|
19.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/38 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta' Lulju 2014
dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta' servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/478/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-2011, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika dwar il-“Green Paper dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern”. (1) Hija identifikat objettivi komuni tal-Istati Membri rigward ir-regolamentazzjoni ta' servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għenet biex jiġu identifikati l-oqsma ewlenin ta' prijorità għal azzjoni tal-Unjoni. |
|
(2) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha “Lejn qafas Ewropew komprensiv għal-logħob tal-azzard onlajn” adottata fit-23 ta' Ottubru 2012, (2) il-Kummissjoni pproponiet serje ta' azzjonijiet li jfittxu li jwieġbu għal sfidi regolatorji, soċjetali u tekniċi tal-logħob tal-azzard onlajn. B'mod partikulari, il-Kummissjoni ħabbret li hija tippreżenta Rakkomandazzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn, inkluża l-protezzjoni tal-minorenni, u dwar il-komunikazzjoni kummerċjali responsabbli tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn. Din ir-Rakkomandazzjoni hija mfassla li tgħaqqad iż-żewġ temi u li ttejjeb il-protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ġugaturi u sabiex tipprevjeni li l-minorenni jilagħbu logħob tal-azzard onlajn. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-logħob tal-azzard jibqa' sors ta' divertiment, il-konsumaturi jkollhom ambjent sigur għal-logħob tal-azzard u jkun hemm miżuri fis-seħħ biex jilqgħu għar-riskju ta' ħsara finanzjarja jew soċjali kif ukoll biex tistabbilixxi l-azzjoni meħtieġa biex jiġi evitat li l-minorenni jilagħbu logħob tal-azzard onlajn. |
|
(3) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Settembru 2013 dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern, il-Parlament Ewropew (3) stieden lill-Kummissjoni sabiex tesplora l-possibbiltà ta' interoperabilità bejn ir-reġistri nazzjonali ta' awtoesklużjoni, sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ta' dipendenza fuq il-logħob tal-azzard u biex tikkunsidra l-kontrolli ta' identifikazzjoni obbligatorji tal-parti terza. Huwa appella wkoll għall-operaturi tal-logħob onlajn li jkunu obbligati li jipprovdu informazzjoni fil-websajt tal-logħob tal-azzard dwar l-awtoritajiet regolatorji u twissijiet lill-minorenni u l-użu ta' awtorestrizzjonijiet. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew sejjaħ għal prinċipji komuni għal komunikazzjonijiet kummerċjali responsabbli. Huwa rrakkomanda li l-komunikazzjonijiet kummerċjali għandu jkun fihom twissijiet ċari dwar il-konsegwenzi tal-logħob tal-azzard kompulsiv u r-riskji tad-dipendenza fuq il-logħob tal-azzard. Il-komunikazzjonijiet kummerċjali la għandhom ikunu eċċessivi u lanqas murija fuq kontenut speċifikament immirat għall-minorenni jew fejn hemm riskju ogħla li jkun immirat għall-minorenni. |
|
(4) |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew talab ukoll lill-Kummissjoni sabiex tintervjeni biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-logħob tal-azzard onlajn, u sabiex jiġu protetti l-minorenni (4). |
|
(5) |
Fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri fil-prinċipju huma liberi li jistabbilixxu l-objettivi tal-politika tagħhom dwar il-logħob tal-azzard u li jiddefinixxu l-livell ta' protezzjoni mixtieq sabiex jipproteġu s-saħħa tal-konsumaturi. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea pprovdiet gwida ġenerali dwar l-interpretazzjoni tal-libertajiet fundamentali tas-suq intern fil-qasam tal-logħob tal-azzard (onlajn), filwaqt li qieset in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-logħob tal-azzard. Filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jillimitaw il-forniment transfruntier tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn fuq il-bażi tal-objettivi tal-interess pubbliku li jfittxu li jipproteġu, madankollu huma għandhom juru l-adegwatezza u n-neċessità tal-miżura inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom id-dmir li juru li l-objettivi tal-interess pubbliku qed jintlaħqu b'mod konsistenti u sistematiku (5). |
