23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 940/2014/UE

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li japplikaw għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, li minnhom jagħmlu parti d-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, fil-prinċipju ma jawtorizzaw l-ebda differenza fit-tassazzjoni bejn il-prodotti lokali u dawk li joriġinaw minn Franza metropolitana jew minn Stati Membri oħrajn. L-Artikolu 349 TFUE jipprevedi madankollu l-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri speċifiċi favur dawk ir-reġjuni minħabba l-eżistenza ta' żvantaġġi permanenti li għandhom effett fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi.

(2)

Tali miżuri speċifiċi għandhom iqisu l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet ta' dawk ir-reġjuni, mingħajr ma jnaqqsu l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni. Il-permanenza u l-kombinazzjoni tal-iżvantaġġi li jbatu minnhom ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni huma msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat (l-iżolament, id-dipendenza fir-rigward tal-materja prima u tal-enerġija, l-obbligu li jkollhom istokkijiet kbar, id-daqs żgħir tas-suq lokali flimkien mal-livell baxx tal-attività ta' esportazzjoni eċċ.) jikkostitwixxu żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u b'hekk tal-prezz ta' kemm iqumu l-oġġetti mmanifatturati lokalment li, fin-nuqqas ta' miżuri speċifiċi, se jkunu inqas kompetittivi minn dawk li ġejjin minn barra, anke b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż tat-trasport lejn id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej. Dan jagħmliha iktar diffiċli biex tinżamm il-produzzjoni lokali. Huwa għalhekk neċessarju li jittieħdu miżuri speċifiċi li jtejbu l-kompetittività bil-għan li tissaħħaħ l-industrija lokali. Bil-għan li tkun restawrata l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment, sal-31 ta' Diċembru 2014, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE (1) tawtorizza lil Franza biex tapplika eżenzjonijiet jew rata mnaqqsa tad-dazju tal-baħar għal ċerti prodotti manifatturati fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Gwadelup, tal-Gujana Franċiża, ta' Martinique, ta' Réunion u, b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2014, tal-Majott. L-anness għad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa. Skont liema jkun il-prodott, id-differenza fit-tassazzjoni ta' prodotti manifatturati lokalment u t-tassazzjoni ta' prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali.

(3)

Franza talbet biex wara l-1 ta' Jannar 2015 tinżamm sistema simili għal dik tad-Deċiżjoni 2004/162/KE. L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-iżvantaġġi msemmija qabel għandhom karattru permanenti, li r-reġim ta' tassazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE ippermetta biex tinżamm u f'ċerti każijiet biex tiġi żviluppata l-produzzjoni lokali u li dan ma kienx jikkostitwixxi gwadann għall-impriżi benefiċjarji għaliex, kumplessivament, l-importazzjonijiet tal-prodotti soġġettati għal tassazzjoni differenzjata komplew jiżdiedu.

(4)

Għal kull reġjun ultraperiferiku konċernat (il-Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinique, il-Majott u Réunion), Franza bagħtet ħames listi ta' prodotti lill-Kummissjoni li għalihom qed tipproponi l-aplikazzjoni tat-tassazzjoni differenzjata tal-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali, skont jekk il-prodotti humiex manifatturati lokalment jew le. Ir-reġjun ultraperiferiku Franċiż ta' Saint Martin mhuwiex affettwat.

(5)

Din id-Deċiżjoni timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat u tawtorizza lil Franza biex tapplika sistema ta' tassazzjoni differenzjata għall-prodotti li għalihom hija ġġustifikata l-ewwel nett, minħabba l-eżistenza ta' produzzjoni lokali, it-tieni nett minħabba l-eżistenza ta' dħul sinifikanti ta' oġġetti (inkluż ta' oriġini minn Franza metropolitana u Stati Membri oħra) li jistgħu jikkompromettu ż-żamma tal-produzzjoni lokali u fl-aħħar nett l-eżistenza ta' kostijiet addizzjonali li jgħollu l-prezz ta' renditu tal-produzzjoni lokali meta mqabbel mal-prodotti li joriġinaw minn barra u li jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment. It-tassazzjoni differenzjata awtorizzata ma għandhiex teċċedi l-kostijiet addizzjonali ġustifikati. L-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji għandha tippermetti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat mingħajr ma tmur lil hinn dak li hu meħtieġ u mingħajr ma jinħoloq vantaġġ mhux ġustifikat għall-produzzjoni lokali, sabiex b'hekk ma jitnaqqsux l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni, u dan jinkludi s-salvagwardja tal-kompetizzjoni mhux imfixkla fis-suq intern u tal-politiki dwar l-għajnuna mill-Istat.

