5.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 65/39


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Marzu 2014

dwar il-monitoraġġ ta’ traċċi ta’ ritardanti brominati tal-fjammi fl-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/118/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-ritardanti brominati tal-fjammi huma komposti tal-organobromin li jiġu applikati fi prodotti sabiex jimpedixxu jew inaqqsu t-tqabbid ta’ materjali kombustibbli f’każ ta’ nirien. Dawn komunement jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-konsumatur, pereżempju l-elettronika, karozzi, għamara u materjali tal-kostruzzjoni, biex inaqqsu l-fjammabbiltà tal-prodott. Ir-ritardanti brominati tal-fjammi jistgħu jiskulaw jew jevaporaw mill-prodotti li jkunu ntużaw fihom. Billi oġġetti tal-konsum jiġu skarikati fi tmiem ħajjithom, maż-żmien dawn is-sustanzi kkontaminaw l-ambjent u l-katina tal-ikel.

(2)

Madankollu, ħafna ritardanti brominati tal-fjammi huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi għall-bnedmin u għall-ambjent. Huwa ssuspettat li jikkawżaw effetti newrokomportamentali u tħarbit endokrinali, u nstabu f’bijoti fl-ambjent.

(3)

Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tħejji opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika marbuta mal-preżenza tar-ritardanti brominati tal-fjammi fl-ikel.

(4)

Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fl-Ikel tal-EFSA adotta sitt opinjonijiet xjentifiċi (1) dwar klassijiet differenti ta’ ritardanti brominati tal-fjammi bejn Settembru 2010 u Settembru 2012.

(5)

L-EFSA rrakkomandat, għal numru ta’ dawk il-klassijiet, li għandha tinġabar aktar dejta dwar il-livelli fl-ikel u fil-bnedmin.

(6)

Livelli ta’ ritardanti brominati tal-fjammi f’ikel li joriġina mill-annimali jistgħu jkunu relatati mal-preżenza ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf tal-annimali. Għalhekk, abbażi tal-ewwel riżultati tal-monitoraġġ tal-ikel fl-2014, fl-2015 tista’ ssegwi rakkomandazzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ tal-għalf tal-annimali,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-Istati Membri għandhom iwettqu sorveljanza fuq il-preżenza ta’ ritardanti brominati tal-fjammi fl-ikel, matul is-snin 2014 u 2015. Is-sorveljanza għandha tinkludi varjetà kbira ta’ oġġetti tal-ikel li jirriflettu d-drawwiet tal-konsum individwali, sabiex jagħtu valutazzjoni preċiża tal-esponiment u prodotti tal-ikel differenti li għandhom jiġu inklużi għall-klassijiet differenti ta’ ritardanti brominati tal-fjammi.

2.

L-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 (2) sabiex jiżguraw li l-kampjuni huma rappreżentattivi tal-lott kampjunat.

3.

L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi tal-klassijiet differenti tar-ritardanti brominati tal-fjammi sabiex jiskopru l-preżenza ta’ dawn is-sustanzi fi prodotti tal-ikel rispettivi:

(a)

Għall-klassi tal-eteri tad-difenil polibromurati (PBDEs): 2,2′,4-eteru tribromodifenil (BDE-28, Nru CAS 41318-75-6); 2,2′,4,4′-eteru tetrabromodifenil (BDE-47, Nru CAS 5436-43-1); 2,2′,4,5′-eteru tetrabromodifenil (BDE-49, Nru CAS 243982-82-3); 2,2′,4,4′,5-eteru pentabromodifenil (BDE-99, Nru CAS 60348-60-9); 2,2′,4,4′,6-eteru pentabromodifenil (BDE-100, Nru CAS 189084-64-8); 2,2′,3,4,4′,5′-eteru eżabromodifenil (BDE-138, Nru CAS 67888-98-6); 2,2′,4,4′,5,5′-eteru eżabromodifenil (BDE-153, Nru CAS 68631-49-2); 2,2′,4,4′,5,6′-eteru eżabromodifenil (BDE-154, Nru CAS 207122-15-4); 2,2′,3,4,4′,5′,6-eteru eżabromodifenil (BDE-183, Nru CAS 207122-16-5) u 2,2′,3,3′,4,4′,5,5′,6,6′-eteru dekabromodifenil (BDE-209, Nru CAS 1163-19-5), fil-bajd u fil-prodotti tal-bajd, fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib, fil-laħam u fil-prodotti tal-laħam, f’xaħmijiet u żjut tal-annimali u l-ħxejjex, fil-ħut u ikel tal-baħar ieħor, prodotti għal użi nutrizzjonali speċifiċi, u ikel għat-trabi u tfal żgħar, bl-użu ta’ metodi analitiċi b’limitu ta’ kwantifikazzjoni ta’ 0,01 ng/g piż imxarrab jew jew anqas;

(b)

Għall-klassi ta’ Eżabromoċiklododekani (HBCDDs): (+/–)-α-HBCD (1,2,5,6,9,10-eżabromo-(1R,2R,5S,6R,9R,10S)-rel-ċiklododekan, Nru CAS 134237-50-6); (+/–)-β-HBCD (1,2,5,6,9,10-eżabromo-(1R,2S,5R,6R,9R,10S)-rel-ċiklododekan, Nru CAS 134237-51-7) u (+/–)-γ-HBCD (1,2,5,6,9,10-eżabromo-(1R,2R,5R,6S,9S, 10R)-rel-ċiklododekan, Nru CAS 134237-52-8) fil-ħut u f’ikel tal-baħar ieħor, fil-laħam u fi prodotti tal-laħam, fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib, fil-bajd u fil-prodotti tal-bajd, kif ukoll f’formuli tat-trabi u ta’ prosegwiment. Il-metodi analitiċi użati biex jiġu stabbiliti l-HBCDDs jinkludu l-istabbiliment ta’ stereoisomeri u għandu jkollhom limitu ta’ kwantifikazzjoni ta’ 0,01 ng/g piż imxarrab jew anqas;

