|
8.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/776/PESK
tas-7 ta' Novembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(2) |
Permezz tas-sentenza tagħha tal-4 ta' Ġunju 2014 fil-Kawża T-67/12 (2), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill li Sina Bank jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(3) |
Sina Bank għandu jerġa' jiġi inkluż fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' motivazzjoni ġdida. |
|
(4) |
Permezz tas-sentenzi tagħha tat-3 ta' Lulju 2014 fil-Kawżi T-155/13, T-157/13 u T-181/13 (3), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill li Babak Zanjani, Sorinet Commercial Trust Bankers, u Sharif University of Technology, rispettivament, jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(5) |
Babak Zanjani, Sorinet Commercial Trust Bankers, u Sharif University of Technology għandhom jerġgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' motivazzjoni ġdida. |
|
(6) |
B'segwitu għas-sentenza tat-28 ta' Novembru 2013 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-280/12 P (4), Fereydoun Mahmoudian u Fulmen mhumiex inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(7) |
Għalhekk, ma baqax raġunijiet għalfejn entità waħda għandha tinżamm fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
|
(8) |
L-informazzjoni ta' identifikazzjoni marbuta ma' tliet entitajiet fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandu jiġi emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul f'Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(2) Kawża T-67/12 Sina Bank vs il-Kunsill, sentenza tal-4 ta' Ġunju 2014 (għadha ma ġietx irrappurtata).
(3) Kawża T-155/13 Zanjani vs Il-Kunsill, sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Lulju 2014 (għadha ma ġietx irrappurtata); Kawża T-157/13 Sorinet Commercial Trust Bankers vs Il-Kunsill, sentenza tat-3 ta' Lulju 2014 (għadha ma ġietx irrappurtata); Kawża T-181/13 Sharif University of Technology vs il-Kunsill, sentenza tat-3 ta' Lulju 2014 (għadha ma ġietx irrappurtata).
(4) Kawża C-280/12 P Il-Kunsill vs Fulmen u Fereydoun Mahmoudian, sentenza tat-28 ta' Novembru 2013 (għadha ma ġietx irrappurtata).
ANNESS
I.
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiġu inklużi fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
45. |
Babak Zanjani |
Data tat-twelid: 12 ta' Marzu 1971 |
Babak Zanjani ipprovda appoġġ għall-finanzjament ta' transazzjonijiet ta' żejt mhux raffinat Iranjan li saru mill-Ministeru Iranjan għaż-Żejt, li ġie elenkat mill-UE. Barra minn hekk, huwa għen lill-Bank Ċentrali tal-Iran u lil National Iranian Oil Company (NIOC), li wkoll ġew elenkati mill-UE, fl-evażjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE. Huwa kien faċilitatur għal transazzjonijiet ta' żejt Iranjani u għamel trasferimenti ta' fondi relatati maż-żejt, partikolarment permezz ta' Naftiran Intertrade Company (NICO) u Hong Kong Intertrade, li huma kkontrollati mill-Gvern Iranjan u li wkoll ġew elenkati mill-UE. Barra minn hekk, huwa pprovda servizzi essenzjali lil Iranian Revolutionary Guard Corps (IRGC) billi ppermetta trasferimenti ta' fondi għall-benefiċċju ta' Khatam al-Anbiya, kumpannija li hi proprjetà tal-IRGC soġġetta għal sanzjonijiet tan-NU u l-UE. |
8.11.2014 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||
|
8. |
Sina Bank |
|
Sina Bank hu kkontrollat minn Mostazafan Foundation, entità parastatali ewlenija Iranjana kkontrollata direttament mill-Mexxej Suprem, u li għandha 84 % tal-ishma f'Sina Bank. Huwa jipprovdi servizzi finanzjarji lil Mostazafan Foundation u l-grupp tagħha ta' unitajiet u kumpanniji sussidjarji. Għaldaqstant, Sina Bank jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran permezz ta' Mostazafan Foundation. |
8.11.2014 |
||||
|
156. |
Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd. (SCT) (magħrufa wkoll bħala: SCT Bankers; SCT Bankers Kish Company (PJS); SCT Bankers Company Branch; Sorinet Commercial Trust) |
Sorinet Commercial Trust Bankers, Sadaf Tower, 3rd Floor, Suite No. 301, Kish Island, Iran Sorinet Commercial Trust Bankers, No.1808, 18th Floor, Grosvenor House Commercial Tower, Sheikh Zayed Road, Dubai, UAE, P.O. Box 31988 Fergħa ta' Teheran: Reahi Aiiey, First of Karaj, Maksous Road 9, Tehran, Iran. Kodiċijiet SWIFT: SCERIRTH KSH (fergħa ta' Kish Island), SCTSAEA1 (fergħa ta' Dubai branch), SCERIRTH (fergħa ta' Teheran) Indirizz alternattiv għall-fergħa ta' Kish Island: Kish Banking Fin Activities Centre, No 42, 4th floor, VC25 Indirizzi alternattivi għall-fergħa ta' Dubai: (1) SCT Bankers Kish Company (PJS), Head Office, Kish Island, Sadaf Tower, 3rd floor, Suite 301, P.O. Box 87. (2) Sheykh Admad, Sheykh Zayed Road, 31988, Dubai, Port, Kish Island. Numri tat-telefon: 09347695504 (fergħa ta' Kish Island) 09347695504/97-143257022-99 (fergħa ta' Dubai) 09347695504 (fergħa ta' Teheran) Indirizzi tal-posta elettronika: info@sctbankers.com zanjani@sctbankers.com |
Sorinet Commercial Trust Bankers Ltd. hija kkontrollata minn Babak Zanjani, li huwa elenkat għar-raġuni li jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran permezz tal-faċilitazzjoni ta' pagamenti marbutin maż-żejt f'ismu. |
8.11.2014 |
||||
|
161. |
Sharif University of Technology |
Azadi Ave/Street, PO Box 11365-11155, Tehran, Iran, Tel: +98 21 66 161 Posta elettronika: info@sharif.ir |
Sharif University of Technology (SUT) għandha għadd ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet tal-Gvern Iranjan li huma elenkati min-NU u/jew l-UE u li joperaw f'oqsma militari jew f'oqsma marbutin mas-settur militari, b'mod partikolari fil-qasam tal-produzzjoni u l-akkwist ta' missili ballistiċi. Dawn jinkludu: ftehim mal-Aerospace Industries Organisation, li ġiet elenkata mill-UE, fost l-oħrajn għall-produzzjoni ta' satelliti; kooperazzjoni mal-Ministeru Iranjan għad-Difiża u l-Iranian Revolutionary Guards Corps (IRGC) rigward kompetizzjonijiet marbuta mad-dgħajjes intelliġenti (smart boat competitions); ftehim aktar ġenerali mal-Forza tal-Ajru tal-IRGC li jkopri l-iżvilupp u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet, il-kooperazzjoni organizzattiva u strateġika tal-Università; SUT hi parti minn ftehim bejn 6 universitajiet li jappoġġa lill-Gvern tal-Iran permezz ta' riċerka marbuta mad-difiża; u SUT toffri tagħlim f'korsijiet ta' lawrja fl-inġinerija relatata mal-inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAV) imfassla, fost l-oħrajn, mill-Ministeru għax-Xjenza. Meħuda flimkien, dawn juru li hemm rekord sinifikanti ta' involviment mal-Gvern tal-Iran f'oqsma militari jew f'oqsma marbuta mas-settur militari li jikkostitwixxi appoġġ lill-Gvern tal-Iran. |
8.11.2014 |
II.
L-entrati għall-entitajiet li jinsabu fil-Parti I tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||
|
27. |
Power Plants' Equipment Manufacturing Company (Saakhte Tajhizate Niroogahi) |
No. 10, Jahanara Alley, wara Hemmat Bridge, Abbaspour St. (preċedentement imsejħa Tavanir), Tehran, Kodiċi Postali1435733161, Iran |
subordinata għal AEOI u Novin Energy (it-tnejn elenkati taħt UNSCR 1737). Involuta fl-iżvilupp ta' reatturi nukleari. |
26.7.2010 |
||||||||
|
132. |
Naftiran Intertrade Company (magħrufa wkoll bħala Naftiran Trade Company) (NICO) |
|
Sussidjarja (100 %) ta' National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||
|
133. |
Naftiran Intertrade Company Srl |
|
Sussidjarja (100 %) ta' Naftiran Intertrade Company Ltd. |
16.10.2012 |
III.
L-entità elenkata hawn taħt għandha titħassar mil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:|
13. |
(a) Arya Niroo Nik |