|
23.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 367/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta' Ġunju 2013
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista
(2014/941/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni u l-Kanada għandhom jespandu l-kooperazzjoni doganali tagħhom biex tkopri materji tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-immaniġġar tar-riskji relatati bil-ħsieb li jżidu s-sigurtà tul il-katina loġistika kollha u fl-istess waqt jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu. |
|
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/643/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (il-“Ftehim”) kien ġie ffirmat fl-4.3.2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
|
(3) |
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali (KKKD), meta tiġi msejħa sabiex tadotta atti li jkollhom efetti legali, għandha tiġi deċiża f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, pożizzjonijiet oħrajn li għandhom jittieħdu mill-Unjoni fil-KKKD għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (il-“Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (2).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 287, 18.10.2012, p. 1.
(2) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.