|
19.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/34 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Novembru 2014
dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/806/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-fornitur Webasto Roof & Components SE (l-“Applikant”) issottometta applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva. Instab li l-applikazzjoni kienet kompleta u l-perjodu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni beda l-għada tad-data tal-wasla uffiċjali tagħha, jiġifieri s-6 ta' Marzu 2014. |
|
(2) |
L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-Linji Gwida Tekniċi) (3). |
|
(3) |
L-applikazzjoni tirreferi għas-saqaf solari tal-marka kummerċjali Webasto. Is-saqaf solari jikkonsisti minn pannell fotovoltajku li jiġi nstallat fuq is-saqaf tal-vettura. Il-pannell fotovoltajku jibdel l-enerġija ambjentali f'waħda elettrika, li permezz ta' konvertitur-DC-DC tinħażen f'batterija abbord. Il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni li l-applikant ta fl-applikazzjoni turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati. |
|
(4) |
L-Applikant wera li fis-sena ta' referenza 2009 l-ammont ta' karozzi ġodda mgħammra b'saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tat-tip deskritt f'din l-applikazzjoni ma kienx jaqbeż it-3 %. |
|
(5) |
Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tad-CO2 li t-teknoloġija innovattiva se tagħti meta vettura tiġi mgħammra biha, jeħtieġ li tiġi ddefinita l-vettura ta' referenza li magħha għandha titqabbel l-effiċjenza tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva kif previst fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-vettura ta' referenza għandha tkun varjant ta' vettura li fl-aspetti kollha hija l-istess bħall-vettura ekoinnovattiva, bl-eċċezzjoni ta' saqaf solari u, fejn applikabbli, mingħajr batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu. Għal verżjoni ġdida ta' vettura li fiha jkun installat pannell tas-saqaf solari, il-vettura ta' referenza għandha tkun il-vettura li fiha l-pannell tas-saqaf solari jkun skonnettjat u l-bidla fil-piż minħabba l-installazzjoni ta' soqfa solari tittieħed inkonsiderazzjoni. |
|
(6) |
L-Applikant ipprovda metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis tad-CO2 li tinkludi formoli li huma bbażati fuq il-linji gwida tekniċi fir-rigward ta' ċċarġjar tal-batterija tas-saqaf solari. Il-Kummissjoni tqis li barra minn hekk għandu jintwera sa liema grad il-konsum ġenerali tal-enerġija tal-vettura fir-rigward tal-funzjoni tat-trasport tagħha huwa aħjar minn dik li l-enerġija kkunsmata għall-operazzjoni ta' apparati li għandhom l-għan li jtejbu l-kumdità tas-sewwieq jew tal-passiġġieri. |
|
(7) |
Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar huwa neċessarju wkoll li tittieħed inkonsiderazzjoni l-kapaċità ta' ħażna ta' batterija waħda abbord jew il-preżenza ta' batterija addizzjonali ddedikata biss għall-ħażna tal-elettriku mis-saqaf solari |
|
(8) |
Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-metodoloġija għall-ittestjar se tagħti riżultati li huma verifikabbli, ripetibbli u komparabbli u li l-metodoloġija kapaċi turi b'mod realistiku l-benefiċċji f'termini tal-emissjonijiet tad-CO2 tat-teknoloġija innovattiva b'sinifikat statistiku qawwi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(9) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ssib li l-Applikant wera b'mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mit-teknoloġija innovattiva huwa tal-anqas ta' 1 g CO2/km. |
|
(10) |
Peress li test tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tad-CO2 imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5) ma jqisx il-preżenza ta' saqaf solari u l-enerġija addizzjonali pprovduti permezz ta' din it-teknoloġija, il-Kummissjoni hija sodisfatta li s-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto mhux kopert biċ-ċiklu tat-test standard. Il-Kummissjoni ssib li r-rapport ta' verifika tħejja minn TÜV SÜD Czech s.r.o., li huwa korp indipendenti u ċċertifikat, u li r-rapport jappoġġa s-sejbiet imniżżlin fl-applikazzjoni. |
|
(11) |
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni. |
|
(12) |
Bil-għan li tiġi stabbilita l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li għandha tintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE, għandha tiġi speċifikata l-kodiċi individwali li għandha tintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Is-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto għall-użu f'vetturi M1 huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
2. It-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 li jiġi mill-użu tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-metodoloġija mogħtija fl-Anness.
