1.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' Ottubru 2014

li tikkonferma jew temenda l-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 u l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għas-sena kalendarja 2013 skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2014) 7863)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Isvediż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, u bit-Taljan, biss huma awtentiċi)

(2014/769/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(6) u 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni hi mitluba biex, skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, kull sena tikkonferma jew temenda l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 u l-valur mira għall-emissjonijiet speċifiċi għal kull manifattur ta' vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk il-manifatturi u l-konsorzji ta' manifatturi li ġew imwaqqfa skont l-Artikolu 7(1) ta' dak ir-Regolament irrispettawx il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

(2)

Għas-snin kalendarji 2012 u 2013, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi mhumiex vinkolanti u għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tikkalkula miri indikattivi. Peress li dawk il-miri indikattivi se jservu bħala indikaturi għall-manifatturi fir-rigward tal-isforz meħtieġ biex tintlaħaq il-mira obbligatorja fl-2014, huwa xieraq li tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-manifatturi għall-2012 u l-2013 skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li jitqiesu biss 70 % tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur irreġistrati tul dik is-sena.

(3)

Id-dejta ddettaljata li għandha tintuża għall-kalkolu tal-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi hija stabbilita fil-punt 1 tal-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u hija bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tal-Istati Membri ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

(4)

Fejn vetturi kummerċjali ħfief tingħatalhom approvazzjoni tat-tip bħala parti minn proċess maqsum f'diversi stadji, il-punt 7 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 jeħtieġ li l-manifattur tal-vettura bażi jieħu responsabbiltà għall-emissjonijiet ta' CO2 tal-vettura kkompletata. Sakemm tiġi approvata l-applikabbiltà tal-proċedura, mill-1 ta' Jannar 2014, biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet ta' CO2 minn din il-kategorija ta' vetturi skont kif stipulat fit-Taqsima 5 tal-Anness XII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (2), il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi ta' vetturi bażi billi tuża l-massa fl-istat operattiv tal-vettura kkompletata kif stabbilit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u għandha tuża l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vettura bażi b'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament.

(5)

L-Istati Membri kollha ressqu d-dejta tagħhom għall-2013 lill-Kummissjoni sat-28 ta' Frar 2014, b'konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. F'każijiet fejn il-verifika tad-dejta mill-Kummissjoni wriet biċ-ċar li ċerta dejta kienet nieqsa jew li ċerta dejta żgur li ma kenitx korretta, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-Istati Membri kkonċernati u aġġustat jew ikkompletat id-dejta kif xieraq, dejjem bil-qbil ta' dawk l-Istati Membri. Fil-każijiet fejn ma seta' jintlaħaq l-ebda ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, id-dejta provviżorja ta' dak l-Istat Membru ma ġietx aġġustata.

(6)

Ta' min jinnota li bosta Stati Membri ma kinux kapaċi jiddistingwu bejn vetturi kummerċjali ħfief kompluti u vetturi kummerċjali ħfief ikkompletati fis-sistemi ta' monitoraġġ attwali tagħhom. Bħala konsegwenza, id-dejta tal-2013 dwar vetturi kummerċjali ħfief għandha titqies bħala mhux kompleta fir-rigward tal-monitoraġġ ta' vetturi li tingħatalhom approvazzjoni tat-tip bħala parti minn proċess maqsum f'diversi stadji. Sabiex din il-kwistjoni tiġi indirizzata, is-sistemi ta' monitoraġġ kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri għandhom jiġu aġġustati mill-1 ta' Jannar 2015.

(7)

Fil-21 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni ppubblikat id-dejta provviżorja dwar vetturi kummerċjali ħfief u nnotifikat lil 58 manifattur dwar il-kalkoli provviżorji tal-valuri medji tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tagħhom fl-2013 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom, skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. Il-manifatturi ntalbu jivverifikaw id-dejta u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball li setgħu ltaqgħu miegħu fi żmien tliet xhur minn meta jkunu rċevew in-notifika skont l-Artikolu 8(5) ta' dak ir-Regolament. 25 manifattur ippreżentaw notifiki ta' żbalji.