|
(6) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbilixxiet ukoll regoli bażiċi għall-komunikazzjonijiet kummerċjali dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard u, b'mod partikolari, għal dawk ipprovduti b'kundizzjonijiet ta' monopolju. Ir-reklamar mid-detentur ta' monopolju pubbliku għandu jitkejjel u jiġi limitat strettament għal dak li huwa neċessarju sabiex il-konsumaturi jiġu kanalizzati lejn netwerks ikkontrollati tal-logħob. Dan ir-reklamar ma jistax ikollu l-għan li jħeġġeġ it-tendenza naturali tal-konsumaturi għal-logħob tal-azzard billi jistimola l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fih, pereżempju billi jibbanalizza l-logħob tal-azzard jew iżid l-attrattività tal-logħob tal-azzard permezz ta' messaġġi pubbliċitarji attraenti li joffru l-prospett ta' rebħ kbir. B'mod partikolari, għandha ssir distinzjoni bejn l-istrateġiji tad-detentur ta' monopolju li huma maħsuba unikament sabiex jinfurmaw lill-klijenti potenzjali bl-eżistenza ta' prodotti u jservu sabiex jiżguraw aċċess regolari għal-logħob tal-azzard billi l-ġugaturi jiġu kanalizzati f'ċirkwiti kontrollati, u dawk li jistiednu u jħeġġu l-parteċipazzjoni attiva f'dan il-logħob (6). |
|
(7) |
Il-protezzjoni tal-konsumaturi u tas-saħħa huma l-objettivi ewlenin ta' interess pubbliku tal-Istati Membri fil-kuntest tal-oqfsa nazzjonali tagħhom għal-logħob tal-azzard li jindirizzaw il-prevenzjoni ta' logħob tal-azzard problematiku u l-protezzjoni tal-minorenni. |
|
(8) |
Ir-regoli u l-politiki li l-Istati Membri introduċew sabiex isegwu l-objettivi tal-interess pubbliku jvarjaw b'mod konsiderevoli. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari fid-dawl tar-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard li jinkludu l-iżvilupp ta' tip ta' disturb tal-logħob tal-azzard jew għal konsegwenzi personali u soċjali negattivi oħrajn. |
|
(9) |
L-għan ta' din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-konsumaturi u tal-ġugaturi u għaldaqstant anki li tiġi minimizzata l-ħsara ekonomika li tista' tirriżulta mil-logħob tal-azzard kompulsiv jew eċċessiv. Għal dan il-għan, hija tirrakkomanda prinċipji għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, tal-ġugaturi u tal-minorenni fir-rigward tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn. Fit-tħejjija ta' din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni qieset il-prattiki tajbin fl-Istati Membri. |
|
(10) |
Is-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn huma offruti u wżati u b'mod wiesa'. Il-logħob tal-azzard onlajn huwa attività ta' servizz bi dħul annwali fl-UE ta' EUR 10,54 biljun fl-2012. L-iżviluppi teknoloġiċi, iż-żieda tad-disponibbiltà tal-Internet u l-konvenjenza tat-teknoloġiji mobbli qegħdin imexxu l-aċċessibbiltà u t-tkabbir tal-logħob tal-azzard onlajn. Madankollu, jistgħu jsiru għażliet infurmati ħażin meta l-informazzjoni ma tkunx ċara jew trasparenti biżżejjed. Barra minn hekk, ġugaturi onlajn ifittxu opportunitajiet ta' logħob tal-azzard li jikkompetu ma' xulxin kull meta huma jqisu li hemm nuqqas ta' offerti attraenti. |
|
(11) |
Hemm firxa wiesgħa ta' mezzi tax-xandir li jikkontribwixxu għall-esponiment għall-komunikazzjonijiet kummerċjali relatati mal-logħob tal-azzard, pereżempju l-midja tal-istampa, ir-reklamar dirett bil-posta, il-midja awdjoviżiva u r-reklamar ta' barra, kif ukoll l-isponsorjar. Dan jista' jiriżulta fi gruppi vulnerabbli bħall-minorenni li jinġibdu għal-logħob tal-azzard. Fl-istess ħin, il-komunikazzjoni kummerċjali tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn jista' jkollha rwol importanti biex tidderieġi lill-konsumaturi lejn offerta li ġiet permessa u li hija kkontrollata, pereżempju billi tidher l-identità tal-operatur u permezz ta' informazzjoni korretta dwar il-logħob tal-azzard, inklużi r-riskji tal-logħob tal-azzard problematiku, kif ukoll il-messaġġi ta' twissija xierqa. |
