1.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/30


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ottubru 2014

li tikkonferma jew temenda l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri għas-sena kalendarja 2013 skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 7877)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Isvediż, bl-Olandiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2014/770/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikulari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, kull sena l-Kummissjoni hija meħtieġa tikkonferma l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur tal-karozzi tal-passiġġieri fl-Unjoni, kif ukoll għal kull konsorzju ta' manifatturi ffurmat skont l-Artikolu 7(1) ta' dak ir-Regolament. Abbażi ta' dik il-konferma, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 l-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi għall-2013 jiġu kkalkulati skont it-tieni paragrafu ta' dak l-Artikolu u jqisu 75 % mill-karozzi l-ġodda tal-manifattur irreġistrati matul dik is-sena.

(3)

Id-dejta ddettaljata li għandha tintuża għall-kalkolu tal-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi hija stabbilita fil-punt 1 tal-Parti A u fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tal-Istati Membri ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri matul is-sena kalendarja ta' qabel.

(4)

L-Istati Membri kollha (minbarra l-Kroazja) ippreżentaw id-dejta tal-2013 sat-28 ta' Frar 2014 b'konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Fejn, b'riżultat tal-verifika tad-dejta mill-Kummissjoni, kien jidher li ċerta dejta kienet nieqsa jew ċarament mhux korretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u, soġġett għall-qbil ta' dawk l-Istati Membri, id-dejta ġiet aġġustata jew ikkompletata kif xieraq. F'każijiet fejn ma seta' jintlaħaq l-ebda ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, id-dejta provviżorja ta' dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata.

(5)

Fit-30 ta' April 2014, il-Kummissjoni ppubblikat id-dejta provviżorja u nnotifikat lil 84 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tagħhom fl-2013 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe żball fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu n-notifika skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 8(5) ta' dak ir-Regolament u skont l-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (2). Ħames manifatturi aċċettaw id-dejta preliminari mingħajr korrezzjonijiet filwaqt li 42 manifattur bagħtu notifiki ta' żbalji sad-data ta' skadenza mogħtija.

(6)

Id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-valuri tal-emissjonijiet speċifiċi medji u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-37 manifattur l-ieħor li ma nnotifikaw l-ebda żball fis-settijiet tad-dejta, jew li ma bagħtu l-ebda tweġiba oħra, għandhom jiġu kkonfermati mingħajr aġġustamenti.

(7)

Il-Kummissjoni vverifikat il-korrezzjonijiet li ġew notifikati mill-manifatturi, u l-ġustifikazzjonijiet rispettivi u s-settijiet tad-dejta ġew aġġustati kif rilevanti.

(8)

Fil-każ ta' rekords b'parametri ta' identifikazzjoni nieqsa jew mhux korretti, bħal pereżempju t-tip, il-varjant, il-kodiċi tal-verżjoni jew in-numru ta' approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw jew jikkoreġu dawk ir-rekords. Bħala konsegwenza, jixraq li f'dawk ir-rekords jiġi applikat marġni ta' żball lill-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-massa.

(9)

Il-marġni ta' żball għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-distanzi mill-mira speċifika tal-emissjonijiet mogħtija bħala l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mnaqqsa mill-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ikkalkulat bl-inklużjoni u bl-esklużjoni ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi. Kemm jekk dik id-differenza tkun pożittiva kif ukoll jekk tkun negattiva, il-marġni ta' żball għandu dejjem itejjeb il-pożizzjoni tal-manifattur imqabbel mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

(10)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, manifattur għandu jitqies li huwa konformi mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu msemmija fl-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament meta l-valur medju tal-emissjonijiet tiegħu indikat f'din id-Deċiżjoni jkun inqas mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, valur mogħti bħala distanza negattiva mill-mira. F'każ li l-valur medju tal-emissjonijiet ta' manifattur jaqbeż il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu, għandu jiġi impost fuqu primjum għall-eċċess ta' emissjonijiet bi qbil mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, sakemm il-manifattur ikkonċernat ma jibbenefikax minn eżenzjoni minn dik il-mira skont l-Artikolu 2(4) jew l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament, jew ikun membru ta' konsorzju, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u l-konsorzju jikkonforma mal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu. Abbażi ta' dan, żewġ manifatturi għandhom jitqiesu li jkunu qegħdin jaqbżu l-limitu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom għall-2013.