(8)

Id-dejta provviżorja u l-kalkoli provviżorji tal-valuri medji tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 u tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tas-33 manifattur li ma nnotifikaw l-ebda żball fis-settijiet tad-dejta għandhom jiġu kkonfermati mingħajr aġġustamenti.

(9)

Il-Kummissjoni vverifikat il-korrezzjonijiet li ġew notifikati mill-manifatturi, u l-ġustifikazzjonijiet rispettivi u s-settijiet tad-dejta ġew aġġustati kif xieraq.

(10)

Fil-każ ta' rekords b'parametri ta' identifikazzjoni nieqsa jew mhux korretti, bħal pereżempju t-tip, il-varjant, il-kodiċi tal-verżjoni jew in-numru ta' approvazzjoni tat-tip, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-manifatturi ma jistgħux jivverifikaw jew jikkoreġu dawk ir-rekords. Bħala konsegwenza, huwa xieraq li f'dawk ir-rekords jiġi applikat marġni ta' żball fil-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-massa.

(11)

Il-marġni ta' żball għandu jiġi kkalkulat bħala d-differenza bejn id-distanzi mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mogħtija bħala l-emissjonijiet speċifiċi mnaqqsa mill-valur medju tal-emissjonijiet ikkalkulat meta jiġu inklużi u esklużi dawk ir-reġistrazzjonijiet li ma jistgħux jiġu vverifikati mill-manifatturi. Kemm jekk dik id-differenza tkun pożittiva u kemm jekk tkun negattiva, il-marġni ta' żball għandu dejjem itejjeb il-pożizzjoni tal-manifattur fir-rigward tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu.

(12)

Il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-2013, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi u d-differenza bejn dawk iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkonfermati jew emendati kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-valuri relatati mal-prestazzjoni tal-manifatturi, kif ikkonfermati jew emendati għal kull manifattur ta' vetturi kummerċjali ħfief u għal kull konsorzju ta' manifatturi ta' vetturi kummerċjali ħfief fir-rigward għas-sena kalendarja 2013 skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, huma speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Il-valuri msemmija fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għal kull manifattur ta' vetturi kummerċjali ħfief u għal kull konsorzju ta' manifatturi ta' vetturi kummerċjali ħfief għas-sena kalendarja 2013 huma wkoll speċifikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, bl-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(4) ta' dak ir-Regolament għall-manifatturi kkonċernati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn il-manifatturi u konsorzji individwali li ġejjin, li ġew iffurmati b'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011:

(1)

Alke S.r.l.

via Vigonovese 123

35127 Padova

L-Italja

(2)

Audi AG

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(3)

Automobiles Citroen

Route de Gizy

78943 Vélizy-Villacoublay

Cedex France

(4)

Automobiles Peugeot

Route de Gizy

78943 Vélizy-Villacoublay

Cedex France

(5)

AVTOVAZ JSC

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

LADA France S.A.S.

13, Route Nationale 10

78310 Coignieres

Franza

(6)

Bayerische Motoren Werke AG

Petuelring 130

80788 München

Il-Ġermanja

(7)

BMW M GmbH

Petuelring 130

80788 München

Il-Ġermanja

(8)

Chrysler Group LLC

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Chrysler Management Austria Gmbh

Bundesstraße 83

8071 Dörfla bei Graz

L-Awstrija

(9)

Automobile Dacia S.A.

Guyancourt

1 avenue du Golf

78288 Guyancourt Cedex

Franza

(10)

Daimler AG

Mercedesstr 137/1 Zimmer 229

HPC F403

70327 Stuttgart

Il-Ġermanja

(11)

Dongfeng Motor Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Giotti Victoria Srl

Sr.l. Pissana Road 11/a

50021 Barberino Val D'Elsa (Firenze)

L-Italja

(12)

DR Motor Company S.p.A.