|
(12) |
Xi individwi li jilagħbu logħob tal-azzard jesperjenzaw problemi b'riżultat tal-imġiba tagħhom sa livell li jaffettwa lil persunthom u familthom, filwaqt li oħrajn iġarrbu dannu serju għal raġunijiet ta' logħob tal-azzard patoloġiku. Huwa stmat li bejn 0,1 %–0,8 % tal-popolazzjoni adulta ġenerali jsofru minn disturb tal-logħob tal-azzard u 0,1 %–2,2 % oħrajn juru involviment mal-logħob tal-azzard potenzjalment problematiku. (7) Għalhekk, jeħtieġ approċċ preventiv għal servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn li għandu jiġi offrut u promoss b'mod li jkun soċjalment responsabbli, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-logħob tal-azzard jibqa' sors ta' attività rikreattiva u ta' divertiment. |
|
(13) |
Il-minorenni ta' spiss ikunu esposti għal-logħob tal-azzard hekk kif dawn jużaw l-Internet u applikazzjonijiet mobbli u mezzi tal-informazzjoni li jirreklamaw il-logħob tal-azzard kif ukoll ir-reklamar tal-logħob tal-azzard ta' barra. Huma jaraw ukoll jew jattendu għal kompetizzjonijiet sportivi sponsorjati minn interessi tal-logħob tal-azzard jew li għandhom reklamar iffukat fuq l-attivitajiet tal-logħob tal-azzard. Għalhekk, din ir-Rakkomandazzjoni hija maħsuba wkoll sabiex tipprevjeni lill-minorenni milli jiġrilhom ħsara jew jiġu sfruttati mil-logħob tal-azzard. |
|
(14) |
L-operaturi tal-logħob tal-azzard onlajn stabbiliti fl-Unjoni għandhom dejjem aktar liċenzji madwar diversi Stati Membri li għażlu sistemi bbażati fuq il-liċenzji fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-logħob tal-azzard. Huma jistgħu jibbenefikaw minn approċċ aktar komuni. Barra minn hekk, il-multiplikazzjoni ta' rekwiżiti ta' konformità tista' toħloq duplikazzjoni mhux meħtieġa ta' rekwiżiti tal-infrastruttura u kostijiet li jirriżultaw f'piż amministrattiv żejjed fuq ir-regolaturi. |
|
(15) |
Huwa xieraq li l-Istati Membri jiġu mistiedna jressqu regoli li jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni dwar il-logħob tal-azzard onlajn. Dawn ir-regoli għandhom jevitaw l-iżvilupp ta' disturbi relatati mal-logħob tal-azzard u jipprebjenu li l-minnoreni jkollhom aċċess għal faċilitajiet ta' logħob tal-azzard u jiskoraġġixxu lill-konsumaturi milli jagħmlu użu ta' offerti li mhumiex permessi u għalhekk li potenzjalment huma ta' ħsara. |
|
(16) |
Meta xieraq, il-prinċipji ta' din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhomx jiġu indirizzati biss lill-operaturi iżda anki lill-partijier terzi, inklużi l-hekk imsejħa “affiljati”, li huma permessi jippromwovu s-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn f'isem l-operatur. |
|
(17) |
Huwa xieraq li l-konsumaturi u l-ġugaturi jiġu infurmati aħjar dwar is-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn li, b'mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, mhumiex permessi skont il-liġi tal-Istat Membru fejn jiġi riċevut is-servizz tal-logħob tal-azzard onlajn u anki li jaġixxu kontra dawn is-servizzi. F'dan il-qafas, l-Istati Membri li ma jippermettux servizz speċifiku tal-logħob tal-azzard onlajn ma għandhomx jippermettu l-komunikazzjoni kummerċjali għal dak is-servizz. |
|
(18) |
Il-proċess ta' reġistrazzjoni biex tiftaħ kont ta' ġugatur għandu l-għan li jivverifika l-identità tal-persuna u jippermetti t-traċċar tal-imġiba tal-ġugaturi. Jeħtieġ li din ir-reġistrazzjoni titfassal b'tali mod li tipprevjeni wkoll lill-konsumaturi milli jabbandunaw il-proċess ta' reġistrazzjoni u jduru għal websajts tal-logħob tal-azzard li mhumiex regolati. |
|
(19) |
