12.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

li taħtar membru Lussemburgiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/780/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Lussemburgiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). Fis-7 ta' Novembru 2012, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/694/UE (2), is-Sur Christophe ZEEB inħatar bħala membru sal-20 ta' Settembru 2015.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Christophe ZEEB sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru s-Sur Henri WAGENER, Conseiller à la Fedil-Business Federation Lussemburgu, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

P. C. PADOAN


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/694/UE tas-7 ta' Novembru 2012 li taħtar membru Lussemburgiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU L 310, 9.11.2012, p. 50).