(11)

Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mill-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2013, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri marbutin mal-prestazzjoni tal-manifatturi, kif ikkonfermati jew emendati għal kull manifattur ta' karozzi ħfief tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta' manifatturi ta' dan it-tip, rigward is-sena kalendarja 2013 skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, huma speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Il-valuri msemmija fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għal kull manifattur ta' karozzi ħfief tal-passiġġieri u għal kull konsorzju ta' manifatturi ta' dan it-tip għas-sena kalendarja 2013 ukoll huma speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni stipulata fl-Artikolu 2(4) ta' dak ir-Regolament għall-manifatturi kkonċernati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi individwali u lill-konsorzji ta' manifatturi ffurmati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 elenkati hawn taħt:

(1)

Alpina Burkard Bovensiepen GmbH & Co.,KG

Alpenstraße 35 — 37

86807 Buchloe

Il-Ġermanja

(2)

Aston Martin Lagonda Ltd.

Gaydon Engineering Centre

Banbury Road

Gaydon Warwickshire CV35 0DB

Ir-Renju Unit

(3)

Audi AG

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(4)

Audi Hungaria Motor Kft.

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(5)

Automobiles Citroën

Route de Gizy

78943 Vélizy-Villacoublay

Cedex

Franza

(6)

Automobiles Peugeot

Route de Gizy

78943 Vélizy-Villacoublay

Cedex

Franza

(7)

AVTOVAZ JSC

Irrappreżentata fl-UE minn:

LADA France S.A.S.

13, Route Nationale 10

78310 Coignieres

Franza

(8)

Bentley Motors Ltd.

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(9)

Bayerische Motoren Werke AG

Petuelring 130

80788 München

Il-Ġermanja

(10)

BMW M GmbH

Petuelring 130

80788 München

Il-Ġermanja

(11)

Bugatti Automobiles S.A.S.

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(12)

Caterham Cars Ltd.

2 Kennet Road Dartford

Kent DA1 4QN

Ir-Renju Unit

(13)

CECOMP S.p.A.

Via Ronchi 10

10040 La Loggia

Turin

L-Italja

(14)

Chevrolet Italia S.p.A.

Bahnhofsplatz 1 IPC 39-12

65423 Rüsslesheim

Il-Ġermanja

(15)

Chrysler Group LLC

Irrappreżentata fl-UE minn:

Chrysler Management Austria GmbH

Bundesstraße 83

8071 Dörfla bei Graz

L-Awstrija

(16)

CNG-Technic GmbH

Niehl Plant, building Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(17)

Automobile Dacia SA

Guyancourt

1 avenue du Golf

78288 Technocentre Cedex

Franza

(18)

Daihatsu Motor Co Ltd.

Avenue du Bourget 60

Bourgetlaan 60

1140 Brussell

Il-Belġju

(19)

Daimler AG

Mercedesstr 137/1

Zimmer 229

70546 Stuttgart

Il-Ġermanja

(20)

Donkervoort Automobielen BV

Pascallaan 96

8218 NJ

Lelystad

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(21)

DR Motor Company S.p.A.

S.S. 85, Venafrana km 37,500

86070 Macchia d'Isernia

L-Italja

(22)

Ferrari S.p.A.

Via Emilia Est 1163

41122 Modena

L-Italja

(23)

Fiat Group Automobiles S.p.A.

Corso Settembrini 40

Gate 8 Building 5 Room A8N

10135 Torino

L-Italja

(24)

Fisker Automotive and Technology Group LLC

Fisker Automotive GmbH

Daimlerstrasse 11a

85748 Garching

Il-Ġermanja

(25)

Ford Motor Company

Niehl Plant, building Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(26)

Ford Werke GmbH

Niehl Plant, building Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(27)

Fuji Heavy Industries Ltd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Subaru Europe NV/SA

Leuvensesteenweg 555 B/8

1930 Zaventem

Il-Belġju

(28)

General Motors Company

Adam Opel AG

Bahnhofsplatz 1 IPC 39-12

65423 Rüsslesheim

Il-Ġermanja

(29)

GM Korea Company

Adam Opel AG

Bahnhofsplatz 1 IPC 39-12

65423 Rüsslesheim

Il-Ġermanja

(30)

Great Wall Motor Company Ltd

Irrappreżentata fl-UE minn:

International Motors Ltd.