Filwaqt li l-proċess ġie introdott b'mod differenti madwar l-Istati Membri, xi drabi permezz ta' passi li jsiru offlajn jew manwali fil-proċess ta' verifika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dettalji tal-identifikazzjoni jistgħu jiġu vverifikati b'mod effettiv biex tkun iffaċilitata t-tlestija tal-proċess ta' reġistrazzjoni. |
|
(20) |
Huwa importanti li l-kontijiet ta' ġugatur isiru permanenti biss ladarba d-dettalji tal-identità pprovduti mill-ġugaturi jiġu vvalidati. Qabel ma l-kont isir wieħed permanenti, huwa mixtieq li l-ġugaturi jitħallew jużaw kontijiet temporanji. Fid-dawl tan-natura tagħhom, il-kontijiet temporanji għandhom ikunu għal valur nominali fiss u l-ġugaturi ma għandhomx ikunu jistgħu jirtiraw id-depożiti jew ir-rebħiet tagħhom. |
|
(21) |
Sabiex il-ġugaturi u l-fondi tagħhom jiġu protetti kif ukoll tiġi żgurata t-trasparenza, għandu jkun hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jiġu vverifikati l-kontijiet ta' ġugatur li ma jkunux attivi għal perjodu determinat, u għall-għeluq jew is-sospensjoni ta' kont ta' ġugatur. Barra minn hekk, meta persuna tinstab li tkun minorenni, għandu jiġi kkanċellat il-kont ta' ġugatur. |
|
(22) |
Fir-rigward ta' twissijiet ta' informazzjoni, fejn xieraq, l-għażla ta' arloġġ għandha tkun viżibilment disponibbli għall-ġugatur matul sessjoni tal-logħob tal-azzard. |
|
(23) |
Fir-rigward tal-appoġġ għall-ġugaturi, barra mill-iffissar ta' limiti ta' depożitu, il-ġugaturi jistgħu jiġu pprovduti b'miżuri ta' protezzjoni addizzjonali, bħall-possibbiltà li jiġu stabbiliti limiti ta' flus milgħuba jew telf. |
|
(24) |
Sabiex jiġi evitat l-iżvilupp ta' disturb tal-logħob tal-azzard, operatur għandu jkun jista' wkoll, fil-każ ta' bidliet skunċertanti fl-atteġġjament tiegħu lejn il-logħob tal-azzard, javża lill-ġugatur sabiex jieqaf għal xi żmien jew li jeskludi lill-ġugatur. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-operatur jikkomunika r-raġunijiet lill-ġugatur, u jiggwida lill-ġugatur għal assistenza jew trattament. |
|
(25) |
L-operaturi huma sponsers sinifikanti ta' timijiet sportivi u avvenimenti fl-Ewropa. Sabiex itejbu r-responsabbiltà ta' sponsorjar minn fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn, ir-rekwiżiti għandhom ikunu ċari li l-isponsorjar għandu jkun trasparenti u jitwettaq b'mod responsabbli. B'mod partikolari, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar ċari sabiex jiġi evitat li l-isponsorjar mill-operaturi tal-logħob tal-azzard jaffettwa jew jinfluwenza ħażin lill-minorenni. |
|
(26) |
Jeħtieġ ukoll li tinħoloq kuxjenza dwar ir-riskji inerenti tal-websajts prevalenti tal-logħob tal-azzard, bħall-frodi, li jinsabu lil hinn minn kull forma ta' kontroll fil-livell tal-Unjoni. |
|
(27) |
Tinħtieġ superviżjoni effettiva għall-protezzjoni xierqa tal-objettivi tal-interess pubbliku. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti, jistabbilixxu gwida ċara għall-operaturi u jipprovdu informazzjoni faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi, ġugaturi u gruppi vulnerabbli inklużi minorenni. |
|
(28) |
Il-kodiċijiet tal-kondotta jista' jkollhom rwol importanti fl-applikazzjoni effettiva, u fil-monitoraġġ, tal-prinċipji dwar il-komunikazzjoni kummerċjali ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
(29) |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma għandhiex tinterferixxi mad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE. (9) |
|
(30) |
L-applikazzjoni tal-prinċipji stipulati f'din ir-Rakkomandazzjoni timplika l-ipproċessar ta' dejta personali. Għaldaqstant tapplika d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), |
TIRRAKKOMANDA LILL-ISTATI MEMBRI
I. SKOP
|
1. |
L-Istati Membri huma rrakkomandati li jiksbu livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi, il-ġugaturi u l-minorenni permezz tal-adozzjoni ta' prinċipji għas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għal komunikazzjonijiet kummerċjali responsabbli ta' dawk is-servizzi, sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u sabiex tiġi minimizzata wkoll il-ħsara ekonmika eventwali li tista' tirriżulta minn logħob tal-azzard kompulsiv jew eċċessiv. |