3. Il-kodiċi individwali tal-ekoinnovazzjoni li għandha tiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip li għandha tintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandu jkun “7”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.
(3) http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/docs/guidelines_en.pdf (verżjoni ta' Frar 2013).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
ANNESS
IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DDETERMINAT IT-TNAQQIS TAL-EMISSJONIJIET TAD-CO2 MINĦABBA L-UŻU TAS-SAQAF SOLARI LI JIĊĊARĠJA L-BATTERIJA TAL-MARKA KUMMERĊJALI WEBASTO
1. Introduzzjoni
Il-proċedura tat-testijiet u l-kundizzjonijiet tat-testijiet li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tad-CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto f'vettura M1 kif stipulat fil-punti 2 u 3.
2. Il-proċedura tat-testijiet
L-output ta' punt massimu (PP) tal-pannell PV għandu jiġi ddeterminat b'mod sperimentali għal kull varjant ta' vettura. Il-kejl għandu jsir skont il-metodoloġija tal-ittestjar speċifikata fl-istandard internazzjonali IEC 61215:2005 (1).
Għandu jintuża pannell PV komplet żarmat. L-erba' angoli tal-panell għandhom jolqtu l-panell ta' kejl orizzontali.
Il-kejl kollu għandu jitwettaq b'mod konsekuttiv għall-anqas ħames darbiet.
L-angolu tal-inklinazzjoni mit-tul u l-kapaċità totali tal-ħżin (jew il-Koeffiċjent ta' Korrezzjoni Solari (SCC) li jirriżulta) għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura.
L-inklinazzjoni mit-tul possibbli tas-saqaf tal-karozzi għandu jkun ikkoreġut b'mod matematiku wara billi tiġi applikata l-funzjoni tal-cosine.
3. Formuli
|
1. |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output tal-enerġija massima għandha tiġi kkalkulata bil-formula (1).
Formula (1):
Fejn:
Il-gwadann ta' potenza elettrika addizzjonali jiddependi fuq il-kapaċità ta' ħażna abbord tal-elettriku disponibbli li għandha tiġi vverifikata. Jekk il-kapaċità hija anqas minn 0,666 Ah għal kull tal-qawwa massima tal-pannell PV, ir-radjazzjoni solari li tirriżulta f'jiem xemxin u ċari tas-sajf ma tistax tintuża kompletament minħabba batteriji ċċarġjati kompletament. F'dan il-każ, il-koeffiċjent ta' korrezzjoni solari msemmi fil-punt 2 għandu japplika sabiex jittieħed is-sehem li jista' jintuża tal-enerġija solari li tkun ġejja. |
|
2. |
Għall-kalkolu tal-potenzjal tat-tfaddil tad-CO2 użat għandha tintuża d-dejta tal-input li ġejja:
Għall-fatturi ta' konverżjoni CF għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 3: Tabella 3
Għall-kilometraġġ medju annwali għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 4 (km/sena): Tabella 4
B'din id-data tal-input l-iffrankar ta' CO2 għal vetturi li jaħdmu bil-petrol għandu jiġi kkalkulat bil-Formola (2). Id-differenza fil-piż bejn vettura ta' xenarju bażi u l-vettura ekoinnovattiva minħabba l-installazzjoni ta' soqfa solari u fejn rilevanti, batterija addizzjonali, għandha tiġi kkunsidrata billi jiġi applikat il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tal-massa (4). Il-vettura tax-xenajru bażi għandha tkun vettura varjant li fl-aspetti kollha hija l-istess bħall-vettura ekoinnovattiva, bl-eċċezzjoni ta' saqaf solari u, fejn applikabbli, mingħajr batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu. Għal verżjoni ġdida ta' vettura b'saqaf solar installat, il-vettura ta' xenarju bażi għandha tiġi speċifikata kif ġej: hija l-vettura li fiha l-pannell tas-saqaf solari mhuwiex imqabbad u titqies il-bidla fil-massa minħabba l-installazzjoni tas-saqaf solari. F'każ li l-pannell tas-saqaf solari jkun magħmul mill-ħġieġ għandha tiġi aġġornata l-bidla fil-massa, jiġifieri żieda ta' massa ta' 3,4 kg. F'każ li l-pannell tas-saqaf solari jkun magħmul minn materjal sintetiku ħafif ma għandha ssir l-ebda korrezzjoni għall-bidla fil-massa. Fuq din il-bidla fil-piż il-manifattur irid jgħaddi dokumentazzjoni vverifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Formula (2):
