8.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 325/24


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta' Novembru 2014

dwar it-trasferiment ta' opportunitajiet tas-sajd mill-Kategorija 8 għall-Kategorija 7 u r-riallokazzjoni tagħhom lill-Istati Membri fiż-ŻEE tal-Mawritanja

(2014/777/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2012 (2) jiffissal-allokazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja.

(2)

L-Artikolu 1(1)(h) jistipula l-opportunitajiet tas-sajd fil-Kategorija 8 għal “Bastimenti tas-sajd għall-ħut pelaġiku frisk” li f'każ li ma jintużawx jistgħu jiġu ttrasferiti għall-kategorija 7 “Bastiment tas-sajd bil-friża għall-ħut pelaġiku” skont il-metodu ta' allokazzjoni ta' dik il-kategorija.

(3)

Fit-28 ta' Awwissu 2014, l-Irlanda kkonfermat lill-Kummissjoni li mhux se tagħmel użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd allokati għaliha fil-Kategorija 8.

(4)

Il-kundizzjonijiet kollha għar-riallokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd mhux utilizzati, stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2012, huma ssodisfati.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-opportunitajiet tas-sajd fil-Kategorija 8 u speċifikament il-15 000 tunnellata tal-limiti tal-qbid huma ttrasferiti u riallokati għal dawn l-Istati Membri li ġejjin, skont is-sistema tal-allokazzjonijiet kif definit fl-Artikolu 1(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1259/2012 għall-Kategorija 7 għall-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2014 u l-15 ta' Diċembru 2014, it-tmiem tal-protokoll kurrenti.

Il-Ġermanja

810 tunnellati

Franza

169 tunnellata

Il-Latvja

3 478 tunnellata

Il-Litwanja

3 719 -il tunnellata

Il-Pajjiżi l-Baxxi

4 038 tunnellata

Il-Polonja

1 685 tunnellata

Ir-Renju Unit

550 tunnellata

L-Irlanda

551 tunnellata

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2012 tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta' sentejn, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 87).