18.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 363/149


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/920/PESK

tal-15 ta' Diċembru 2014

li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta' Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (“il-Kumitat Militari”) għandu jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Militari mlaqqa' fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża. Skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, iż-żmien tal-kariga tal-President tal-Kumitat Militari huwa ta' tliet snin, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

(2)

Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill ħatar lill-Ġeneral Patrick DE ROUSIERS bħala President tal-Kumitat Militari għal perijodu ta' tliet snin mis-6 ta' Novembru 2012 (2).

(3)

Fil-laqgħa tiegħu tat-12-13 ta' Novembru 2014, il-Kumitat Militari mlaqqa' fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Mikhail KOSTARAKOS jinħatar President tal-Kumitat Militari,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġeneral Mikhail KOSTARAKOS huwa b'dan maħtur President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta' tliet snin mis-6 ta' Novembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/34/PESK tat-23 ta' Jannar 2012 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, (ĠU L 19, 24.1.2012, p. 21).