(6)

Sabiex jiġu ssimplifikati l-obbligi tal-intrapriżi żgħar, l-eżenzjonijiet tat-taxxa jew it-tnaqqis se jaffettwaw l-operaturi kollha li l-fatturat annwali tagħhom hu mill-anqas EUR 300 000. L-operaturi li għandhom bejgħ totali annwali taħt dak il-limitu mhumiex soġġetti għad-dazju tal-baħar; madankollu biex jagħmlu tajjeb għal dan, ma jistgħux inaqqsu l-ammont ta' dik it-taxxa mġarrba “upstream”.

(7)

B'mod simili, il-koerenza mal-liġi tal-Unjoni tfisser li titwarrab l-applikazzjoni ta' taxxa differenzjata fuq il-prodotti tal-ikel li jibbenefikaw minn għajnuna skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (2) Dik il-miżura tevita l-effett li tintemm jew titnaqqas l-għajnuna finanzjarja għall-agrikoltura mogħtija skont l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, minħabba tassazzjoni ogħla tal-prodotti ssussidjati minħabba d-dazju tal-baħar.

(8)

L-oġġettivi tal-appoġġ għall-iżvlupp soċjali u ekonomiku tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, kif previst diġà fid-Deċiżjoni 2004/162/KE, huma kkonfermati mir-rekwiżiti dwar l-għan tad-dazju tal-baħar. Huwa obbligu legali li d-dħul mid-dazju tal-baħar jiġi inkorporat fir-riżorsi tar-reġim ekonomiku u tat-taxxa tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li jiġi allokat għal strateġija tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali li tinvolvi għajnuna għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali.

(9)

Hu neċessarju li jiġi estiż l-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/162/KE b'sitt xhur oħra sat-30 ta' Ġunju 2015. Dak il-perjodu se jippermetti lil Franza tittrasponi din id-Deċiżjoni fil-liġi nazzjonali tagħha.

(10)

L-arranġamenti għandhom japplikaw għal ħames snin u sitt xhur, sal-31 ta' Diċembru 2020, meta l-linji gwida attwali dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livell reġjonali ma jibqgħux japplikaw. Madankollu, ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dawn l-arranġamenti għandhom l-ewwel jiġu vvalutati. Għalhekk, Franza għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, tisottometti lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti ta' tassazzjoni introdotti, billi tara l-impatt tal-miżuri meħuda u l-kontribut tagħhom għaż-żamma, għall-promozzjoni u għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, fid-dawl tal-iżvantaġġi li jaffettwaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Ir-rapport għandu jivverifika jekk il-benefiċċji fiskali mogħtija lil Franza għal prodotti manifatturati lokalment ma jmorrux lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ u li dawk il-benefiċċji għadhom neċessarji u proporzjonati. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll analiżi tal-impatt tal-arranġamenti introdotti għall-prezzijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill u, jekk tinħass il-ħtieġa, proposta għall- adattament tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni fid-dawl tas-sejbiet li jkunu saru.

(11)

Sabiex tiġi evitata kull lakuna legali, jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Lulju 2015

(12)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat.

(13)

L-għan ta' din id-Deċiżjoni hu li tistabbilixxi l-qafas ġuridiku tad-dazju tal-baħar mill-1 ta' Jannar 2015. Minħabba din l-urġenza, għandha ssir eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   B'deroga mill-Artikoli 28, 30 u 110 tat-Trattat, Franza hija awtorizzata biex, sal-31 ta' Diċembru 2020, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar fuq il-prodotti elenkati fl-Anness li huma manifatturati lokalment fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, f'Martinique, fil-Majott u f'Réunion, bħal reġjuni ultraperiferiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat.

Dawk l-eżenzjonijiet jew tnaqqis għandhom ikunu parallel mal-istrateġija tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, billi jqisu l-qafas tal-Unjoni tagħha, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali filwaqt li ma jaffettwawx b'mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali b'mod li jmorru kontra l-interess komuni.