S S 85, Venafrana km 37.500

86070 Macchia d'Isernia

L-Italja

(13)

Fiat Group Automobiles S.p.A.

c.so Settembrini 40 Gate 8

Binja 5 Kamra A8N

10135 Turin

L-Italja

(14)

Ford Motor Company of Awstralja Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Ford Werke GmbH

Impjant Niehl, binja Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(15)

Ford Motor Company

Impjant Niehl, binja Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(16)

Ford Werke GmbH

Impjant Niehl, binja Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(17)

Fuji Heavy Industries Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Subaru Europe NV/SA

Leuvensesteenweg 555 B/8

1930 Zaventem

Il-Belġju

(18)

Mitsubishi Fuso Truck &Bus Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Daimler AG,

Mercedesstr 137/1 Zimmer 229

HPC F403

70327 Stuttgart

Il-Ġermanja

(19)

GM Korea Company

Adam Opel AG

Bahnhofsplatz 1 IPC 39-12

65423 Rüsslesheim

Il-Ġermanja

(20)

GAC Gonow Auto Co., Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Gonow Europe S.r.l.

Direzione Generale Via Aurelia 1250

00166 Ruma

L-Italja

(21)

Great Wall Motor Company Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

International Motors Limited

I.M. House South Drive

Coleshill B46 1DF

Ir-Renju Unit

(22)

Hebei Zhongxing Automobile Co., Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

URSUS SA Lublin,

ul. Frezerów 7,

20-952 Lublin,

Il-Polonja

(23)

Honda of the UK Manufacturing Ltd.

470 London Road

Slough Berkshire

SL3 8QY

Ir-Renju Unit

(24)

Hyundai Motor Company

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Hyundai Motor Europe GmbH

Kaiserleipromanade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(25)

Hyundai Assan Otomotiv Sanayi Ve Ticaret A.S.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Hyundai Motor Europe GmbH

Kaiserleipromanade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(26)

Hyundai Motor Manufacturing Czech S.r.o.

Kaiserleipromanade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(27)

Hyundai Motor India Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Hyundai Motor Europe GmbH

Kaiserleipromanade 5

63067 Offenbach

Il-Ġermanja

(28)

Isuzu Motors Limited

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Isuzu Motors Europe NV

Bist 12

B-2630 Aartselaar

Il-Belġju

(29)

IVECO S.p.A.

Via Puglia 35

10156 Turin

L-Italja

(30)

Jaguar Land Rover Limited

W 10/5 Abbey Road

Whitley Coventry CV3 4LF

Ir-Renju Unit

(31)

KIA Motors Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Kia Motors Europe GmbH

Theodor-Heuss-Allee 11

60486 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

(32)

KIA Motors Slovakia S.r.o.

Theodor-Heuss-Allee 11

60486 Frankfurt am Main

Il-Ġermanja

(33)

LADA Automobile GmbH

Erlengrund 7-11

21614 Buxtehude

Il-Ġermanja

(34)

LADA France S.A.S.

13 Route Nationale 10

78310 Coignieres

Franza

(35)

Magyar Suzuki Corporation Ltd.

Suzuki International Europe GmbH

Dipartment Legali Suzuki-Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(36)

Mahindra & Mahindra Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Mahindra Europe S.r.l.

Via Cancelliera 35

00040 Ariccia (Ruma)

L-Italja

(37)

Maruti Suzuki India Ltd.

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Suzuki International Europe GmbH

Dipartment Legali Suzuki-Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(38)

Mazda Motor Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Mazda Motor Europe GmbH

European R&D Centre

Hiroshimastr 1

D-61440 Oberursel/Ts

Il-Ġermanja

(39)

Mia Electric S.A.S.