(c)

Għall-klassi ta’ tetrabromobisfenol A u d-derivattivi tiegħu: tetrabromobisfenol A (TBBPA, Nru CAS 79-94-7) u possibbilment l-eteru bismetil TBBPA (TBBPA-bME, Nru CAS 70156-79-5); TBBPA bis(2-idrossietil) eteru (TBBPA-bOHEE, Nru CAS 4162-45-2); TBBPA eteru bisallil (TBBPA-bAE, Nru CAS 25327-89-3); tetrabromobisfenol A bis(eteru gliċidil) (TBBPA-bGE, Nru CAS 3072-84-2) u TBBPA bis(2,3-dibromopropil)eteru (TBBPA-bDiBPrE, Nru CAS 21850-44-2) fil-ħut u f’ikel tal-baħar ieħor, fil-laħam u fil-prodoti tal-laħam, fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib, u fil-bajd u fil-prodoti tal-bajd. Il-metodi analitiċi użati biex jiġi stabbilit it-tetrabromobisfenol A u d-derivattivi tiegħu għandu jkollhom limitu ta’ kwantifikazzjoni ta’ 0,1 ng/g piż imxarrab jew anqas;

(d)

Għall-klassi ta’ fenoli brominati u d-derivattivi tagħhom: 2,4,6-tribromodifenil (2,4,6-TBP, Nru CAS 118-79-6); 2,4-dibromofenol (2,4-DBP, Nru CAS 615-58-7); 4-bromofenol (4-BP, Nru CAS 106-41-2); 2,6-dibromofenol (2,6-DBP, Nru CAS 608-33-3); bisfenol tetrabrominat S (TBBPS, Nru CAS 39635-79-5); eteru tetrabromobisfenol S bismetil (TBBPS-BME, Nru CAS 70156-79-5) fil-ħut u f’ikel ieħor tal-baħar. Il-metodi analitiċi użati biex jiġu stabbiliti l-fenoli brominati u d-derivattivi tagħhom għandu jkollhom limitu ta’ kwantifikazzjoni ta’ 0,1 ng/g piż imxarrab jew anqas;

(e)

Għar-ritardanti brominati tal-fjammi ġodda u emerġenti: tris(2,3-dibromopropil) fosfat (TDBPP, Nru CAS 126-72-7); N,N′-etilenebis(tetrabromoftalimid) (EBTEBPI, Nru CAS 32588-76-4); eżabromoċiklodekan (HBCYD, Nru CAS 25495-98-1); bis(2-etileżil) tetrabromoftalat (BEH-TEBP, Nru CAS 26040-51-7); 2-etileżil 2,3,4,5-tetrabromobenzoat (EH-TBB, Nru CAS 183658-27-7) u dibromoneopentil glikol (DBNPG, Nru CAS 3296-90-0) fil-ħut u f’ikel tal-baħar ieħor, fil-laħam u fil-prodotti tal-laħam (inkluż ħabba li tittiekel), fix-xaħmijiet u ż-żjut tal-annimali u tal-ħxejjex, fil-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, fil-bajd u l-prodotti tal-bajd u fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar. Il-metodi analitiċi użati biex jiġu stabbiliti ritardanti brominati tal-fjammi ġodda u emerġenti għandu jkollhom limitu ta’ kwantifikazzjoni ta’ 1 ng/g piż imxarrab jew anqas.

4.

L-Istati Membri għandhom iwettqu analiżi ta’ ritardanti brominati tal-fjammi f’konformità mal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) permezz ta’ metodu tal-analiżi li wera li jrendi riżultati affidabbli.

5.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-EFSA regolarment id-dejta tas-sorveljanza espressa f’termini ta’ piżijiet jew xaħam sħaħ mal-informazzjoni u fil-format għar-rappurtaġġ elettroniku kif stipulat mill-EFSA għall-kumpilazzjoni f’bażi tad-dejta waħda. Għandhom jipprovdu wkoll id-dejta disponibbli tas-snin ta’ qabel li nkisbet permezz ta’ metodu tal-analiżi li wera li jrendi riżultati affidabbli biex jiġu ssorveljati x-xejriet tal-esponiment.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific Opinion on Polybrominated Biphenyls (PBBs) in Food. EFSA Journal 2010; 8(10):1789. [151 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1789.

Scientific Opinion on Polybrominated Diphenyl Ethers (PBDEs) in Food. EFSA Journal 2011; 9(5):2156. [274 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2156.

Scientific Opinion on Hexabromocyclododecanes (HBCDDs) in Food. EFSA Journal 2011; 9(7):2296. [118 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2296.

Scientific Opinion on Tetrabromobisphenol A (TBBPA) and its derivatives in food. EFSA Journal 2011; 9(12):2477. [61 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2011.2477.

Scientific Opinion on Brominated Flame Retardants (BFRs) in Food: Brominated Phenols and their Derivatives. EFSA Journal 2012; 10(4):2634. [42 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2634.

Opinjoni xjentifika dwar ritardanti brominati tal-fjammi ġodda emerġenti (BFRs) fl-ikel. EFSA Journal 2012; 10(10):2908. [125 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2908.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCBs simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 (ĠU L 84, 23.3.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).