2.   B'referenza għar-rata tat-tassazzjoni applikata għal prodotti simili li ma joriġinawx fir-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet totali jew tat-tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 1 ma tistax tirriżulta f'differenzi ta' aktar minn:

a)

l-10 punti perċentwali għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness;

b)

l-20 punt perċentwali għall-prodotti elenkati fil-Parti B tal-Anness;

c)

it-30 punt perċentwali għall-prodotti elenkati fil-Parti C tal-Anness.

Franza għandha timpenja ruħha li l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis applikati fuq il-prodotti elenkati fl-Anness ma jaqbżux il-perċentwali strettament meħtieġ għaż-żamma, għall-promozzjoni jew għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi lokali.

3.   Franza għandha tapplika l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-operaturi li l-fatturat annwali tagħhom hu mill-anqas EUR 300 000. L-operaturi kollha li l-fatturat annwali tagħhom huwa taħt dan il-limitu ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju tal-baħar.

Artikolu 2

Għall-prodotti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista previst fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom japplikaw l-istess arranġamenti ta' tassazzjoni li japplikaw għall-prodotti manifatturati lokalment.

Artikolu 3

1.   Franza għandha tinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni bl-arranġamenti ta' tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, Franza għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti ta' tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, billi tindika l-impatt tal-miżuri meħuda u l-kontribuzzjoni tagħha għaż-żamma, għall-promozzjoni jew għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, fid-dawl tal-iżvantaġġi li jaffettwaw ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill u, jekk tinħass il-ħtieġa, proposta għall-adattament tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, id-data “31 ta' Diċembru 2014” tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Ġunju 2015”.

Artikolu 5

L-Artikoli 1 sa 3 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2015.

L-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. L. GALLETTI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-10 ta' Frar 2004 dwar id-dazji tal-baħar fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u li testendi l-perjodu ta' validità tad-Deċiżjoni 89/688/KEE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 64).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).


ANNESS

A.   Lista ta' prodotti bir-referenza skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni (1)

1.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0105 11, 0201, 0203, 0207, 0208, 0305 49 80, 0702, 0705 19, 0706100010, 0707 00 05, 0709 60 10, 0709 60 99, 1106, 2103 30 90, 2103 90 30, 2209 00 91, 2505, 2712 10 90, 2804, 2806, 2811, 2814, 2853 00 10, 3808, 4407 10, 4407 21 sa 4407 29, 4407 99, 7003 12 99, 7003 19 90, 7003 20, 8419 19.

2.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana Franċiża

0105 11, 0702, 0709 60, 0805, 0807, 1006 20, 1006 30, 2505 10, 2517 10, 3824 50, 3919, 3920 43, 3920 51, 6810 11, 7215, 7606 ħlief 7606 91, 9405 60.

3.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Martinique

0105 11, 0105 12, 0105 15, 0201, 0203, 0207, 0208 10, 0209, 0305, 0403 ħlief 0403 10, 0405, 0706, 0707, 0709 60, 0709 99, 0710 ħlief 0710 90, 0711, 0801 11 sa 0801 19, 0802 90, 0803, 0804 30, 0804 50, 0805, 0809 10, 0809 40, 0810 30, 0810 90, 0812, 0813, 0910 91, 1102, 1106 20, 1904 10, 1904 20, 2001, 2005 ħlief 2005 99, 2103 30, 2103 90, 2104 10, 2505, 2710, 2711, 2712, 2804, 2806, 2811 ħlief 2811 21, 2814, 2836, 2853 00 10, 2907, 3204, 3205, 3206, 3207, 3401, 3808, 3820, 4012 11, 4012 12, 4012 19, 4401, 4407 21 sa 4407 29, 4408, 4409, 4415 20, 4421 90, 4811, 4820, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6902, 6904 10, 7006, 7003 12, 7003 19, 7113 sa 7117, 7225, 7309, 7310 ħlief 7310 21, 7616 91, 7616 99, 8402 90, 8419 19, 8902, 8903 99, 9406.

