|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/750/PESK
tat-30 ta' Ottubru 2014
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1). |
|
(2) |
Fuq il-bażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, il-miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja għandhom jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2015. |
|
(3) |
Il-Kunsill iqis li m'għadx hemm raġunijiet biex ċerti persuni u entitajiet jitħallew fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni relatata ma' ċerti persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif hemm fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi aġġornata. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2015. Din għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata, kif ikun meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.” |
|
(2) |
L-Anness huwa b'dan emendat kif hemm fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Deċiżjoni 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).
ANNESS
I.
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:A. Persuni
|
Nru 2 |
Akulich, Sviatlana Rastsislavauna; |
|
Nru 3 |
Aliaksandrau, Dzmitry Piatrovich; |
|
Nru 34 |
Chasnouski, Mechyslau Edvardavich; |
|
Nru 45 |
Gardzienka, Siarhei Aliaksandravich; |
|
Nru 46 |
Guseu, Aliaksei Viktaravich; |
|
Nru 70 |
Kaliada, Aliaksandr Mikhailavich; |
|
Nru 76 |
Kastsian, Siarhei Ivanavich; |
|
Nru 82 |
Khadanovich, Aliaksandr Alyaksandrauvich; |
|
Nru 90 |
Kisialiova, Nadzeia Mikalaeuna; |
|
Nru 99 |
Krot, Ihar Uladzimiravich; |
|
Nru 100 |
Krukouski, Viachaslau Iafimavich; |
|
Nru 102 |
Kukharchyk, Piotr Dzmitryevich; |
|
Nru 132 |
Mikhalchanka, Aliaksei Yakaulevich; |
|
Nru 141 |
Orda, Mikhail Siarheevich; |
|
Nru 143 |
Padaliak, Eduard Vasilievich; |
|
Nru 147 |
Peftsieu, Uladzimir Paulavich; |
|
Nru 159 |
Reliava, Aksana Anatolyeuna; |
|
Nru 172 |
Sheiko, Ina Valerieuna; |
|
Nru 189 |
Stosh, Mikalai Mikalaevich; |
|
Nru 197 |
Taranda, Aliaksandr Mikhailavich; |
|
Nru 198 |
Tarapetskaia, Halina Mikhailauna; |
|
Nru 199 |
Ternavsky, Anatoly Andreevich; |
|
Nru 205 |
Tsitsiankova, Alena Viktarauna; |
|
Nru 220 |
Yuferytsyn, Dzmitry Viktaravich. |
B. Entitajiet
|
Nru 2 |
Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications; |
|
Nru 6 |
JLLC Neftekhimtrading; |
|
Nru 21 |
JLLC Triplepharm; |
|
Nru 22 |
LLC Triple-Veles; |
|
Nru 23 |
Univest-M; |
|
Nru 24 |
FLLC Unis Oil; |
|
Nru 25 |
JLLC UnivestStroyInvest. |
II.
L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin stipulati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huma sostitwiti b'dan li ġej:A. Persuni
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|||
|
12. |
Bakhmatau, Ihar Andreevich Bakhmatov, Igor Andreevich |
|
БАХМАТОВ, Игорь Андреевич |
|
Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala ex-Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012. Membru wkoll tal-Kunsill Ċentrali ta' CJSC Dinamo- Minsk li huwa elenkat fil-punt 20 tat-Taqsima B. |
|||
|
33. |
Charnyshou, Aleh Anatolievich Chernyshev, Oleg Anatolievich |
|
|
Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17 |
Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-intelligence estera, minn April 2014. Kurunell, kien responsabbli mill-unità ta' kontra t-terroriżmu tal-KGB, l-unità “Alpha”. Huwa pparteċipa personalment fit-trattament inuman u degradanti ta' attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|||
|
35. |
Chatviartkova, Natallia Alexeeuna Chetvertkova, Natalia Alexeevna (Chetvertkova, Natalya Alexeevna) |
ЧАТВЯРТКОВА, Наталля Алексееўнa |
ЧЕТВЕРТКОВА, Наталья Алексеевнa |
|
Kienet Viċi President u mħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk (sat-18.6.2012). Hija trattat il-proċess tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, attivista tas-soċjetà ċivili Ilia Vasilevich, Fedor Mirzoianov, Oleg Gnedchik u Vladimir Yeriomenok. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' xhieda irrilevanti għall-akkużati. |
|||
|
40. |
Dysko, Henadz Iosifavich Dysko, Gennadi Iosifovich |
|
|
Data tat-twelid: 1964 Post tat-twelid: Oshmiany, reġjun ta' Hrodna Indirizz: 210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а (ul. Zhestkova, 14a Vitebsk) |
Prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk sat-2.8.2011. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow. |
|||
|
41. |
Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich) Dementei, Vasili Ivanovich (Dementey, Vasili Ivanovich) |
ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч |
ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович |
Data tat-twelid: 20.9.1954 Post tat-twelid: Distrett ta' Chashniki, reġjun ta' Vitebsk ID: 3200954E045PB4
|
Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), kien Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat. Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007. |
|||
|
42. |
Dziadkou, Leanid Mikalaevich Dedkov, Leonid Nikolaevich |
ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч |
ДЕДКОВ, Леонид Николаевич |
Data tat-twelid: 10.1964 ID: 3271064M000PB3 Indirizz: КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17 |
Eks-Viċi Kap tal-KGB (minn Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika. |
|||
|
55. |
Hureeu Siarhei Viktaravich (Hureyeu Siarhey Viktaravich) Gureev Sergei Viktorovich, (Gureyev Sergey Viktorovich) |
|
ГУРЕЕВ, Сергей Викторович |
|
Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva. |
|||
|
62. |
Iauseev, Ihar Uladzimiravich (Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich) Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich) |
ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч |
ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович |
Data tat-twelid: 1968 Indirizz: г.Витебск, пр-т Фрунзе, д.41а |
Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Vitebsk (minn Ġunju 2012), ġeneral tal-pulizija (mill-2013). Ex-Viċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk. |
|||
|
68. |
Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich (Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich) Kakunin, Aleksandr Aleksandravich (Kakunin, Alexandr Alexandrovich) |
КАКУНИН, Александр Александрович |
|
Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk |
Responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra. |
|||
|
73. |
Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich Konoplev, Vladimir Nikolaevich |
КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч |
КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич |
Data tat-twelid: 3.1.1954 Post tat-twelid: Akulintsi, reġjun ta' Mohilev ID: 3030154A124PB9
|
Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (il-Kap huwa Alexandr Lukashenka), Kap tal-Federazzjoni tal-Handball. Ex-President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, maħtur mill-President. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006. Ingħata residenza f'Minsk, fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. |
|||
|
78. |
Kavaliou, Aliaksandr Mikhailavich Kovalev, Aleksandr Mikhailovich |
КАВАЛЕЎ, Аляксандр Мiхайлавiч |
КОВАЛЕВ, Александр Михайлович |
|
Kien Direttur tal-kamp tal-priġunieri f'Horki. Huwa kien responsabbli għat-trattament inuman tad-detenuti, speċjalment għall-persekuzzjoni u t-trattament ta' tortura tal-attivist tas-soċjetà ċivili Dmitri Dashkevich, li ġie mitfugħ il-ħabs b'rabta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|||
|
85. |
Khmaruk, Siargei Konstantinovich Khmaruk, Sergei Konstantinovich (Khmaruk, Sergey Konstantinovich) |
ХМАРУК, Сяргей Канстанцiнавiч |
ХМАРУК, Сергей Константинович |
Indirizz: Прокуратура г. Минска ул. Раковская 38 |
Prosekutur tal-Belt ta' Minsk. Kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Promoss fi Frar 2011. |
|||
|
93. |
Konan, Viktar Aliaksandravich Konon, Viktor Aleksandrovich |
КОНАН, Вiктар Аляксандравiч |
КОНОН, Виктoр Александрович |
|
Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Viċi Prosekutur Ġenerali sal-2012, huwa kien inkarigat u involut direttament fl-attivitajiet kollha tal-intelligence mwettqa mill-uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali kontra entitajiet indipendenti u tal-oppożizzjoni, inkluż fl-2010. |
|||
|
94. |
Kornau, Uladzimir Uladzimiravich Kornov, Vladimir Vladimirovich |
КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч |
КОРНОВ, Владимир Владимирович |
|
Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, kien Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|||
|
95. |
Korzh, Ivan Aliakseevich Korzh, Ivan Alekseevich |
КОРЖ, Iван Аляксеевiч |
КОРЖ, Иван Алексеевич |
|
Ġeneral, Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna. |
|||
|
97. |
Krasheuski, Viktar Krashevski, Viktor |
|
КРАШЕВСКИЙ, Виктор |
|