|
2. |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma xxekkilx id-dritt tal-Istati Membri li jirregolaw is-servizzi tal-logħob tal-azzard. |
II. DEFINIZZJONIJIET
|
3. |
Għall-finijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
III. REKWIŻITI TAL-INFORMAZZJONI
|
4. |
L-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b'mod prominenti fuq il-paġna destinatarja tal-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur u tkun aċċessibbli mill-paġni kollha tal-websajt:
|
|
5. |
It-termini u l-kundizzjonijiet tar-relazzjoni kuntrattwali bejn l-operatur u l-konsumatur għandhom jingħataw b'mod konċiż u li jinqara. Dawn għandhom:
|
|
6. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar ir-regoli u bidliet għar-regoli li jikkonċernaw il-logħob tkun għad-dispożizzjoni tal-konsumatur u l-imħatri disponibbli fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur. |
|
7. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur turi d-dettalji tal-awtorità regolatorja tal-logħob tal-azzard sabiex turi li l-operatur ikun awtorizzat. |
IV. MINORENNI
|
8. |
L-ebda minorenni ma għandu jitħalla jilgħab fuq websajt tal-logħob tal-azzard jew ikollu kont ta' ġugatur. |
|
9. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikollu proċeduri fis-seħħ li jkunu mfassla sabiex jipprevjenu lill-minorenni milli jilagħbu logħob tal-azzard, fosthom kontrolli ta' verifika tal-età matul il-proċedura ta' reġistrazzjoni msemmija fit-Taqsima V. |
|
10. |
Sabiex il-minorenni ma jkollhomx aċċess għal websajts tal-logħob tal-azzard, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-wiri ta' links għal programmi ta' kontroll tal-ġenituri fuq il-websajts tal-logħob tal-azzard. |
|
11. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali għas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn ma jagħmlux ħsara lill-minorenni jew iwassluhom biex iħarsu lejn il-logħob tal-azzard bħala element naturali tal-attivitajiet tagħhom waqt il-ħin ta' divertiment. |
|
12. |
Il-komunikazzjonijiet kummerċjali għandu jkollhom messaġġ ċar ta' “mhuwiex permess logħob tal-azzard minn persuni taħt l-età” li jindika l-età minima li taħtha mhuwiex permissibbli logħob tal-azzard. |
|
13. |
L-Istati Membri għandhom iħeġġu li l-komunikazzjonijiet kummerċjali ma jixxandrux, ma jintwerewx jew jiġu ffaċilitati:
|
|
14. |
Il-komunikazzjonijiet kummerċjali ma għandhomx:
|
V. REĠISTRAZZJONI U KONT TA' ĠUGATUR
|
15. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna tkun permessa biss tipparteċipa f'servizz tal-logħob tal-azzard onlajn meta tirreġistra bħala ġugatur u jkollha kont mal-operatur. |
|
16. |
L-informazzjoni li ġejja għandha tkun meħtieġa waqt il-proċess ta' reġistrazzjoni sabiex jinfetaħ kont ta' ġugatur:
|
|
17. |
L-indirizz tal-posta elettronika jew in-numru tat-telefown ċellulari pprovduti għandhom jiġu vvalidati mill-ġugatur jew ivverifikati mill-operatur. Dawn għandhom jippermettu kuntatt u komunikazzjoni bejn l-operatur u l-ġugatur b'mod dirett u effettiv. |
|
18. |
Id-dettalji tal-identità tal-ġugatur għandhom jiġu vverifikati. Meta l-verifika elettronika diretta ma tkunx possibbli jew fis-seħħ, l-Istati Membri huma mħeġġa jiffaċilitaw l-aċċess għar-reġistri nazzjonali, il-bażijiet tad-dejta jew dokumenti uffiċjali oħrajn li permezz tagħhom l-operaturi għandhom jivverifikaw id-dettalji tal-identità. |
|
19. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull meta l-identità jew l-età tal-persuna ma tkunx tista' tiġi vverifikata b'suċċess, il-proċess tar-reġistrazzjoni sabiex jinfetaħ kont ta' ġugatur, inkluż il-kont temporanju, għandu jiġi kkanċellat. |
|
20. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jadottaw sistemi ta' identifikazzjoni elettronika waqt il-proċess ta' reġistrazzjoni. |