I.M. House South Drive

Coleshill B46 1DF

Ir-Renju Unit

(31)

Honda Automobile (China) Co., Ltd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Honda Motor Europe Ltd.

470 London Road

Slough Berkshire

SL3 8QY

Ir-Renju Unit

(32)

Honda Motor Co., Ltd.

470 London Road

Slough Berkshire

SL3 8QY

Ir-Renju Unit

(33)

Honda Turkiye A.S.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Honda Motor Europe Ltd.

470 London Road

Slough Berkshire

SL3 8QY

Ir-Renju Unit

(34)

Honda of the UK Manufacturing Ltd.

470 London Road

Slough Berkshire

SL3 8QY

Ir-Renju Unit

(35)

Hyundai Motor Company

Irrappreżentata fl-UE minn:

Hyundai Motor Europe GmbH

Kaiserleipromanade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(36)

Hyundai Motor Manufacturing Czech S.r.o.

Kaiserleipromanade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(37)

Hyundai Motor India Ltd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Hyundai Motor Europe GmbH

Kaiserleipromanade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(38)

Hyundai Assan Otomotiv Sanayi Ve Ticaret A.S.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Hyundai Motor Europe GmbH

Kaiserleipromanade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(39)

Jaguar Land Rover Ltd.

Abbey Road

Whitley

Coventry CV3 4LF

Ir-Renju Unit

(40)

Jiangling Motor Holding Co Ltd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

LWMC Europe BV

Berenbroek 3

5707 DB Helmond

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(41)

KIA Motors Corporation

Kia Motors Europe GmbH

Theodor-Heuss-Allee 11

60486 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

(42)

KIA Motors Slovakia S.r.o.

Kia Motors Europe GmbH

Theodor-Heuss-Allee 11

60486 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

(43)

KTM-Sportmotorcycle AG

Stallhofnerstrasse 3

5230 Mattighofen

L-Awstrija

(44)

LADA Automobile GmbH

Erlengrund 7-11

21614 Buxtehude

Il-Ġermanja

(45)

LADA France S.A.S.

13, Route Nationale 10

78310 Coignieres

Franza

(46)

Automobili Lamborghini S.p.A.

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(47)

Lotus Cars Ltd.

Hethel Norwich

Norfolk NR14 8EZ

Ir-Renju Unit

(48)

Magyar Suzuki Corporation Ltd.

Legal Department

Suzuki Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(49)

Mahindra & Mahindra Ltd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Mahindra Europe S.r.l.

Via Cancelliera 35

00040 Ariccia (Roma)

L-Italja

(50)

Maruti Suzuki India Ltd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Suzuki International Europe GmbH

Legal Department Suzuki Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(51)

Maserati S.p.A.

Viale Ciro Menotti 322

41122 Modena

L-Italja

(52)

Mazda Motor Corporation

Mazda Motor Europe GmbH

European R&D Centre

Hiroshimastr 1

61440 Oberursel/Ts

Il-Ġermanja

(53)

McLaren Automotive Ltd.

Chertsey Road

Woking

Surrey GU21 4YH

Ir-Renju Unit

(54)

Mercedes-AMG GmbH

Mercedesstr 137/1

Zimmer 229 HPC F 403

70327 Stuttgart,

Il-Ġermanja

(55)

MG Motor UK Ltd.

International HQ

Q Gate

Low Hill Lane

Birmingham B31 2BQ

Ir-Renju Unit

(56)

Mia Electric S.A.S.

45, rue des Pierrières

BP 60324

79143 Cerizay Cedex

Franza

(57)

Mitsubishi Motors Corporation MMC

Mitsubishi Motors Europe B.V. MME

Mitsubishi Avenue 21

6121 SH Born

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(58)

Mitsubishi Motors Europe B.V. MME

Mitsubishi Avenue 21

6121 SH Born

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(59)

Mitsubishi Motors Thailand Co., Ltd. MMTh

Irrappreżentata fl-UE minn:

Mitsubishi Motors Europe B.V. MME

Mitsubishi Avenue 21

6121 SH Born

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(60)

Morgan Motor Co.,Ltd.