4.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0407, 0702, 0704 90 90, 0705 19, 0709 99 10, 0707 00 05, 0708 90, 0709 30, 0709 60, 0709 93 10, 0709 99 60, 0714, 0801 11, 0801 12, 0801 19, 0803, 0804 30, 0805 10, 0904 11, 0904 12, 0905, 1806, 2309 90 ħlief 2309 90 96, 3925 10 00, 3925 90 80, 3926 90 92, 3926 90 97, 6901, 6902, 9021 21 90.

5.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Réunion

0105 11, 0105 12, 0105 13, 0105 15, 0207, 0208 10, 0208 90 30, 0208 90 98, 0209, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 0403, 0405 ħlief 0405 10, 0406 10, 0406 90, 0407, 0408, 0601, 0602, 0710, 0711 90 10, 0801, 0803, 0804, 0805, 0806, 0807, 0808, 0809, 0810, 0811, 0812, 0813, 0904, 0909 31, 0910 99 99, 1101 00 15, 1106 20, 1108 14, 1604 14, 1604 19, 1604 20, 1701, 1702, 1903, 1904, 2001, 2002 10, 2004 10 10, 2004 10 91, 2004 90 50, 2004 90 98, 2005 10, 2005 20, 2005 40, 2006, 2007 ħlief 2007999710, 2103 20, 2103 90, 2104, 2201, 2309 90 ħlief 2309 90 35 u 2309909690, 2710 19 81 sa 2710 19 99, 3211, 3214, 3402, 3403 99, 3505 20, 3506 10, 3808 92, 3808 99, 3809, 3811 90, 3814, 3820, 3824, 3921 11, 3921 13, 3921 90 90, 3925 10, 3926 90, 4009, 4010, 4016, 4407 10, 4409 10, 4409 21, 4409 29, 4415 20, 4421, 4811, 4820, 6306, 6801, 6811 89, 7007 29, 7009 ħlief 7009 10, 7312 90, 7314 ħlief 7314 20, 7314 39, 7314 41, 7314 49 u 7314 50, 7606, 8310, 8418 50, 8418 69, 8418 91, 8418 99, 8421 21 sa 8421 29, 8471 30, 8471 41, 8471 49, 8537, 8706, 8707, 8708, 8902, 8903 99, 9001, 9021 21 90, 9021 29, 9405, 9406, 9506 21, 9506 29, 9619.

B.   Lista ta' prodotti bir-referenza skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni

1.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0302, 0306 15, 0306 16, 0306 19, 0307 91, 0307 99, 0403, 0407, 0409, 0807 11, 0807 19 90, 1601, 1602 41 10, 1604 20 10, 1806 31, 1806 32 10, 1806 32 90, 1806 90 31, 1806 90 60, 1901 20, 1902 11, 1902 19, 1905, 2105, 2106, 2201 90, 2202 10, 2202 90, 2207 10, 2208 40, 2309 90 ħlief 2309903130, 2309 90 51 u 2309909690, 2523 29, 2828, 3101, 3102 90, 3103 90, 3104 20, 3105 20, 3208, 3209, 3305 10, 3401, 3402, 3406, 3917 ħlief 3917 10 10, 3919, 3920, 3923, 3924 10, 3925 10, 3925 30, 3925 90, 3926 90, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4818 10, 4818 20, 4818 30, 4818 90, 4821 10, 4821 90, 4823 40, 4823 61, 4823 69, 4823 70 10, 4910, 4911 10, 6303 12, 6303 91, 6303 92 90, 6303 99 90, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6810 ħlief 6810 11 10, 7213 10, 7213 91 10, 7214 20, 7214 99 10, 7308 30, 7308 40, 7308 90 59, 7308 90 98, 7309 00 10, 7310 10, 7310 21 11, 7310 21 19, 7310 29, 7314 ħlief 7314 12, 7610 10, 7610 90 90, 7616 99 90, 9001 40, 9404 10, 9404 21, 9406 00 20.

