5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Ottubru 2014

li f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, tiddetermina l-valuri ta' referenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 7920)

(It-testi Bulgaru, Ċek, Kroat, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven u Spanjol biss huma awtentiċi)

(2014/774/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014, it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' mill-inqas 100 tunnellata ta' ekwivalenti għal CO2 ta' idrofluworokarburi mill-produtturi jew mill-importaturi huwa suġġett għal limiti kwantitattivi sabiex jiġi żgurat it-tnaqqis gradwali tagħhom.

(2)

Il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina dawk il-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal kull produttur u importatur.

(3)

Għall-perjodu mill-2015 sal-2017, l-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi li rrapurtaw dejta skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun determinata abbażi ta' valuri ta' referenza individwali.

(4)

Il-valuri ta' referenza jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-medja annwali tal-kwantitajiet ta' idrofluworokarburi li l-produtturi jew l-importaturi rrapportaw li jkunu qiegħdu fis-suq mill-2009 sal-2012, filwaqt li jiġu esklużi l-kwantitajiet tal-idrofluworokarburi għall-użu msemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 matul l-istess perjodu, abbażi tad-dejta disponibbli.

(5)

Id-determinazzjoni tal-valur ta' referenza hija limitata mir-restrizzjonijiet tad-dejta rrapportata skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

(6)

Il-kalkolu tal-valuri ta' referenza abbażi tad-dejta rrappurtata rriżulta fi kwantitajiet negattivi għal xi impriżi. Għalhekk, jtiqies li dawn l-impriżi ma rrappurtawx it-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq mill-2009 sal-2012. Huma jistgħu jiksbu kwota skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

(7)

Il-valuri ta' referenza għall-produtturi u l-importaturi għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid kull tliet snin mill-2017 sabiex ikun żgurat li l-impriżi jitħallew ikomplu l-attivitajiet tagħhom abbażi tal-volumi medji li qiegħdu fis-suq fis-snin immedjatament preċedenti. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Determinazzjoni tal-valuri ta' referenza

Għall-fini tal-allokazzjoni tal-kwota, il-valuri ta' referenza għal kull importatur u produttur għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, ikkalkulati abbażi tad-dejta rrappurtata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 842/2006 billi jitnaqqsu mill-medja annwali tal-kwantitajiet ta' idrofluworokarburi (gassijiet fi kwantitajiet kbar) li tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta' bejn l-2009 u l-2012 il-kwantitajiet totali ta' idrofluworokarburi (bulk gassijiet) koperti mill-eżenzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għal dak il-perjodu ta' żmien, fejn id-dejta hija disponibbli.

Il-medja annwali tal-gassijiet bil-kwantità mqiegħda fis-suq tal-Unjoni msemmija f'dan l-Artikolu ġie kkalkulat billi jitnaqqsu mill-kwantitajiet totali annwali ta' idrofluworokarburi (bulk gassijiet) prodotti u importati fis-suq tal-Unjoni, il-kwantitajiet totali ta' idrofluworokarburi (bulk gassijiet) esportati mis-suq tal-Unjoni, filwaqt li jitqies il-bilanċ fl-aħħar tas-sena tal-istokkijiet ta' gassijiet.

Artikolu 2

Perjodu ta' validità

Id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2015 u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 3

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn l-impriżi:

1

A-Gas (UK) Ltd

Banyard R., Portbury West

BS20 7XH Bristol

Ir-Renju Unit

2

ALCOBRE, S.A.

C/Luis I, Nave 6B

28031 Madrid

Spanja

3

ALDIFRIO-Sociedade de Equipamentos de Frio e Ar Condicionado, Lda

Rua Principal Lote 17 cv

Bairro Estacal Novo

2690-226 Santa Iria Azoia

Il-Portugall

4

Andreas I. Kannas & Sons Ltd

46 Kallipoleos Av

1071 Nicosia

Ċipru

5

Arctica Ref OÜ

Pärnu mnt.139E/12

11317 Tallinn

Harjumaa

L-Estonja

6

ARKEMA France

420 rue d'Estienne d'Orves

Colombes cedex

92705

Franza

7

ARKEMA Quimica S.A.

Avda de Burgos 12

28036 Madrid

Spanja

8

Arthur-Friedrichs Kältemittel GmbH

Bei den Kämpen 22

21220 Seevetal

Il-Ġermanja

9

Bang & Bonsomer Estonia Ltd.

Järvevana tee 9 F

11314 Tallinn

L-Estonja

10

BLYE ENGINEERING CO LTD

Naxxar Road

San Gwann

SGN 9018

Malta

11

BOC Ltd UK

The Surrey Research Park,

10 Priestley Road

Guildford, Surrey

Ir-Renju Unit

12

BULK H24 DI PAVAN DANIELE E C.