Fejn:
L-iffrankar tad-CO2 għal vetturi li jaħdmu bid-diżil għandu jiġi kkalkulat bil-Formula (3). Id-differenza fil-massa bejn vettura ta' xenarju bażi u vettura ekoinnovattiva minħabba l-installazzjoni ta' soqfa solari u, fejn rilevanti, batterija addizzjonali għandu jiġi kkunsidrat billi jiġi applikat il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tal-massa (4). Il-vettura tax-xenajru bażi għandha tkun vettura varjant li fl-aspetti kollha hija l-istess bħall-vettura ekoinnovattiva, bl-eċċezzjoni ta' saqaf solari u, fejn applikabbli, mingħajr il-batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu. Għal verżjoni ġdida ta' vettura b'saqaf solari installat, il-vettura ta' xenarju bażi għandha tiġi speċifikata kif ġej: hija l-vettura li fiha l-pannell tas-saqaf solari mhuwiex imqabbad u titqies il-bidla fil-massa minħabba l-installazzjoni tas-saqaf solari. F'każ li l-pannell tas-saqaf solari jkun magħmul mill-ħġieġ għandha tiġi aġġornata l-bidla fil-massa, jiġifieri żieda ta' massa ta' 3,4 kg. F'każ li l-pannell tas-saqaf solari jkun magħmul minn materjal sintetiku ħafif ma għandha ssir l-ebda korrezzjoni għall-bidla fil-massa. Fuq din il-bidla fil-piż il-manifattur irid jgħaddi dokumentazzjoni vverifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip. Formula (3):
Fejn:
Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tad-CO2 minħabba l-bidla fil-massa għandu jiġi kkalkulat bil-Formuli (4) u (5). Formula (4):
u Formula (5):
Fejn:
|
|
3. |
L-iżball fl-iffrankar tad-CO2 għandu jiġi kkalkulat bil-Formula (6).
Formula (6):
Where:
Sabiex l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 għal vetturi li jaħdmu bil-petrol jiġi kkalkulat, ir-riżultati tal-formula (6) għandhom jiġu applikati fil-formula (2) skont il-formula li ġejja (7): Formula (7):
Sabiex l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 ta' vettura li taħdem bi fjuwil tad-diżil jiġi kkalkulat, ir-riżultati tal-formula (6) għandhom jiġu applikati fil-formula (3), li twassal għal formula (8). Dan huwa l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 għal vettura li taħdem bil-fjuwil. Formula (8):
|
|
4. |
Sabiex jintwera li l-limitu minimu ta' 1 gCO2/km inqabeż b'mod sinifikanti statistikament għandha tintuża l-Formula (9) li ġejja:.
Formula (9):
Fejn:
Meta l-iffrankar fl-emissjonijiet tad-CO2, bħala riżultat tal-kalkolu bl-użu tal-formula (9), jkun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament. |
(1) Moduli fotovoltajċi terrestri tas-siliċju kristallin (PV) — Kwalifikazzjoni tad-disinn u l-approvazzjoni tat-tip. Numru ta' referenza IEC 61215:2005(E).
(2) Il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (verżjoni ta' Frar 2013).
(3) Il-kapaċità totali tal-ħżin tinkludi mezz ta' ħżin medja li tista' intuża tal-batterija tal-istartjar b'kapaċità ta' 10 Ah (12 V). Il-valuri kollha jirreferu għal radjazzjoni solari medja annwali ta' 120 W/m2, sehem ta' sfumaturi ta' 0,49 u medja ta' ħin ta' sewqan tal-vettura ta' siegħa kuljum għal qawwa elettrika meħtieġa ta' 750 W.
(4) Il-Kapitolu 5, Par. 5.1 tal-istudju JRC ta' referenza, http://europa.eu/!qN68wc