|
21. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
|
22. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġugaturi jkollhom:
|
|
23. |
L-Istati Membri għandu jkollhom regoli fis-seħħ:
|
VI. ATTIVITÀ TAL-ĠUGATUR U APPOĠĠ
|
24. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-istadju tar-reġistrazzjoni fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur, ġugatur ikun jista' awtomatikament jistabbilixxi l-limiti tad-depożiti monetarji, kif ukoll il-limiti temporali. |
|
25. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ġugatur ikun jista' jkollu aċċess f'kull ħin b'mod faċli għal dan li ġej fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur:
|
|
26. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq il-websajt ta' operatur, ġugatur ikun jista' jirċievi twissijiet ta' informazzjoni b'mod awtomatiku f'intervalli regolari dwar ir-rebħiet u t-telfiet matul logħba jew imħatra u kemm ikun ilu jilgħab il-ġugatur. Il-ġugatur għandu jikkonferma t-twissija tal-informazzjoni u jkun jista' jissospendi jew ikompli għaddej bil-logħob tal-azzard. |
|
27. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur ġugatur ma jkunx jista':
|
|
28. |
L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li l-operatur jipprovdi kreditu lill-ġugatur. |
|
29. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq il-websajt tal-logħob tal-azzard tal-operatur ġugatur ikun jista':
|
|
30. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikollu politiki u proċeduri fis-seħħ li jiffaċilitaw l-interazzjoni mal-ġugaturi kull meta l-imġiba tagħhom minħabba l-logħob tal-azzard tindika riskju tal-iżvilupp ta' disturb minħabba l-logħob tal-azzard. |
|
31. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iżomm rekord mill-inqas tad-depożiti u r-rebħiet mill-ġugatur għal perjodu determinat ta' żmien. Dawn għandhom ikunu disponibbli lill-ġugatur jekk jitlobhom. |
VII. ŻMIEN TA' WAQFIEN U AWTOESKLUŻJONI
|
32. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġugatur ikun jista' f'kull ħin jattiva żmien ta' waqfien jew ta' awtoesklużjoni fuq il-websajt tal-operatur minn servizzi ta' logħob tal-azzard onlajn, jew mit-tipi kollha ta' servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn. |
|
33. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li:
|
|
34. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta' awtoesklużjoni, il-kont jingħalaq. |
|
35. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistrazzjoni mill-ġdid ta' ġugatur tkun biss possibbli wara talba mill-ġugatur, f'forma miktuba jew elettronika, u f'kull każ biss wara li jkun għadda l-perjodu ta' awtoesklużjoni. |
|
36. |
L-Istati Membri għandu jkollhom regoli dwar talbiet minn partijiet terzi interessati lil operatur dwar l-esklużjoni ta' ġugatur minn websajt tal-logħob tal-azzard. |
|
37. |
L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu reġistru nazzjonali ta' ġugaturi awtoesklużi. |
|
38. |
Fejn ikun stabbilit, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess tal-operaturi għar-reġistri nazzjonali ta' ġugaturi awtoesklużi u jiżguraw li l-operaturi jikkonsultaw regolarment dawn ir-reġistri sabiex jipprevjenu lill-ġugaturi awtoesklużi milli jkomplu jilagħbu logħob tal-azzard. |
VIII. KOMUNIKAZZJONI KUMMERĊJALI
|
39. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur li ssir il-komunikazzjoni kummerċjali f'ismu jkun identifikabbli b'mod ċar. |
|
40. |
Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn ikollhom messaġġi fosthom mill-inqas ir-riskji għas-saħħa tal-logħob tal-azzard problematiku, b'mod prattiku u trasparenti. |
|
41. |
Il-komunikazzjonijiet kummerċjali ma għandhomx:
|
|
42. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-logħob għall-gost li jintuża fil-komunikazzjonijiet kummerċjali jkunu soġġetti għall-istess regoli u kundizzjonijiet tekniċi bħal-logħob korrispondenti għall-flus. |