2.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana Franċiża

0201, 0203, 0204, 0206 10 95, 0206 10 98, 0206 30, 0206 80 99, 0207 11, 0207 13, 0207 41, 0207 43, 0208 10, 0208 90 10, 0208 90 30, 0209 10 90, 0209 90, 0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 99, 0302, 0303 89, 0304, 0305 39 90, 0305 49 80, 0305 59 80, 0305 69 80, 0306 17, 0403 10, 0406 10, 0406 40, 0406 90, 0901 ħlief 0901 90, 1601, 1602, 1604 11 sa 1604 20, 1605 10 sa 1605 29, 1605 52 sa 1605 54, 1905, 2001 90 10, 2001 90 20, 2001 90 40, 2001 90 70, 2001 90 92, 2001 90 97, 2006 00 10, 2006 00 31, 2006 00 35, 2006003881, 2006003889, 2006 00 91, 2006009999, 2008 11, 2008 99 ħlief 2008994819, 2008994899, 2008994980, 2103, 2105, 2106 90 98, 2201, 2202, 2208 40, 2309 90 ħlief 2309909690, 2309909630, 2309903130, 2309 90 35, 2309 90 43, 2309904120, 2309904180 u 2309 90 51, 2828 90, 3208 90, 3209 10, 3402, 3809 91, 3923 ħlief 3923 10, 3923 40 u 3923 90, 3925, 3926 90, 4201, 4817, 4818, 4819 40, 4819 50, 4819 60, 4820 10, 4821 10, 4823 69, 4823 90 85, 4905 91, 4905 99, 4909, 4910, 4911, 5907, 6109, 6205, 6206, 6306 12, 6306 19, 6307 90 98, 6802 23, 6802 29, 6802 93, 6802 99, 6810 19, 6815, 7006 00 90, 7009, 7210, 7214 20, 7214 99, 7216, 7301, 7306, 7308 10, 7308 30, 7308 90, 7309, 7310 ħlief 7310 21 11 u 7310 21 19, 7314, 7326 90 98, 7411, 7412, 7604, 7607, 7610 10, 7610 90, 7612 10, 7612 90 30, 7612 90 80, 7616 91, 7616 99, 7907, 8211, 8421210090, 8537 10, 9404 21, 9405 20, 9405 40.

3.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Martinique

0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 20, 0210 99 41, 0210 99 49, 0210 99 51, 0210 99 59, 0302, 0303, 0304, 0306, 0307, 0403 10, 0406 10, 0406 90 50, 0407, 0408 99, 0409, 0601, 0602, 0603, 0604, 0702, 0704 90, 0705, 0710 90, 0807, 0811, 1601, 1602, 1604 20, 1605 10, 1605 21, 1605 62, 1702, 1704 90 61, 1704 90 65, 1704 90 71, 1806, 1902, 2005 99, 2105, 2106, 2201, 2202 10, 2202 90, 2208 40, 2309 ħlief 2309909630, 2517 10, 2523 21, 2523 29, 2811 21, 2828 10, 2828 90, 3101, 3102, 3103, 3104, 3105, 3208, 3209, 3210, 3211, 3212, 3213, 3214, 3215, 3303, 3304, 3305, 3402, 3406, 3917,3919, 3920, 3921 11, 3921 19, 3923 21, 3923 29, 3923 30, 3924, 3925, 3926 10, 3926 30, 3926 90 92, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4818 10, 4818 20, 4818 30, 4818 40, 4818 90, 4819, 4821, 4823, 4902, 4907 00 90, 4909, 4910, 4911 10, 6103, 6104, 6105, 6107, 6109 10, 6109 90 20, 6109 90 90, 6203, 6204, 6205, 6207, 6208, 6805, 6810 11, 6810 19, 6810 91, 6811 81, 6811 82, 7015 10, 7213, 7214, 7217, 7308, 7314, 7610, 8421 21, 8708 21 90, 8708 99 97, 8716 40, 8901 90 10, 9021 21, 9021 29, 9401 30, 9401 51, 9401 59, 9401 69, 9401 71, 9401 79, 9401 90, 9403, 9404 10, 9404 21, 9405 60.

4.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 4407, 4409, 4414, 4418, 4419, 4420, 4421, 4819, 4821, 4902, 4909, 4910, 4911, 7003, 7005, 7210, 7212 30, 7216 61 90, 7216 91 10, 7301, 7308 30, 7312, 7314, 7326 90 98, 7606, 7610 10, 8310, 9401 69, 9401 90 30, 9403 20 80, 9403 40, 9406 00 31, 9406 00 38.