Pickersleigh Road Malvern Link

Worcestershire

WR14 2LL

Ir-Renju Unit

(61)

Nissan International SA

Renault Nissan Representation Office

Av des Arts 40

BE-1040 Bruxelles

Il-Belġju

(62)

Adam Opel AG

Bahnhofsplatz 1IPC 39-12

65423 Rüsslesheim

Il-Ġermanja

(63)

PERODUA Manufacturing

Irrappreżentata fl-UE minn:

KESMAN Ltd.

Suite 7 Queensgate House 18 Cookham Road

Maidenhead, Berkshire SL6 8BD

Ir-Renju Unit

(64)

Dr. Ing. h.c.F. Porsche AG

Porscheplatz 1

70435 Stuttgart

Il-Ġermanja

(65)

Perushaan Otomobil Nasional Sdn Bhd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Proton Cars UK Ltd.

1-3 Crowley Way

Avonmouth Bristol, BS11 9YR

Ir-Renju Unit

(66)

Qoros Automotive Co., Ltd.

Martiusstrasse 5

80802 München

Il-Ġermanja

(67)

Quattro GmbH

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(68)

Radical Motorsport Ltd.

24 Ivatt Way

Business Park Westwood Peterborough PE3 7PG

Ir-Renju Unit

(69)

Renault S.A.S.

Guyancourt

1 avenue du Golf

78288 Technocentre Cedex

Franza

(70)

Renault Trucks

99 Route de Lyon TER L10 0 01

69802 Saint Priest Cedex

Franza

(71)

Rolls-Royce Motor Cars Ltd.

Petuelring 130

80788 München

Il-Ġermanja

(72)

Seat S.A.

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(73)

Secma S.A.S.

Rue Denfert Rochereau

59580 Aniche

Franza

(74)

Skoda Auto A.S.

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(75)

Ssangyong Motor Company

Irrappreżentata fl-UE minn:

SsangYong European Parts Center B.V.

IABC 5253/5254

4B14RD Breda

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(76)

Suzuki Motor Corporation

Irrappreżentata fl-UE minn:

Suzuki International Europe GmbH

Legal Department

Suzuki Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(77)

Tata Motors Ltd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Tata Motors European Technical Centre Plc.

2nd Floor International Automotive Research Centre

University of Warwick

Coventry

CV4 7AL

Ir-Renju Unit

(78)

Tazzari GL S.p.A.

VIA Selice Provinciale 42/E

40026 Imola

Bologna

L-Italja

(79)

Tesla Motors Ltd.

Irrappreżentata fl-UE minn:

Tesla Motors NL

7-9 Atlasstraat

5047 RG Tilburg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(80)

Toyota Motor Europe NV/SA

Avenue du Bourget 60

1140 Brussell

Il-Belġju

(81)

Vehicules Electriques Pininfarina Bollore S.A.S.

31-32, Quai De Dion Bouton

92800 Puteaux

Franza

(82)

Volkswagen AG

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(83)

Volvo Car Corporation

VAK building

Assar Gabrielssons väg

405 31 Göteborg

L-Isvezja

(84)

Wiesmann GmbH

An der Lehmkuhle 87

48249 Dülmen

Il-Ġermanja

(85)

Il-konsorzju ta': BMW Group BMW

Petuelring 130

80788 Munich

Il-Ġermanja

(86)

Il-konsorzju ta': Daimler AG

Mercedesstr 137/1

Zimmer 229

70546 Stuttgart

Il-Ġermanja

(87)

Il-konsorzju ta': Fiat Group Automobiles S.p.A.

Corso Settembrini 40

Gate 8 Building 5 Room A8N

10135 Torino

L-Italja

(88)

Il-konsorzju ta': Ford -Werke GmbH

Niehl Plant, building Imbert 479

Henry Ford Strasse 1

50725 Köln

Il-Ġermanja

(89)

Il-konsorzju għal: General Motors

Bahnhofsplatz 1 IPC 39-12

65423 Rüsslesheim

Il-Ġermanja

(90)

Il-konsorzju ta': Honda Motor Europe Ltd.

470 London Road Slough

Berkshire SL3 8QY

Ir-Renju Unit

(91)

Il-konsorzju ta': Mitsubishi Motors

Mitsubishi Avenue 21

6121 SH Born

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(92)

Il-konsorzju tar-Renault

Technocentre

1 Avenue du Golf

78288 Guyancourt Cedex

Franza

(93)

Il-konsorzju tas-Suzuki

Suzuki Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(94)

Il-konsorzju ta': Tata Motors Ltd., Jaguar Cars Ltd., Land Rover

Abbey Road

Whitley

Coventry CV3 4LF

Ir-Renju Unit

(95)

Il-konsorzju ta': Toyota -Daihatsu Group

Avenue du Bourget 60

1140 Brussell

Il-Belġju

(96)

Il-konsorzju ta': VW Group PC

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).


