|
19.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/160 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta' Diċembru 2014
li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-Italja
(notifikata bid-dokument C(2014) 10143)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/936/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tal-ikkompletar tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur domestiċi jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda, u dawn jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Il-forma ta' patoġeniċità baxxa ġeneralment tikkawża biss sintomi ħfief, filwaqt li l-forma ta' patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur tal-irziezet. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-qligħ mit-trobbija tat-tjur tal-irziezet. |
|
(2) |
L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna. |
|
(3) |
Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-virus tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jitrabbew tjur jew għasafar oħrajn. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom. |
|
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi li għandhom x'jaqsmu mas-sorveljanza u d-detezzjoni minn kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi ta' kontroll li jridu jkunu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' din il-marda fit-tjur jew għasafar oħra miżmuma fil-magħluq. Dik id-Direttiva tistipula li f'każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jiġu stabbiliti żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. |
|
(5) |
L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni b'tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda fit-territorju tagħha fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra miżmumin ġewwa u din minnufih ħadet il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, li għandhom jiġu definiti fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Italja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri ta' dawk iż-żoni li stabbilixxiet l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda proprja fejn ġiet konfermata t-tifqigħa. |
|
(7) |
Sabiex ikun evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u jkunu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ li jimponu pajjiżi terzi, hemm bżonn li dawn iż-żoni stabbiliti fl-Italja jiġu definiti malajr fil-livell tal-Unjoni u li jiġi stipulat li ebda konsenja tat-tjur ħaj, tjur lest biex ibid, flieles li għandhom ġurnata biss u bajd għat-tfaqqis ma għandha tintbagħat minn dawk iż-żoni lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi. |
|
(8) |
Għaldaqstant iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Italja, fejn il-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni 2005/94/KE huma applikati, għandhom ikunu ddefiniti f'din id-Deċiżjoni u t-tul ta' żmien ta' dan il-konfinament stipulat. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Italja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-influwenza avjarja (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
ANNESS
IL-PARTI A
Iż-żona ta' protezzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1:
|
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
IT |
L-Italja |
45014 |
Żona li tinkludi: Porto Viro |
Id-9 ta' Jannar 2015 |
IL-PARTI B
Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:
|
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
|
IT |
L-Italja |
|
Żona li tinkludi: |
It-18 ta' Jannar 2015 |
|
45011 |
Adria |
|||
|
45012 |
Ariano nel Polesine |
|||
|
30015 |
Chioggia |
|||
|
45015 |
Corbola |
|||
|
45017 |
Loreo |
|||
|
45010 |
Rosolina |
|||
|
45019 |
Taglio di Po |
|||
|
45018 |
Porto Tolle |