|
43. |
Il-komunikazzjonijiet kummerċjali ma għandhomx jimmiraw għal ġugaturi vulnerabbli b'mod partikolari billi jsir użu ta' komunikazzjonijiet kummerċjali mhux mitluba indirizzati lil ġugaturi li jkunu awtoskludew lilhom infushom mil-logħob tal-azzard jew ġew esklużi milli jirċievu servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn fuq raġunijiet ta' logħob tal-azzard problematiku. |
|
44. |
L-Istati Membri li jippermettu komunikazzjoni kummerċjali mhux mitluba bil-posta elettronika għandhom jiżguraw:
|
|
45. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kummerċjali jqisu r-riskju potenzjali tas-servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn li jiġu promossi. |
IX. SPONSORJAR
|
46. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isponsorjar mill-operaturi jkun trasparenti u li l-operatur ikun identifikabbli b'mod ċar bħala l-parti li tisponsorja. |
|
47. |
L-isponsorjar ma għandux jaffettwa ħażin jew jinfluwenza lill-minorenni. L-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw li:
|
|
48. |
L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-partijiet sponsorjati sabiex jivverifikaw jekk l-isponsorjar ikunx awtorizzat, skont il-liġi nazzjonali, fl-Istat Membru fejn għandu jseħħ l-isponsorjar. |
X. EDUKAZZJONI U SENSIBILIZZAZZJONI
|
49. |
L-Istati Membri, fejn xieraq mal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u mal-operaturi, huma mistiedna jorganizzaw jew jippromwovu kampanji regolari ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku sabiex jissensibilizzaw lill-konsumaturi u lill-gruppi vulnerabbli, fosthom il-minorenni, dwar il-logħob tal-azzard onlajn. |
|
50. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u l-awtorità regolatorja tal-logħob tal-azzard ikunu meħtieġa jinformaw lill-impjegati rispettivi tagħhom li jaħdmu f'attivitajiet relatati mal-logħob tal-azzard dwar ir-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard onlajn. L-impjegati li jinteraġixxu direttament mal-ġugaturi għandhom jitħarrġu sabiex jiżguraw li huma jifhmu l-kwistjonijiet tal-logħob tal-azzard problematiku u jkunu jafu kif jirreaġixxu għalihom. |
XI. SUPERVIŻJONI
|
51. |
L-Istati Membri huma mistiedna jaħtru awtoritajiet regolatorji tal-logħob tal-azzard meta japplikaw il-prinċipji stabbiliti f'din ir-Rakkomandazzjoni sabiex jiżguraw u jissorveljaw b'mod indipendenti l-konformità effettiva mal-miżuri nazzjonali meħuda għall-appoġġ tal-prinċipji stabbiliti f'din ir-Rakkomandazzjoni. |
XII. RAPPURTAR
|
52. |
L-Istati Membri huma mistiedna jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull miżura li tittieħed skont din ir-Rakkomandazzjoni sad-19 ta' Jannar 2016 sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tevalwa l-implimentazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
53. |
L-Istati Membri huma mistiedna jiġbru dejta annwali affidabbli għal skopijiet ta' statistika dwar:
L-Istati Membri huma mistiedna jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba sad-19 ta' Lulju 2016. |
|
54. |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni sad-19 ta' Jannar 2017. |
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Michel BARNIER
Viċi President
(1) COM(2011) 128 final.
(2) COM(2012) 596 final.
(3) P7_TA(2013)0348.
(4) 2012/2322(INI).
(5) Il-Kawżi C-186/11 u C-209/11 Stanleybet International, C-316/07 Stoss & Othersu l-ġurisprudenza ċċitata.
(6) Il-Kawża C-347/09 Dickinger and Omer u l-ġurisprudenza ċċitata.
(7) Is-serje ta' dokumenti ta' politika ALICE-RAP: “Gambling: two sides of the same coin — recreational activity and public health problem”. ALICE RAP huwa proġett ta' riċerka ffinanzjat mis-seba' Programm Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp (www.alicerap.eu).
(8) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).
(10) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(11) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).