ANNESS

It-Tabella numru 1

Valuri marbutin mal-prestazzjoni tal-manifatturi kkonfermati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-manifattur

Konsorzji u derogi

Għadd ta' reġistrazzjonijiet

Medja tal-emissjonijiet ta' Co2 (75 %) ikkoreġuta

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi

Distanza mill-mira

Distanza mill-mira aġġustata

Valur medju tal-massa

Medja tal-emissjonijiet ta' Co2 (100 %)

ALPINA BURKARD BOVENSIEPEN GMBH E CO KG

DMD

444

169,820

 

 

 

1 876,43

183,032

ASTON MARTIN LAGONDA LTD

D

1 579

313,688

318,000

– 4,312

– 4,312

1 813,29

326,017

AUDI AG

P12

650 919

121,881

138,319

– 16,438

– 16,438

1 554,03

133,277

AUDI HUNGARIA MOTOR KFT

P12

7 132

141,911

133,391

8,520

8,520

1 446,20

150,909

AUTOMOBILES CITROEN

 

587 504

106,856

129,275

– 22,419

– 22,419

1 356,14

116,461

AUTOMOBILES PEUGEOT

 

723 633

105,652

128,934

– 23,282

– 23,282

1 348,68

115,040

AVTOVAZ JSC

D

1 295

215,429

201,000

14,429

14,429

1 277,78

217,830

BENTLEY MOTORS LTD

P12

1 952

288,711

181,440

107,271

107,151

2497,60

308,795

BAYERISCHE MOTOREN WERKE AG

P1

758 080

123,541

138,592

– 15,051

– 15,179

1 560,00

133,866

BMW M GMBH

P1

4 307

239,855

153,566

86,289

85,498

1 887,67

253,097

BUGATTI AUTOMOBILES SAS

P12

11

539,000

161,670

377,330

377,330

2 065,00

544,182

CATERHAM CARS LIMITED

DMD

85

162,714

 

 

 

662,06

171,776

CECOMP S,P,A,

 

566

0,000

123,282

– 123,282

– 123,282

1 225,00

0,000

CHEVROLET ITALIA SPA

P5

746

112,021

119,423

– 7,402

– 7,402

1 140,56

117,095

CHRYSLER GROUP LLC

P3

46 131

183,732

161,282

22,450

22,398

2 056,51

194,511

CNG-TECHNIK GMBH

P4

85

19,235

137,855

– 118,620

– 118,620

1 543,89

64,165

AUTOMOBILE DACIA S,A,

P8

289 149

119,365

122,143

– 2,778

– 2,779

1 200,08

126,644

DAIHATSU MOTOR CO LTD

P11

487

148,923

124,189

24,734

24,734

1 244,85

156,561

DAIMLER AG

P2

661 318

119,834

139,386

– 19,552

– 19,570

1 577,38

136,551

DONKERVOORT AUTOMOBIELEN BV

DMD

8

178,000

 

 

 

865,00

178,000

DR MOTOR COMPANY SRL

DMD

424

125,075

 

 

 

1 202,23

134,627

FERRARI SPA

D

2 049

304,561

303,000

1,561

1,561

1 722,29

323,199

FIAT GROUP AUTOMOBILES SPA

P3

646 554

110,620

119,633

– 9,013

– 9,026

1 145,15

116,263

FISKER AUTOMOTIVE INC

 

90

47,650

181,778

– 134,128

– 134,128

2 505,00

49,867

FORD MOTOR COMPANY

P4

2

194,000

164,526

29,474

29,474

2 127,50

194,000

FORD-WERKE GMBH

P4

891 562

111,513

128,620

– 17,107

– 17,109

1 341,80

121,603

FUJI HEAVY INDUSTRIES LTD

ND

26 962

151,086

164,616

– 13,530

– 13,530

1 564,99

159,492

GENERAL MOTORS COMPANY

P5

2 301

82,392

149,866

– 67,474

– 67,474

1 806,71

194,112

GM KOREA COMPANY

P5

135 377

124,192

131,530

– 7,338

– 7,338

1 405,47

135,875

GREAT WALL MOTOR COMPANY LIMITED

DMD

448

164,583

 

 

 

1 180,63

165,531

HONDA AUTOMOBILE CHINA CO LTD

P6

14 183

124,104

119,617

4,487

4,487

1 144,79

125,345

HONDA MOTOR CO LTD

P6

61 983

122,335

130,626

– 8,291

– 8,291

1 385,70

133,795

HONDA TURKIYE AS

P6

1 743

154,271

126,797

27,474

27,474

1 301,92

155,089

HONDA OF THE UK MANUFACTURING LTD

P6

53 052

134,040

137,886

– 3,846

– 3,846

1 544,57

145,122

HYUNDAI MOTOR COMPANY

 

44 551

134,693

143,242

– 8,549

– 8,549

1 661,77

146,184

HYUNDAI MOTOR MANUFACTURING CZECH SRO

 

220 348

130,549

132,489

– 1,940

– 1,940

1 426,46

138,081

HYUNDAI MOTOR INDIA LTD

 

72 184

108,201

114,154

– 5,953

– 5,953

1 025,25

111,015

HYUNDAI ASSAN OTOMOTIV SANAYI VE

 

62 241

110,201

117,953

– 7,752

– 7,752

1 108,38

112,343

JAGUAR LAND ROVER LIMITED

P10/ND

131 530

164,623

178,025

– 13,402

– 13,402

2 049,30

181,647

JIANGLING MOTOR HOLDING CO LTD

DMD

23

140,000

 

 

 

1 378,48

143,652

KIA MOTORS CORPORATION

 

285 334

117,620

127,633

– 10,013

– 10,013

1 320,21

127,981

KIA MOTORS SLOVAKIA SRO

 

53 230

131,814

132,382

– 0,568

– 0,568

1 424,13

140,012

KTM-SPORTMOTORCYCLE AG

DMD

31

187,652

 

 

 

896,77

189,290

LADA AUTOMOBILE GMBH

DMD

386

225,000

 

 

 

1 285,00

225,000

LADA FRANCE

P8

13

179,000

129,452

49,548

49,548

1 360,00

179,000

AUTOMOBILI LAMBORGHINI SPA

P12

404

340,558

144,718

195,840

195,840

1 694,06

349,171

LOTUS CARS LIMITED

D

491

197,899

280,000

– 82,101

– 82,101

1 228,42

207,505

MAGYAR SUZUKI CORPORATION LTD

P9/ND

98 295

118,793

123,114

– 4,321

– 4,321

1 151,00

125,554

MAHINDRA & MAHINDRA LTD

DMD

231

181,017

 

 

 

1 917,84

182,987

MARUTI SUZUKI INDIA LTD

P9/ND

26 564

98,182

123,114

– 24,932

– 24,933

932,05

99,438

MASERATI SPA

P3

1 356

266,367

158,264

108,103

105,464

1 990,46

289,532

MAZDA MOTOR CORPORATION

ND

133 180

126,281

129,426

– 3,145

– 3,145

1 421,75

134,115

MCLAREN AUTOMOTIVE LIMITED

D

185

275,920

285,000

– 9,080

– 9,080

1 542,06

276,703

MERCEDES-AMG GMBH

P2

1 930

177,115

147,147

29,968

28,048

1 747,20

212,777

MG MOTOR UK LIMITED

D

488

147,645

151,600

– 3,955

– 3,955

1 437,34

154,408

MIA ELECTRIC SAS

 

257

0,000

108,278

– 108,278

– 108,278

896,68

0,000

MITSUBISHI MOTORS CORPORATION (MMC)

P7

54 367

89,125

140,783

– 51,658

– 51,658

1 607,95

128,371

MITSUBISHI MOTORS EUROPE BV MME

P7

6 648

118,295

121,228

– 2,933

– 2,933

1 180,06

126,313

MITSUBISHI MOTORS THAILAND CO LTD MMTH

P7

9 816

93,898

110,407

– 16,509

– 16,509

943,26

97,292

MORGAN MOTOR CO LTD

DMD

426

168,746

 

 

 

1 104,34

189,455

NISSAN INTERNATIONAL SA

 

411 671

115,711

131,240

– 15,529

– 15,529

1 399,14

130,854

ADAM OPEL AG

P5

804 072

122,121

133,249

– 11,128

– 11,128

1 443,09

132,096

PERODUA MANUFACTURING SDN BHD

DMD

200

137,000

 

 

 

1 011,84

138,180

DR ING HCF PORSCHE AG

P12

41 854

190,087

150,634

39,453

39,453

1 823,52

200,960

PERUSAHAAN OTOMOBIL NASIONAL SDN BHD

D

3

157,000

181,000

– 24,000

– 24,000

1 380,00

158,333

QOROS AUTOMOTIVE CO LTD

DMD

12

146,000

 

 

 

1 485,00

146,000

QUATTRO GMBH

P12

4 282

234,695

153,137

81,558

81,558

1 878,27

247,434

RADICAL MOTOSPORT LTD

DMD

4

229,000

 

 

 

850,00

229,000

RENAULT SAS

P8

793 038

96,384

124,965

– 28,581

– 28,583

1 261,83

109,981

RENAULT TRUCKS

DMD

18

193,000

 

 

 

2 130,56

199,056

ROLLS-ROYCE MOTOR CARS LTD

P1

420

324,203

181,767

142,436

141,929

2 504,75

330,490

SEAT SA

P12

280 310

111,316

123,574

– 12,258

– 12,361

1 231,39

118,771

SECMA SAS

DMD

39

131,000

 

 

 

658,00

131,000

SKODA AUTO AS

P12

480 729

115,924

125,226

– 9,302

– 9,332

1 267,54

124,653

SSANGYONG MOTOR COMPANY

D

4 937

171,485

180,000

– 8,515

– 8,515

1 856,76

182,062

SUZUKI MOTOR CORPORATION

P9/ND

21 742

158,668

123,114

35,554

35,501

1 337,48

166,586

TATA MOTORS LIMITED

P10/ND

883

130,428

178,025

– 47,597

– 47,597

1 339,85

140,574

TAZZARI GL SPA

DMD

2

0,000

 

 

 

735,00

0,000

TESLA MOTORS LTD

 

1 671

0,000

166,426

– 166,426

– 166,426

2 169,07

0,000

TOYOTA MOTOR EUROPE NV SA

P11

512 761

102,194

127,386

– 25,192

– 25,724

1 314,81

116,431

VEHICULES ELECTRIQUES PININFARINA-BOLLORE SAS

 

72

0,000

123,282

– 123,282

– 123,282

1 225,00

0,000

VOLKSWAGEN AG

P12

1 486 188

115,735

130,442

– 14,707

– 14,827

1 381,67

127,279

VOLVO CAR CORPORATION

 

203 065

107,012

145,012

– 38,000

– 38,000

1 700,48

130,764

WIESMANN GMBH

DMD

37

281,815

 

 

 

1 440,81

286,459


It-Tabella numru 2

Valuri marbutin mal-prestazzjoni tal-konsorzji kkonfermati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-konsorzju

Konsorzju

Għadd ta' reġistrazzjonijiet

Medja tal-emissjonijiet ta' CO2 (75 %) ikkoreġuta

Mira tal-emissjonijiet speċifiċi

Distanza mill-mira

Distanza mill-mira aġġustata

Valur medju tal-massa

Medja ta' CO2 (100 %)

BMW GROUP

P1

762 807

123,685

138,700

– 15,015

– 15,141

1 562,37

134,648

DAIMLER AG

P2

663 248

119,873

139,409

– 19,536

– 19,555

1 577,88

136,773

FIAT GROUP AUTOMOBILES SPA

P3

694 041

111,31

122,477

– 11,167

– 11,197

1 207,38

121,803

FORD-WERKE GMBH

P4

891 649

111,492

128,621

– 17,129

– 17,130

1 341,82

121,598

GENERAL MOTORS

P5

942 497

121,937

133,032

– 11,095

– 11,095

1 438,34

132,778

HONDA MOTOR EUROPE LTD

P6

130 961

126,154

132,324

– 6,170

– 6,170

1 422,85

137,752

MITSUBISHI MOTORS

P7

70 831

89,973

134,738

– 44,765

– 44,765

1 475,67

123,871

POOL RENAULT

P8

1 082 200

101,787

124,211

– 22,424

– 22,426

1 245,33

114,434

SUZUKI POOL

P9/ND

146 601

115,69

123,114

– 7,424

– 7,435

1 138,98

126,907

TATA MOTORS JAGUAR CARS LAND ROVER

P10/ND

132 413

164,303

178,025

– 13,722

– 13,722

2 044,57

181,373

TOYOTA -DAIHATSU GROUP

P11

513 248

102,214

127,384

– 25,170

– 25,703

1 314,75

116,469

VW GROUP PC

P12

2 953 781

116,868

131,039

– 14,171

– 14,254

1 394,74

128,793

Noti ta' spjega għat-Tabelli 1 u 2

Il-kolonna A:

It-tabella nru 1: “Isem il-manifattur” tfisser l-isem tal-manifattur kif innotifikat lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat jew, meta ma tkunx saret din in-notifika, l-isem irreġistrat mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-Istat Membru.

It-tabella nru 2: “Isem il-konsorzju” tfisser l-isem tal-konsorzju kif iddikjarat mill-maniġer tal-konsorzju.

Il-kolonna B:

“D” tfisser li ngħatat deroga marbuta ma' manifattur ta' volumi żgħar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b'effett għas-sena kalendarja 2013;

“ND” tfisser li ngħatat deroga marbuta ma' manifattur speċjalizzat skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, b'effett għas-sena kalendarja 2013;

“DMD” tfisser li tapplika deroga de minimis, dan ifisser li manifattur li, flimkien mal-intrapriżi kollha marbuta miegħu ħareġ inqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrata fl-2013, mhuwiex obligat li jilħaq mira tal-emissjonijiet speċifiċi;

“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta' konsorzju (elenkat fit-Tabella numru 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, u li l-ftehim tal-konsorzju jkun validu għas-sena kalendarja tal-2013.

Il-kolonna C:

“Għadd ta' reġistrazzjonijiet” tfisser l-għadd totali ta' karozzi ġodda rreġistrati minn Stati Membri f'sena kalendarja, bl-esklużjoni ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet li huma relatati ma' rekords fejn il-valuri tal-massa u/jew tas-CO2 huma neqsin, u dawk ir-rekords li l-manifattur ma jirrikonoxxix. L-għadd ta' reġistrazzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri ma jistax jinbidel għall-ebda raġuni oħra.

Il-kolonna D:

“Medja tal-emissjonijiet ta' CO2 (75 %) ikkoreġuta” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 li tkun ġiet ikkalkulata abbażi tal-75 % tal-vetturi bl-inqas emissjonijiet fil-flotta tal-manifattur skont l-ewwel inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u l-punt 4 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 657 finali. Fejn hu rilevanti, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ġiet aġġustata biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Id-dejta użata għall-kalkolu tinkludi dik li fiha valur validu tal-massa u tal-emissjonijiet ta' CO2.

Il-kolonna E:

“Mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet ikkalkulata abbażi tal-medja tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur, billi tintuża l-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

Il-kolonna F:

“Id-distanza mill-mira” tfisser id-differenza bejn il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi mogħti fil-kolonna D u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mogħtija fil-kolonna E. Meta l-valur mogħti fil-kolonna F ikun wieħed pożittiv, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi jkun jaqbeż il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi.

Il-kolonna G:

“Distanza mill-mira aġġustata” tfisser li, meta l-valuri mogħtija f'din il-kolonna jkunu differenti minn dawk mogħtija fil-kolonna F, il-valuri f'dik il-kolonna jkunu ġew aġġustati biex jitqies il-marġni ta' żball. Il-marġni ta' żball jintuża biss jekk il-manifattur ikun innotifika lill-Kummissjoni b'xi rekords bil-kodiċi tal-iżbalji B, hekk kif stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 014/2010. Il-marġni ta' żball jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Żball = il-valur assolut ta' [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]

AC1

=

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilit fil-kolonna D);

TG1

=

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, inklużi l-vetturi mhux identifikabbli (kif stabbilit fil-kolonna E);

AC2

=

il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli;

TG2

=

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, minbarra l-vetturi mhux identifikabbli.

Il-kolonna I:

“Medja tal-emissjonijiet ta' CO2 (100 %)” tfisser il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 li tkun ġiet ikkalkulata abbażi ta' 100 % tal-vetturi attribwiti lill-manifattur. Fejn hu rilevanti, il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ġiet aġġustata biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet tas-CO2 iżda ma jqisux is-superkrediti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.