10 Via Carro Maggiore

20060 Mediglia

L-Italja

13

Calorie fluor

15 Rue Henri Brisson

34500 Beziers

Franza

14

CARTESIO SRL

Via Volta, 19

20837 Veduggio Con Colzano

L-Italja

15

Centrum Klima S.A.

ul. Sochaczewska 144,

Wieruchów

05-850 Ożarów Mazowiecki

Il-Polonja

16

D. Maniadis — N. Tairis Ltd

117-119 Aghialou str

18544 Piraeus

Il-Greċja

17

DUPONT DE NEMOURS (Nederlands) B.V.

Baanhoekweg 22

Dordrecht 3313 LA

Il-Pajjiżi l-Baxxi

18

ELETANCO A.E. LTD

Christou Samara 8

Limassol

3050

Ċipru

19

Envasado Xiomara S.L.

Pol. Ind. La Torrecilla Chica, 6

Yeles, Toledo

45220

Spanja

20

Equinoxe Kft

Gubacsi u. 24, Citypoint 9, Business Park Building A

1097 Budapest

L-Ungerija

21

ESTO Cheb s.r.o.

Palackého 2087/8a

350 02 Cheb

Ir-Repubblika Ċeka

22

ETIS d.o.o.

Tržaška 333

1000 Ljubljana

Is-Slovenja

23

Eurotech Fire Protection Ltd.

Unit 6 The Business Centre

RG412QZ Wokingham

Ir-Renju Unit

24

Ferrotec GmbH

Seerosenstr. 1

72669 Unterensingen

Il-Ġermanja

25

FIBRAN s.a.

Terpni

622 00

Il-Greċja

26

Foosung Slovakia s.r.o.

L. Stura 1030/74

1901 Ilava

Is-Slovakkja

27

Frigo Chem Ltd.

Lotos 22 Str.

4006 Plovdiv

Il-Bulgarija

28

FRIGO KOR

Majstorska 11

10000 Zagreb

Il-Kroazja

29

Frigo Plus d.o.o

Ljudevita Posavskog 8

10360 Sesvete

Il-Kroazja

30

Frigocommerce International Ltd.

Dunav Blvd. 79 A

4003 Plovdiv

Il-Bulgarija

31

Friogas, S.A.

Poligono Industrial Sepes, Parcela 10

46500 Sagunto

Spanja

32

Galco S.A.

Avenue Carton de Wiart 79

1090 Brussels

Il-Belġju

33

Gases: Research, Innovation & Technology SL,

Pol. Ind. El Punsic parcela 8,3 CP

08279 Avinyo

Spanja

34

Gas-Servei

Motores, 151-155 nave no 9

8038 Barcelona

Spanja

35

General Gas S.r.l

Via Aosta, 5

20063 Cernusco S/N

L-Italja

36

GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH

Ruhrstr. 113

22761 Hamburg

Il-Ġermanja

37

GREENCHEMICALS srl

Via G.DE Chirico, 4

20900 Monza

L-Italja

38

HARP International Limited

Gellihirion Industrial Estate

Pontypridd, Rhondda Cynon Taff

CF37 5SX

Ir-Renju Unit

39

Heatron Co. Ltd

153, Yiannou Kranidioti Avenue

2231 Latsia

Ċipru

40

Honeywell Fluorine Products B. V.

Laarderhoogtweg 18

1101 EA Amsterdam

Il-Pajjiżi l-Baxxi

41

Ingle AS

Ingliste küla Kehtna vald

79004 Raplamaa

L-Estonja

42

Linde AG Geschäftsbereich Linde Gas

Seitnerstr. 70

82049 Pullach

Il-Ġermanja

43

LINDE GAS ITALIA S.r.l.

Via G. Rossa, 3

20010 Arluno (MI)

L-Italja

44

Linde Gaz Polska Sp. z o.o.

al. Jana Pawła II 41a

31-864 Kraków

Il-Polonja

45

LORENZI MICAELA

Via Volta, 19

20837 Veduggio Con Colzano

L-Italja

46

Mariel Srl

Via Olubi,5

28013 Gattico (NO)

L-Italja

47

MATERO Ltd

22 Nikis Ave.

1664 Nicosia

Ċipru

48

MB Frigo Grupa d.o.o.