5.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Réunion

0306 11, 0306 16, 0306 17, 0306 21, 0306 26, 0306 27, 0307 11, 0307 19, 0307 59, 0409, 0603, 0604 20 40, 0604 90 91, 0604 90 99, 0709 60, 0901 21, 0901 22, 0910 11, 0910 12, 0910 30, 0910 91 10, 0910 91 90, 1516 20, 1601, 1602, 1605,1704, 1806, 1901, 1902, 1905, 2005 51, 2005 59, 2005 99 10, 2005 99 30, 2005 99 50, 2005 99 80, 2008 ħlief 2008191980, 2008305590, 2008405190, 2008405990, 2008506190, 2008605090, 2008706190, 2008805090, 2008975990 u 2008994980, 2105, 2106 90, 2208 40, 2309 10, 3208, 3209, 3210, 3212, 3301 12, 3301 13, 3301 24, 3301 29, 3301 30, 3401 11, 3917, 3920, 3921 90 60, 3923, 3925 20, 3925 30, 4012, 4418, 4818 10, 4819 10, 4819 20, 4821, 4823 70, 4823 90, 4909, 4910, 4911 10, 4911 91, 7216 61 10, 7308 ħlief 7308 90, 7309, 7310, 7314 20, 7314 39, 7314 41, 7314 49, 7314 50, 7326, 7608, 7610, 7616 91, 7616 99 90, 8419 19, 8528 51, 8528 71, 8528 72, 8528 73, 9401 ħlief 9401 10 u 9401 20, 9403, 9404 10, 9506 99 90.

C.   Lista ta' prodotti bir-referenza skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni

1.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101, 1701, 2007, 2009 ħlief 2009119998, 2009499990, 2009791990, 2009896990, 2009897390, 2009899799, 2009905939 u 2009905990, 2208 70 (2), 2208 90 (2), 7009 91, 7009 92.

2.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana Franċiża

1702, 2007, 2009 ħlief 2009119998, 2009311999, 2009499990, 2009893690, 2009819990 u 2009909880, 2203, 2208 70 (2), 2208 90 (2), 4403 49, 4403 99 95, 4407 22, 4407 29, 4407 99 96, 4409 29 91, 4409 29 99, 4418 10 10, 4418 10 90, 4418 20 10, 4418 20 80, 4418 40, 4418 50, 4418 60, 4418 90, 4420 10, 9403 40 10, 9406 00 11, 9406 00 20, 9406 00 38.

3.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Martinique

0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101 00 11, 1101 00 15, 1701, 1901, 1905, 2006 00 10, 2006 00 35, 2006 00 91, 2007 ħlief 2007109915, 2007993315, u 2007993929, 2008 ħlief 2008 20 51, 2008506190, 2008605010, 2008805090, 2008939390, 2008975190, 2008975990, 2008994894, 2008994899, 2008994980 u 2008999990, 2009 ħlief 2009119996, 2009119998, 2009199899, 2009299990, 2009393919, 2009393999, 2009493091, 2009493099, 2009499190, 2009695110, 2009791191, 2009791199, 2009899799 (3), 2009899999 (3) u 2009905990 (3), 2203, 2204 29, 2205, 2208 70 (2), 2208 90 (2), 7009 91, 7009 92, 7212 30, 9001 40.

4.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0401, 0403, 0406, 1601, 1602, 1901, 1905, 2105, 2201, 2202, 2203, 3301 29 11, 3301 29 31, 3401, 3402, 9404 29 90.

5.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Réunion

0905 10, 1512 19, 1514 19 90, 1515 29, 2009 ħlief 2009119996, 2009199899, 2009299990, 2009393119, 2009691910, 2009695110, 2009791990, 2009799820, 2009896990 (2), 2009897390, 2009899799 (2), 2009899999 (2), 2009905180 u 2009 90 59 (2), 2202 10, 2202 90, 2203, 2204 21 79, 2204 21 80, 2204 21 83, 2204 21 84, 2204 29 83, 2204 29 84, 2206 00 59, 2206 00 89, 2208 70 (3), 2208 90 (3), 2402 20, 7113, 7114, 7115, 7117, 7308 90, 9404 21 10, 9404 21 90, 9404 29 10, 9404 29 90.


(1)  L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  Għall-prodotti biss li fihom ir-rum taħt l-intestatura 2208 40.

(3)  Meta l-livell Brix tal-prodott huwa ogħla minn 20.