|
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/32 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/20/UE
tas-6 ta’ Frar 2014
li tistabbilixxi l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika u ċċertifikata, u l-kundizzjonijiet u l-marki applikabbli għal dawn il-klassijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE (2) introduċiet regoli li jikkonċernaw klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika. |
|
(2) |
L-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi rapidi fis-sistemi tal-produzzjoni tal-patata taż-żrigħ u ż-żieda fil-kummerċ b’patata taż-żrigħ fis-suq intern jwasslu li jkun mixtieq li dawk ir-regoli jiġu adottati. Fid-dawl tal-iżviluppi tas-settur, regoli bħal dawn għandhom ukoll japplikaw għal patata taż-żrigħ iċċertifikata. |
|
(3) |
Dawk ir-regoli għandhom jikkonċernaw in-nomina ta’ ismijiet ta’ klassi uniformi tal-Unjoni. Għandhom ukoll jinkludu kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żrigħ u lottijiet ta’ patata taż-żrigħ bħal kull klassi tal-Unjoni rispettiva. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jikkonċernaw, kif xieraq, il-preżenza ta’ pesti, patata li tappartjeni għal varjetajiet oħra, u patata b’tebgħat, tikmix, ħamrija jew materjal minn barra. |
|
(4) |
Ir-rekwiżit li l-pjanta titkabbar fuq art ta’ produzzjoni fejn għaddew tliet snin mill-aħħar darba li tkun tkabbret il-patata, u li tkun suġġetta għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali, mhix aktar meħtieġa minħabba rekwiżiti aktar stretti għall-klassijiet tal-Unjoni stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
(5) |
Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2002/56/KE, ġie żviluppat għarfien xjentifiku li jikkonċerna r-rabta bejn in-numru ta’ ġenerazzjonijiet u l-livell ta’ preżenza ta’ pesti tal-patata taż-żrigħ. Il-limitazzjoni tan-numru ta’ ġenerazzjonijiet hija mezz neċessarju biex jiġi mmitigat ir-riskju fitosanitarju li jinħoloq minn pesti f’forma latenti. Dik il-limitazzjoni hija meħtieġa għall-mitigazzjoni ta’ dak ir-riskju, u ma hemm disponibbli l-ebda miżura anqas stretta biex tissostitwixxiha. L-esperjenza wriet li għall-klassijiet tal-Unjoni S, SE u E għandhom jiġu permessi numri massimi ta’ ġenerazzjonijiet għal kull wieħed minnhom. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti sostantivi. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu kkunsidrati biss li għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi ta’ spezzjoni uffiċjali. |
|
(6) |
Id-Direttiva 93/17/KEE għandha għaldaqstant tiġi rrevokata. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u għall-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikultura, l-Ortikultura u l-Forestrija, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ bażika tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni S” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(a) tal-Anness I; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(b) ta’ dak l-Anness. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-patata taż-żrigħ bażika titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni SE” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (2)(a) tal-Anness I; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (2)(b) ta’ dak l-Anness. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ bażika tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni E’jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt 3(a) tal-Anness I; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (3)(b) ta’ dak l-Anness. |
Artikolu 2
Klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ iċċertifikata
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ iċċertifikata, tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni A” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(a) tal-Anness II; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (1)(b) ta’ dak l-Anness. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li patata taż-żrigħ iċċertifikata tista’ titqiegħed fis-suq bħala “klassi tal-Unjoni B” jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-patata tissodisfa l-kundizzjonijiet, kif stabbilit fil-punt (2)(a) tal-Anness II; u wkoll |
|
(b) |
permezz ta’ spezzjoni uffiċjali jinstab li l-lottijiet tagħha jissodisfaw il-kundizzjonijiet, kif imniżżla fil-punt (2)(b) ta’ dak l-Anness. |
Artikolu 3
Informazzjoni lill-Kummissjoni
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni safejn japplikaw il-klassijiet rispettivi tal-Unjoni meta jiċċertifikaw il-prodotti taghhom.
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Revoka
Id-Direttiva 93/17/KEE hi mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE tat-30 ta’ Marzu 1993 li tistabbilixxi klassijiet ta’ patata taż-żrigħ bażika tal-Komunità, flimkien mal-kundizzjonijiet u marki applikabbli għal dawn il-klassijiet (ĠU L 106, 30.4.1993, p. 7).
ANNESS I
Kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ bażika
|
(1) |
Il-kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni S” għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni S” għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(3) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ bażika ta’ “Klassi tal-Unjoni E” għandhom ikunu kif ġej:
|
ANNESS II
Kundizzjonijiet minimi għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata
|
(1) |
Il-kundizzjonijiet għal patata taż-żrigħ iċċertifikata ta’ “Klassi tal-Unjoni A” għandhom ikunu kif ġej:
|
|
(2) |
Il-kundizzjonijiet għall-patata taż-żrigħ iċċertifikata tal-“Klassi tal-Unjoni B” għandhom ikunu kif ġej:
|