żrigħ prebażika għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:
(a) |
il-preżenza ta’ ħamrija u materjal estranju ma għandhiex taqbeż il-1,0 % f’massa; |
(b) |
l-għadd ta’ patata affettwata minn taħsir, minbarra taħsir ċirkulari jew taħsir kannella, ma għandux ikunu preżenti fi kwantità li teċċedi iż-0,2 % f’massa; |
(c) |
in-numru ta’ patata bi tbajja’ esterni, inklużi tuberi li jkunu tilfu l-għamla tagħhom jew għandhom xi ħsara, ma għandux jaqbeż it-3,0 % f’massa; |
(d) |
in-numru ta’ patata affettwata minn skorċa komuni fuq aktar minn terz tal-wiċċ tagħha, ma għandux jaqbeż il-5,0 % f’massa; |
(e) |
in-numru ta’ patata affettwata minn qxur iswed fuq aktar minn 10,0 % tal-wiċċ tagħha, ma għandux jaqbeż il-1,0 % f’massa; |
(f) |
in-numru ta’ patata affettwata minn ġidri rmiedi ta’ trab fuq aktar minn 10,0 % tal-wiċċ tagħha, ma għandux jaqbeż il-1,0 % f’massa; |
(g) |
tuberi imkemxa minħabba deidratazzjoni eċċessiva jew deidrazzjoni kkawżata minn qxur tal-fidda ma għandhomx jaqbżu ż-0,5 % f’massa. |
(h) |
in-numru totali ta’ patata, kif hemm referenza fil-punti minn (b) sa (g), ma għandux jaqbeż is-6,0 % f’massa. |
Artikolu 4
Transpożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.
ANNESS
Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żrigħ prebażika bħala klassijiet tal-Unjoni PBTC u PB
(1) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ prebażika tal-klassi tal-Unjoni PBTC għandhom ikunu kif ġej:
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ prebażika tal-klassi tal-Unjoni PBTC għandha tkun kif ġej:
|