1.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' Ottubru 2014
li tistabbilixxi t-tip, il-format u l-frekwenza tal-informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli dwar tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet applikati f'raffineriji taż-żejt minerali u tal-gass, skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2014) 7517)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/768/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 72(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/738/UE (2) tistabbilixxi konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli (“konklużjonijiet tal-BAT”) għar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass. Il-konklużjonijiet tal-BAT 57 u 58, stabbiliti b'dik id-Deċiżjoni, jippermettu lill-Istati Membri biex jagħmlu użu minn teknika ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet għal emissjonijiet ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) u ta' diossidu tal-kubrit (SO2) minn ċerti unitajiet tekniċi. |
(2) |
Ir-raffineriji taż-żejt minerali u l-gass huma sorsi sinifikanti ta' emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja, b'mod partikolari d-dijossidu tal-kubrit u l-ossidi tan-nitroġenu. Kieku r-raffineriji jużaw teknika ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet, dan isir il-fattur ewlieni determinanti għall-prestazzjoni ambjentali ta' dawk ir-raffinerji. |
(3) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' rappurtar speċifiċi sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-applikazzjoni korretta tal-BAT 57 u l-BAT 58, u b'mod partikolari biex tivverifika li t-teknika ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet tkun imfassla, implimentata u mħaddma b'tali mod li tkun konformi mal-prinċipji ta' riżultat ambjentali ekwivalenti, kif stipulat f'dawk il-konklużjonijiet tal-BAT. |
(4) |
It-tip ta' informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet deskritta fil-BAT 57 u l-BAT 58 għandha tiġi ddeterminata u għandha tinkludi deskrizzjoni tal-karatteristiċi tad-disinn sinifikanti tat-tekniki implimentati, il-valuri assoċjati ta' limitu tal-emissjonijiet stabbiliti, kif ukoll is-sistema assoċjata ta' monitoraġġ u r-riżultati tagħha. |
(5) |
Skont l-Artikolu 72(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-BAT disponibbli f'format elettroniku. Sabiex jiżguraw il-konsistenza u l-koerenza tal-informazzjoni disponibbli, l-Istati Membri għandhom jużaw il-format ta' rappurtar elettroniku żviluppat għal dak l-għan mill-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. |
(6) |
Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Rappurtar mill-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tat-tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet stabbiliti fil-BAT 57 u l-BAT 58, adottati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/738/UE.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli skont l-Anness u għandha tkopri s-snin 2017, 2018 u 2019. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għal kull raffinerija taż-żejt minerali u tal-gass fejn tkun implimentata teknika ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet stabbilita fil-BAT 57 jew fil-BAT 58 għall-emissjonijiet fl-arja ta' ossidi tan-nitroġenu (NOx) jew ta' diossidu tal-kubrit (SO2).
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2020, billi jintuża l-format ta' rappurtar elettroniku pprovdut għal dan l-għan.
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/738/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għar-raffinar taż-żejt minerali u tal-gass (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 38).
ANNESS
Tip ta' informazzjoni dwar tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet applikati f'raffineriji taż-żejt minerali u tal-gass li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni
1. Informazzjoni ġenerali
1.1. |
Numru ta' referenza tal-installazzjoni: identifikatur uniku tal-installazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE; |
1.2. |
Isem l-installazzjoni; |
1.3. |
Isem l-operatur; |
1.4. |
Indirizz tal-installazzjoni: triq, kodiċi postali, belt u pajjiż. |
2. Informazzjoni dwar l-ambitu tat-tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet u l-valuri ta' limitu tal-emissjonijiet applikabbli
2.1. |
Lista u deskrizzjoni tal-unitajiet ta' kombustjoni u ta' proċess koperti mit-tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet għall-NOx u l-SO2, b'mod partikolari:
|
2.2. |
Il-valuri ta' limiti tal-emissjonijiet applikabbli għall-NOx u l-SO2 skont it-tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet, fejn jiġu deskritti:
|
3. Informazzjoni dwar is-sistema ta' monitoraġġ
3.1. |
Deskrizzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ użata biex tiddetermina l-emissjonijiet skont it-tekniki ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet. |
3.2. |
Dettalji dwar il-parametri mkejla u kkalkulati, it-tip (dirett, indirett) u l-metodi ta' kejl użati, il-fatturi ta' kalkolu użati (u l-ġustifikazzjoni tagħhom) u l-frekwenza tal-monitoraġġ. |
4. Informazzjoni dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ
Ħarsa ġenerali tar-riżultati tal-monitoraġġ li juru li l-BAT-AELs applikabbli stabbiliti fil-BAT 57 u l-BAT 58 ġew osservati u li l-emissjonijiet li rriżultaw huma ugwali għal jew inqas mill-emissjonijiet meta jiġu applikati l-BAT-AELs u l-BAT-AEPLS applikabbli fil-livell għal kull unità, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) |
il-konċentrazzjoni medja tal-emissjonijiet madwar l-unitajiet kollha kkonċernati (mg/Nm3, il-medji kollha ta' kull xahar matul sena); |
(b) |
l-emissjonijiet totali ta' kull xahar madwar l-unitajiet kollha kkonċernati (tunnellati/xahar); |
(c) |
il-konċentrazzjoni medja tal-emissjonijiet għal kull unità kkonċernata (mg/Nm3, il-medji ta' kull xahar matul sena); |
(d) |
ir-rata tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija għal kull unità kkonċernata (Nm3/siegħa, il-medji kollha ta' kull xahar matul sena). |