30.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 370/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta' Diċembru 2014

li tapprova l-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija

(2014/954/Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Novembru 2013 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, mal-Konfederazzjoni Svizzera bil-għan li jiġi konkluż ftehim komprensiv għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Orizzont 2020; u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Isvizzera fil-proġett tal-ITER fis-snin 2014-2020.

(2)

Dawk in-negozjati tlestew b'suċċess.

(3)

L-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (“il-Ftehim”) huma soġġetti għal proċedura separata fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Għalhekk, il-Ftehim għandu jiġi konkluż ukoll f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tat-Trattat tal-Euratom.

(5)

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni, li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim għandha tiġi approvata.

(6)

Sabiex entitajiet legali Svizzeri jkunu jistgħu jiġu ttrattati bħal entitajiet minn Pajjiż Assoċjat fis-sejħiet tal-fissjoni skont il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, li għandhom skadenza fl-aħħar trimestru tal-2014, il-Ftehim għandu jiġi applikat b'effett mill-15 ta' Settembru 2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Energija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija huwa b'dan approvat.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI