19.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/44 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta' Novembru 2014
dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi
(notifikata bid-dokument C(2014) 8752)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/808/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda, u dawn jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża biss sintomi ħfief filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja għandha rati tal-imwiet għoljin ferm f'ħafna mill-ispeċijiet tat-tjur. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tat-tjur. |
(2) |
L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna. |
(3) |
Jekk tfaqqa' l-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jixtered fi stabbilimenti oħra fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċertu miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejbien kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati jekk tfaqqa' din il-marda fit-tjur jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jekk tfaqqa' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza. |
(5) |
Il-Pajjii l-Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja tas-sottotip H5N8 fi stabbiliment fit-territorju tagħhom fejn kienu qed jitrabbew it-tjur jew għasafar oħrajn u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza. Bħala miżura ta' prevenzjoni u sabiex issir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li t-tifqigħa konfermata tkompli tixtered, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi qed jipprojbixxu l-moviment tat-tjur ħaj u ta' ċertu prodotti tat-tjur fi ħdan it-territorju kollu. |
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Pajjiżi l-Baxxiu ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment proprju fejn ġiet konfermata t-tifqigħa. |
(7) |
Sabiex issir prevenzjoni minn kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ tal-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati fil-kummerċ li jimponu pajjiżi terzi, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru. |
(8) |
Għaldaqstant, sakemm jerġa' jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Pajjiżi l-Baxxi, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jiġu definiti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jiżguraw li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tapplika sat-22 ta' Diċembru 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
ANNESS
PARTI A
Iż-żona ta' protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
||||||||||||||||||||||||||||||
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Kodiċi postali/ADNS |
Żona li tinkludi: |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|
PARTI B
Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
NL |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Kodiċi postali/ADNS |
Żona li tinkludi: |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
|
|