|
9.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/71 |
DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/14/UE
tat-18 ta’ Ottubru 2013
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal 3,5 mg ta’ merkurju għal kull bozza f’bozoz fluworexxenti kompatti b’kappa waħda għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali < 30 W b’ħajja ta’ 20 000 siegħa jew iktar
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha„
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu tal-merkurju fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
|
(2) |
Il-bozoz fluworexxenti kompatti b’kappa waħda għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali < 30 W b’ħajja ta’ 20 000 siegħa jew iktar jeħtieġu 3,5 mg ta’ merkurju biex jiġi evitat li jkun hemm fallimenti fil-produzzjoni tad-dawl tul il-ħajja tal-prodott. Bħalissa ma jeżistux sostituti xierqa. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, jiżdied il-punt li ġej:
|
“1(g) |
Għal skopijiet ta’ illuminazzjoni ġenerali < 30 W b’ħajja ta’ 20 000 siegħa jew iktar: 3,5 mg |
Tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2017” |