Ġeneral, Kien Kap tal-GRU (Dipartiment tal-Intelligence tal-Ministeru tad-Difiża) u Viċi Kap tal-persunal tal-Forzi Armati tal-Bjelorussja (sa Frar 2013). Responsabbli għall-attività tas-servizzi tal-intelligence fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|||
|
105. |
Kuzniatsou, Ihar Nikonavich Kuznetsov, Igor Nikonovich |
КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч |
КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович |
Indirizz: Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB Бядули 2, 220034, Минск |
Ġeneral, Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, kien Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk. Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk. |
|||
|
114. |
Liabedzik, Mikhail Piatrovich Lebedik, Mikhail Petrovich |
ЛЯБЕДЗIК, Мiхаiл Пятровiч |
ЛЕБЕДИК, Михаил Петрович |
Indirizz: Ул. Б.Хмельницкого, 10 а, Минск, 220013 |
Matul il-kampanja elettorali Presidenzjali tal-2010 huwa nħatar mill-Kap tal-Kumitat Elettorali Ċentrali. L-ewwel Viċi Kap (maħtur mill-ġdid fil-21 ta' Jannar 2014) tal-Bord Superviżorju inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità mal-proċeduri u r-regoli tal-kampanji elettorali fil-mezzi tal-informazzjoni, u, bħala tali, kellu rwol attiv fil-propaganda tar-reġim matul il-kampanji elettorali tal-2010 u l-2012. Fis-26 ta' Ottubru 2011 huwa ingħata l-“Ordni ta' Franzisk Skorina” mill-President. F'Settembru 2012, huwa rrifjuta li jinkludi membri tal-mezzi tal-informazzjoni indipendenti fil-Bord. L-Ewwel Viċi Editur tal-gazzetta tal-Amministrazzjoni tal-President u l-gazzetta ewlenija ta' propaganda “Sovietskaia Belarus”. Sors ta' politika favur il-gvern, iffalsifika l-fatti u għamel kummenti inġusti dwar il-proċessi li għaddejjin fil-Bjelorussja kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li ġew deskritti sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, b'mod partikolari wara l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2010. |
|||
|
115. |
Liaskouski, Ivan Anatolievich Leskovski, Ivan Anatolievich |
ЛЯСКОЎСКI, Iван Анатольевiч |
ЛЕСКОВСКИЙ, Иван Анатольевич |
|
Kien Kap tal-KGB għar-reġjun ta' Homel u kien Viċi Kap tal-KGB għal Homel. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Homel. Huwa tneħħa mill-pożizzjoni tiegħu mill-President fit-2 ta' April 2014 għal imġiba mhux xierqa. |
|||
|
117. |
Lomats, Zianon Kuzmich Lomat, Zenon Kuzmich |
ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч |
ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич |
Data tat-twelid: 27.1.1944 Post tat-twelid: Karabani, Minsk |
Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sal-2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|||
|
118. |
Lopatko, Alexander Alexandrovich |
Александр Александрович Лопатко |
Аляксандр Аляксандровiч Лапатка |
Viċi Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Mazyr |
Responsabbli għat-trattament inuman ta' D.Dashevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich. |
|||
|
120. |
Lukashenka, Dzmitry Aliaksandravich Lukashenko, Dmitri Aleksandrovich |
|
ЛУКАШЕНКО, Дмитрий Александрович |
Data tat-twelid: 23.3.1980
|
Negozjant, b'parteċipazzjoni attiva f'operazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu l-familja Lukashenka. President tal-Klabb tal-Isports tal-President. |
|||
|
126. |
Maltsau, Leanid Siamionavich Maltsev, Leonid Semenovich |
МАЛЬЦАЎ, Леанiд Сяменавiч |
МАЛЬЦЕВ, Леонид Семенович |
Data tat-twelid: 29.8.1949, Post tat-twelid: Vetenevka, Slonim rayon, Reġjun ta' Hrodna (д. Ветеньевка, Слонимского района, Гродненской области) ID: 3290849A002PB5 |
Kap tal-Kumitat tal-Fruntiera tal-Istat, kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. |
|||
|
137. |
Navumau, Uladzimir Uladzimiravich Naumov, Vladimir Vladimirovich |
НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч |
НАУМОВ, Владимир Владимирович |
Data tat-twelid: 7.2.1956, Post tat-twelid: Smolensk (Russja) |
Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Ex-Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. |
|||
|
146. |
Paulichenka, Dzmitry Valerievich Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich) |
|
ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич |
Data tat-twelid: 1966, Post tat-twelid: Vitebsk
|
Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR). Negozjant, Kap tal-“Unur”, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern. |
|||
