|
9.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/61 |
DIRETTIVA TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI 2014/9/UE
tat-18 ta’ Ottubru 2013
li temenda, għal skopijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għal ċomb u kadmju fir-rabtiet metalliċi li joħolqu ċirkuwiti manjetiċi superkonduttivi fid-ditekters MRI, SQUID, NMR (Nuclear Magnetic Resonance) jew FTMS (Fourier Transform Mass Spectrometer)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tipprojbixxi l-użu taċ-ċomb u l-kadmju fit-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq. |
|
(2) |
L-eżenzjoni eżistenti numru 12 tkopri biss id-ditekters MRI u SQUID biss iżda jinħtieġ ukoll eżenzjoni għall-applikazzjonijiet industrijali tas-sottokategorija 9. |
|
(3) |
Is-sostituzzjoni jew l-eliminazzjoni taċ-ċomb u l-kadmju bħalissa mhijiex possibbli fid-ditekters MRI, SQUID, NMR u FTMS. |
|
(4) |
Jinħtieġ iż-żmien għat-testijiet tal-affidabbiltà u l-kwalifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet alternattivi. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2011/65/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-aħħar jum tas-sitt xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fil-waqt tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 12 jinbidel b’dan li ġej:
|
“12. |
Ċomb u kadmju fir-rabtiet metalliċi li joħolqu ċirkwiti manjetiċi superkonduttivi fid-ditekters MRI, SQUID, NMR (Nuclear Magnetic Resonance) jew FTMS (Fourier Transform Mass Spectrometer). Tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2021.” |