45, rue des Pierrières BP 60324

79143 Ceriazay Cedex

Franza

(40)

Mitsubishi Motors Corporation MMC

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Mitsubishi Motors Europe B.V. MME

Mitsubishi Avenue 21

6121 SG Born

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(41)

Mitsubishi Motors Europe B.V. MME

Mitsubishi Avenue 21

6121 SG Born

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(42)

Mitsubishi Motors Thailand Co., Ltd. MMTh

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Mitsubishi Motors Europe BV MME

Mitsubishi Avenue 21

6121 SG Born

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(43)

Nissan International SA

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Renault Nissan Representation Office

Av des Arts 40

BE-1040 Bruxelles

Il-Belġju

(44)

Adam Opel AG

Bahnhofsplatz 1IPC 39-12

65423 Rüsslesheim

Il-Ġermanja

(45)

Piaggio & C S.p.A.

Viale Rinaldo Piaggio 25

56025 Pontedera (PI)

L-Italja

(46)

Dr.Ing h.c.F.Porsche AG

Porscheplatz 1

70435 Stuttgart

Il-Ġermanja

(47)

Quattro GmbH

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(48)

Renault S.A.S.

Guyancourt 1 avenue du Golf

78288 Guyancourt Cedex

Franza

(49)

Renault Trucks

99 Route de Lyon TER L10 0 01

69802 Saint Priest Cedex

Franza

(50)

Seat SA

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(51)

Skoda Auto AS

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(52)

Ssangyong Motor Company

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Ssangyong European Parts Center B.V.

IABC 5253/5254

4B14RD Breda

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(53)

Suzuki Motor Corporation

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Suzuki International Europe GmbH

Dipartment Legali Suzuki-Allee 7

64625 Bensheim

Il-Ġermanja

(54)

Tata Motors Limited

Rappreżentata fl-Unjoni minn:

Tata Motors European Technical Centre Plc.

Internal Automotive Research Centre

L-Università ta' Warwick

Coventry CV4 7AL

Ir-Renju Unit

(55)

Toyota Motor Europe NV/SA

Avenue du Bourget 60

1140 Brussell

Il-Belġju

(56)

Toyota Caetano Portugal S.A.

Avenida Vasco de Gama 1410,

4431-956 Vila Nova de Gaia

Il-Portugall

(57)

Volkswagen AG

Berliner Ring 2

38436 Wolfsburg

Il-Ġermanja

(58)

Volvo Car Corporation

Binja VAK Assar Gabrielssons väg

SE-405 31 Göteborg

L-Isvezja

(59)

Konsorzju għal: Ford -Werke GmbH

Impjant Niehl, binja Imbert 479

Henry-Ford-Straße 1

50735 Köln

Il-Ġermanja

(60)

Konsorzju għal: Mitsubishi Motors

Mitsubishi Avenue 21

6121 SG Born

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Din għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Connie HEDEGAARD

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjoniijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).


ANNESS

Tabella 1

Valuri relatati mal-prestazzjoni tal-manifatturi msemmija fl-Artikolu 1

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-manifattur

Konsorzji u derogi

Għadd ta' reġistrazzjonijiet

Valur medju tal-emissjonijiet ta' CO2 (70 %) ikkoreġut

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi

Distanza għall-mira

Distanza għall-mira aġġustata

Valur medju tal-massa

Valur medju tal-emissjonijiet ta' CO2 (100 %)

ALKE SRL

 

3

0,000

176,767

– 176,767

– 176,767

1 725,00

0,000

AUDI AG

 

956

126,447

167,776

– 41,329

– 41,329

1 628,32

139,872

AUTOMOBILES CITROEN

 

130 216

132,088

165,747

– 33,659

– 33,659

1 606,51

153,024

AUTOMOBILES PEUGEOT

 

129 301

131,800

166,577

– 34,777

– 34,777

1 615,43

153,742

AVTOVAZ JSC

 

188

213,061

137,118

75,943

75,943

1 298,67

216,681

BAYERISCHE MOTOREN WERKE AG

 

1 400

107,298

142,422

– 35,124

– 35,124

1 355,70

118,907

BMW M GMBH

 

250

133,771

179,006

– 45,235

– 45,235

1 749,08

147,264

CHRYSLER GROUP LLC

 

975

203,633

210,290

– 6,657

– 6,657

2 085,46

214,657

AUTOMOBILE DACIA SA

 

17 056

118,698

134,724

– 16,026

– 16,026

1 272,93

132,385

DAIMLER AG

 

113 930

190,454

209,487

– 19,033

– 19,819

2 076,83

204,616

DONGFENG MOTOR CORPORATION

 

660

157,693

123,311

34,382

34,382

1 150,20

165,639

DR MOTOR COMPANY SRL

DMD

2

163,000

 

 

 

1 395,00

169,000

FIAT GROUP AUTOMOBILES SPA

 

113 326

141,438

170,671

– 29,233

– 29,233

1 659,45

157,488

FORD MOTOR COMPANY OF AUSTRALIA LIMITED

P1

8 306

213,047

218,129

– 5,082

– 5,788

2 169,75

227,220

FORD MOTOR COMPANY

P1

231

209,820

216,776

– 6,956

– 6,956

2 155,20

223,377

FORD-WERKE GMBH

P1

139 486

174,866

189,160

– 14,294

– 14,718

1 858,26

188,594

FUJI HEAVY INDUSTRIES LTD

DMD

12

151,250

 

 

 

1 617,50

158,083

MITSUBISHI FUSO TRUCK &BUS CORPORATION

 

509

243,728

218,545

25,183

25,183

2 174,23

252,462

GM KOREA COMPANY

 

190

132,797

167,210

– 34,413

– 34,413

1 622,24

146,321

GONOW AUTO CO LTD

D

81

201,536

156,933

44,603

44,603

1 511,73

217,111

GREAT WALL MOTOR COMPANY LIMITED

D

377

253,163

190,421

62,742

62,742

1 871,82

261,883

HEBEI ZHONGXING AUTOMOBILE CO Ltd

DMD

37

228,880

 

 

 

1 927,24

230,541

HONDA OF THE UK MANUFACTURING LTD

 

148

150,981

173,488

– 22,507

– 22,507

1 689,74

159,568

HYUNDAI MOTOR COMPANY

 

1 116

194,493

209,191

– 14,698

– 14,721

2 073,65

199,435

HYUNDAI ASSAN OTOMOTIV SANAYI VE

 

56

99,000

126,944

– 27,944

– 27,944

1 189,27

101,696

HYUNDAI MOTOR MANUFACTURING CZECH SRO

 

438

119,085

144,904

– 25,819

– 25,819

1 382,39

128,993

HYUNDAI MOTOR INDIA LTD

 

13

106,222

120,695

– 14,473

– 14,473

1 122,08

108,538

ISUZU MOTORS LIMITED

 

9 591

194,209

208,343

– 14,134

– 14,211

2 064,53

203,406

IVECO SPA

 

22 853

215,230

235,846

– 20,616

– 20,616

2 360,26

223,520

JAGUAR LAND ROVER LIMITED

D

11 351

268,105

204,771

63,334

63,304

2 026,12

276,175

KIA MOTORS CORPORATION

 

618

105,928

133,172

– 27,244

– 27,244

1 256,24

117,519

KIA MOTORS SLOVAKIA SRO

 

195

120,110

149,191

– 29,081

– 29,081

1 428,48

131,487

LADA AUTOMOBILE GMBH

 

24

225,000

134,817

90,183

90,183

1 273,92

225,000

LADA FRANCE SAS

 

17

179,000

140,634

38,366

38,366

1 336,47

181,706

MAGYAR SUZUKI CORPORATION LTD

DMD

48

117,485

 

 

 

1 293,85

124,208

MAHINDRA & MAHINDRA LTD

DMD

137

214,484

 

 

 

2 110,26

222,307

MARUTI SUZUKI INDIA LTD

DMD

4

99,000

 

 

 

930,00

99,000

MAZDA MOTOR CORPORATION

DMD

393

156,295

 

 

 

1 857,95

179,527

MIA ELECTRIC SAS

 

67

0,000

99,972

– 99,972

– 99,972

899,25

0,000

MITSUBISHI MOTORS CORPORATION MMC

P2/D

7 682

201,514

192,934

8,580

8,580

1 898,84

207,294

MITSUBISHI MOTORS EUROPE BV MME

P2/D

329

228,039

208,761

19,278

19,278

2 069,02

229,532

MITSUBISHI MOTORS THAILAND CO LTD MMTH

P2/D

3 332

202,931

201,498

1,433

1,433

1 990,92

206,960

NISSAN INTERNATIONAL SA

 

37 487

170,623

190,191

– 19,568

– 19,568

1 869,34

191,780

ADAM OPEL AG

 

67 369

164,033

176,676

– 12,643

– 12,655

1 724,02

177,764

PIAGGIO & C SPA

D

2 304

110,431

116,932

– 6,501

– 6,501

1 081,61

142,355

DR ING HCF PORSCHE AG

 

69

202,625

220,133

– 17,508

– 17,508

2 191,30

219,551

QUATTRO GMBH

 

5

236,667

186,160

50,507

50,507

1 826,00

241,600

RENAULT SAS

 

184 708

114,165

165,846

– 51,681

– 51,705

1 607,57

151,657

RENAULT TRUCKS

 

3 845

211,847

220,438

– 8,591

– 8,591

2 194,58

221,365

SEAT SA

 

1 132

99,999

128,148

– 28,149

– 28,201

1 202,21

105,428

SKODA AUTO AS

 

4 591

122,491

133,043

– 10,552

– 18,894

1 254,85

130,964

SSANGYONG MOTOR COMPANY

D

753

199,178

209,424

– 10,246

– 10,246

2 076,15

205,681

SUZUKI MOTOR CORPORATION

DMD

250

161,137

 

 

 

1 253,50

164,052

TATA MOTORS LIMITED

 

260

192,176

202,295

– 10,119

– 10,119

1 999,49

193,438

TOYOTA MOTOR EUROPE NV SA

 

24 281

179,208

194,259

– 15,051

– 17,217

1 913,09

191,346

TOYOTA CAETANO PORTUGAL SA

DMD

455

256,849

 

 

 

1 902,27

258,701

VOLKSWAGEN AG

 

163 306

164,829

186,358

– 21,529

– 21,810

1 828,13

180,171

VOLVO CAR CORPORATION

 

848

161,089

204,010

– 42,921

– 42,921

2 017,94

177,013


Tabella 2

Valuri relatati mal-prestazzjoni tal-konsorzji msemmija fl-Artikolu 1

A

B

C

D

E

F

G

H

I

Isem il-konsorzju

Konsorzju

Għadd ta' reġistrazzjonijiet

Valur medju tal-emissjonijiet ta' CO2 (70 %) ikkoreġut

Mira ta' emissjonijiet speċifiċi

Distanza għall-mira

Distanza għall-mira aġġustata

Valur medju tal-massa

Valur medju tal-emissjonijiet ta' CO2

FORD-WERKE GMBH

P1

148 023

176,693

190,829

– 14,136

– 14,900

1 876,2

190,816

MITSUBISHI MOTORS

P2

11 343

201,872

195,908

5,964

5,964

1 930,82

207,841

Noti ta' spjega għat-Tabelli 1 u 2

Kolonna A:

Tabella 1: “Isem il-manifattur” tfisser l-isem tal-manifattur innotifikat lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat jew, meta ma tkunx saret din in-notifika, l-isem irreġistrat mill-awtorità tar-reġistrazzjoni tal-Istat Membru.

