20.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 366/104 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Diċembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta mat-tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi il-Baxxi
(notifikata bid-dokument C(2014) 9741)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/939/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar spezzjonijiet veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Wara n-notifika tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda bit-tiġieġ tal-bajd f'Hekendorp fil-provinċja ta' Utrecht, fis-16 ta' Novembru 2014, ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/808/UE (3). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/808/UE tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mwaqqfa mill-Pajjiżi l-Baxxi f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4) għandhom jinkludu tal-inqas dawk iż-żoni mniżżla bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(3) |
Il-miżuri protettivi interim li ttieħdu wara din it-tifqigħa f'Hekendorp, il-Pajjiżi l-Baxxi, ġew riveduti fl-20 ta' Novembru 2014 fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. Il-miżuri ġew ikkonfermati u l-Anness ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni emendat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/EU (5) biex iqis iż-żoni ta' protezzjoni minn tifqigħat u sorveljanza li ġew stabbiliti madwar il-villaġġi ta' Ter Aar u Kamperveen, fejn qed jiġu applikati restrizzjonijiet veterinarji f'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. |
(4) |
Fit-30 ta' Novembru 2014 tifqigħa oħra ġiet ikkonfermata f'razzett tat-tjur f Zoeterwoude f'Zuid-Holland. Il-miżuri skont id-Direttiva 2005/94/KE ġew minnufih implimentati u fosthom twaqqfu ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza. |
(5) |
Biex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex jiġi evitat li xi pajjiż terz jimponi ostakli mhux ġustifikati fuq il-kummerċ, jeħtieġ li jiġu definiti ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti minħabba t-tfaqigħa l-ġdida fil-Pajjiżi l-Baxxi fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru u li jiġi ffissat it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
(6) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE għandha tiġi emendata skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/808/UE tas-17 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi interim relatati mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi (ĠU L 332, 19.11.2014, p. 44).
(4) Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/833/UE tal-25 ta' Novembru 2014 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni marbuta ma' tifqigħat reċenti tal-influwenza avjarja b'patogeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi il-Baxxi. (ĠU L 341, 27.11.2014, p. 16).
ANNESS
Dan li ġej jiżdied taħt il-Parti A:
“ISO Kodiċi tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Kodiċi postali/ADNS |
Muniċipalità ta' Zoeterwoude, provinċja ta' Zuid-Holland: Żona li tinkludi: |
22.12.2014 |
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
Dan li ġej jiżdied taħt il-Parti B:
“ISO Kodiċi tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Kodiċi Postali/ADNS |
Muniċipalità ta' Zoeterwoude, provinċja ta' Zuid-Holland: Żona li tinkludi: |
31.12.2014 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|