Bani 81

10010 Zagreb

Il-Kroazja

49

Mexichem UK Limited

The Heath Business & Technical Park

Runcorn, Cheshire

WA7 4QX

Ir-Renju Unit

50

Moralte OÜ

Ravila 53e

Tartu

51011

L-Estonja

51

National Refrigerants Ltd

6 Stanley Street

Liverpool

L1 6AF

Ir-Renju Unit

52

Odisey 71 Ltd

57 Vasil Drumev str

9002 Varna

Il-Bulgarija

53

Odisey Trade Ltd

57 Vasil Drumev str

9002 Varna

Il-Bulgarija

54

Polymer Insulation Products NV

Industrielaan 9

9990 Maldegem

Il-Belġju

55

REMEDICA Ltd

Aharnon 4

3056 Limassol Industrial Estate

Ċipru

56

REVERS Ltd

Katlakalna 4C

LV1073 Riga

Il-Latvja

57

S.C. LINDE GAZ ROMANIA S.R.L.

Strada Avram Imbroane Nr 9

Timișoara, județul Timiș

300136

Ir-Rumanija

58

Savi Inwestycje Sp. z o.o.

ul. Wołowska 2

55-120

Oborniki Śląskie

Il-Polonja

59

Sc. Electrocandy Srl.

Iasomiei 56 A

410174 Oradea

Ir-Rumanija

60

Settala Gas S.p.A.

Viale delle Industrie n°18

Settala

20090

L-Italja

61

SILCO D.O.O.

Sentrupert 5a

3303 Gomilsko

Is-Slovenja

62

Simat Prom d.o.o.

Rudeska cesta 96

10 000 Zagreb

Il-Kroazja

63

Sinteco S.R.L.

Via IV Novembre n. 51

28065 Cerano (NO)

L-Italja

64

Soc. Port. do Arlíquido, “Arlíquido”, Lda.

Rua Dr. António Loureiro Borges, 4 — 2°, Arquiparque, Miraflores

Algés

1495-131

Il-Portugall

65

SOLQUIMIA IBERIA, S.L.

C/Paraguay 4 (P.I. Centrovia)

50198 La Muela

Spanja

66

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

Hanover 30173

Il-Ġermanja

67

Solvay Bario E Derivati S.p.A.

84 Via Degli Olivetti

Massa

54100

L-Italja

68

Solvay Fluorés France

25 rue de Clichy

Paris

75009

Franza

69

Solvay Specialty Polymers France SAS

Avenue de la Republique

Tavaux

39501 Tavaux Cedex

Franza

70

Systherm D. Gazińska s.j.

ul. św. Wincentego 7

61003 Poznań

Il-Polonja

71

TAIRIS AEVE

68 Petrou Ralli str

12241 Egaleo

Il-Greċja

72

Tazzetti S.p.A.

Corso Europa 600/A

Volpiano (TO)

10088

L-Italja

73

Tazzetti, S.A.U.

Calle Roma 2

Torres de la Alameda

28813

Spanja

74

Tepostop

Pardubicka 1777

Prelouc

53501

Ir-Repubblika Ċeka

75

Termo Schiessl Sp. z o.o.

ul. Raszyńska 13

05-500 Piaseczno

Il-Polonja

76

TOPOX-FOAM, S.L.

POL. IND. EL MAS VELL C/DE L'OLI S/N

Vallmoll, Tarragona

43144

Spanja

77

Vrec

Kosouth U-12

Szatymaz

6763

L-Ungerija

78

Westfalen AG

Industrieweg 43

Münster 48155

Il-Ġermanja

79

WIGMORS

ul. Irysowa 5

51-117 Wrocław

Il-Polonja

 

 

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).


ANNESS

Il-valuri ta' referenza (1) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2017 għal kull produttur u importatur li rrapportaw li qiegħdu fis-suq tal-idrofluworokarburi mill-2009 sal-2012

Il-valur ta' referenza (RV) jiġi kkalkolat skont il-formula li ġejja:

RV = il-medja [2009-2012] (POM – ex)

Il-(POM – EX) huwa determinat kull sena u mbagħad tittieħed il-medja tul il-perjodu ta' 4 snin

fejn:

POM, jirreferi għall-gassijiet fi kwantitajiet kbar mqiegħda fis-suq. POM = Ρ + I – E + Δs, fejn: P: il-produzzjoni, I: l-importazzjonijiet, E: l-esportazzjonijiet diretti, Δs: id-differenza fl-aħħar tas-sena tal-istokkijiet, jiġifieri l-istokkijiet fl-1 ta' Jannar 20xx – l-istokkijiet fil-31 ta' Diċembru 20xx

EX, jirreferi għall-gassijiet fi kwantitajiet kbar koperti minn eżenzjonijiet skont il-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament abbażi tad-dejta disponibbli.


(1)  (Tagħrif kummerċjalment sensittiv — kunfidenzjali — ma jistax jiġi ppubblikat).