Tabella 2: “Isem il-konsorzju” tfisser l-isem tal-konsorzju ddikjarat mill-maniġer tal-konsorzju.

Kolonna B:

“D” tfisser li ngħatat deroga b'rabta ma' manifattur ta' volumi żgħar skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, b'effett mis-sena ta' monitoraġġ 2014, jiġifieri dan ma jintużax għall-kalkolu tal-prestazzjoni fl-2013.

“DMD” tfisser li tapplika deroga de minimis, jiġifieri manifattur li, flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu, kien responsabbli għal inqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrata fl-2013 ma għandux għalfejn jissodisfa mira tal-emissjonijiet speċifiċi.

“P” tfisser li l-manifattur huwa membru ta' konsorzju (imniżżel fit-Tabella numru 2) iffurmat skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011, u li l-ftehim tal-konsorzju jkun validu għas-sena kalendarja tal-2013.

Kolonna C:

“Għadd ta' reġistrazzjonijiet” tfisser l-għadd totali ta' karozzi ġodda rreġistrati minn Stati Membri f'sena kalendarja, bl-esklużjoni ta' dawk ir-reġistrazzjonijiet li huma relatati ma' rekords fejn il-valuri għall-massa jew għas-CO2 huma neqsin, u ta' dawk ir-rekords li l-manifattur ma jirrikonoxxix. L-għadd ta' reġistrazzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri ma jistax jitbiddel mod ieħor.

Kolonna D:

“Valur medju tal-emissjonijiet ta' CO2 (70 %) ikkoreġut” tfisser il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 li jkun ġie kkalkulat abbażi tas-70 % tal-vetturi bl-inqas emissjonijiet fil-flotta tal-manifattur skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011. Fejn xieraq, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ġiet aġġustat biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Id-dejta użata għall-kalkolu tinkludi dik li fiha valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet ta' CO2.

Kolonna E:

“Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi” tfisser il-mira tal-emissjonijiet ikkalkulata abbażi tal-valur medju tal-massa tal-vetturi kollha attribwiti lil manifattur billi tintuża l-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.

Kolonna F:

“Id-distanza għall-mira” tfisser id-differenza bejn il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 mogħti fil-kolonna D u l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mogħtija fil-kolonna E. Meta l-valur mogħti fil-kolonna F ikun wieħed pożittiv, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 jkun jaqbeż il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi.

Kolonna G:

“Id-distanza għall-mira aġġustata” tfisser li, meta l-valuri mogħtija f'din il-kolonna jkunu differenti minn dawk mogħtija fil-kolonna F, il-valuri mogħtija f'dik il-kolonna jkunu ġew aġġustati sabiex jitqies il-marġni ta' żball. Il-marġni ta' żball jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:

Żball = valur assolut ta' [(AC1 – TG1) – (AC2 – TG2)]

AC1

=

il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, inklużi l-vetturi li ma jistgħux jiġu identifikati (kif stabbilita fil-kolonna D);

TG1

=

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, inklużi l-vetturi li ma jistgħux jiġu identifikati (kif stabbilita fil-kolonna E);

AC2

=

il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, minbarra l-vetturi li ma jistgħux jiġu identifikati;

TG2

=

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, bl-esklużjoni tal-vetturi li ma jistgħux jiġu identifikati.

Kolonna I:

“Il-valur medju tal-emissjonijiet ta' CO2 (100 %)” tfisser il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 li jkun ġie kkalkulat abbażi ta' 100 % tal-vetturi attribwiti lill-manifattur. Fejn xieraq, il-valur medju tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ġie aġġustat biex jitqiesu l-korrezzjonijiet li ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-manifattur ikkonċernat. Ir-rekords użati għall-kalkolu jinkludu dawk li fihom valur validu għall-massa u għall-emissjonijiet tas-CO2 iżda ma jqisux is-superkrediti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011.