|
148. |
Piakarski, Aleh Anatolievich Pekarski, Oleg Anatolievich |
ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч |
ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич |
ID: 3130564A041PB9 |
Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sal-2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Kurunell fil-forzi ta' riżerva. |
|||
|
155. |
Pykina, Natallia Mikhailauna (Pykina, Natalia Mikhailauna) Pikina, Natalia Mikhailovna (Pykina, Natalya Mikhailovna) |
|
|
Data tat-twelid: 20.4.1971 Post tat-twelid: Rakov
|
Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Imħallef tal-Qorti Distrettwali Partizanski li qed tittratta l-kawża ta' Likhovid. Fid-29 ta' Marzu 2011, hija kkundannat lis-Sur Likhovid, attivist ta' “Il-Moviment għall-Ħelsien”, għal tliet snin u nofs ħabs. Hija ġiet maħtura Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk. |
|||
|
157. |
Rakhmanava, Maryna Iurievna Rakhmanova, Marina Iurievna |
РАХМАНАВА, Марына Юр'еуна |
РАХМАНОВА, Марина Юрьевна |
Data tat-twelid: 1970 Post tat-twelid: Hrodna |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tat-Talbiet Pubbliċi fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Hrodna. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, hija kienet responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012. |
|||
|
160. |
Rubinau, Anatol Mikalaevich Rubinov, Anatoli Nikolaevich |
PYБIНAЎ, Анатоль Мiкалаевiч |
РУБИНОВ, Анатолий Николаевич |
Data tat-twelid: 15.4.1939 Mohilev |
President tal-Kamra Superjuri tal-Parlament, kien Viċi Kap inkarigat mill-Mezzi tal-Informazzjoni u l-Ideoloġija tal-Amministrazzjoni tal-President (2006-2008). F'dik il-pożizzjoni, kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda statali u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà minn Marzu 2014. |
|||
|
161. |
Rusak, Viktar Uladzimiravich Rusak, Viktor Vladimirovich |
РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч |
РУСАК, Виктор Владимирович |
Data tat-twelid: 4.5.1955 Post tat-twelid: Minsk
|
Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Ex-Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika. Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
|||
|
166. |
Sauko, Valery Iosifavich Savko, Valeri Iosifovich |
САЎКО, Валерый Iосiфавiч |
САВКО, Валерий Иосифович |
|
Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Ex-Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna. |
|||
|
167. |
Shaeu, Valiantsin Piatrovich (Shayeu, Valyantsin Piatrovich) Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich) |
ШАЕЎ, Валянцiн Пятровiч |
ШАЕВ, Валентин Петрович |
|
Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. |
|||
|
171. |
Shchurok, Ivan Antonavich Shchurok, Ivan Antonovich |
ШЧУРОК, Iван Антонавiч |
ЩУРОК, Иван Антонович |
|
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (KEĊ) u Kap tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni fl-amministrazzjoni reġjonali ta' Vitebsk. Bħala Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010 u fl-elezzjonijiet Parlamentari ta' Settembru 2012. |
|||
|
184. |
Sirenka, Viktar Ivanavich Sirenko, Viktor Ivanovich |
|
СИРЕНКО, Виктор Иванович |
Data tat-twelid: 4.3.1962 ID: 3040362B062PB7
|
Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u ex-Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni. Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem. |
|||
|
185. |
Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich) Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich |
СIВАКАЎ, Юрый Леанідавіч |
СИВАКОВ, Юрий Леонидович |
Data tat-twelid: 5.8.1946, Post tat-twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin
|
Organizza l-għajbien mhux solvut ta' uri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999-2000. Ex-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, ex-Ministru għall-Intern u kien Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. |
|||
|
186. |
Skurat, Viktar Vatslavavich Skurat, Viktor Vatslavovich |
СКУРАТ, Вiктар Вацлавaвiч |
СКУРАТ, Виктор Вацлавович |
|
Kien Kap tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Ministeru għall-Intern. F'din il-kapaċità responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari wara dak li seħħ b'riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2010. Fi Frar 2011, huwa rċieva premju fil-forma ta' ċertifikat ta' rikonoxximent għas-servizzi tiegħu. Irtirat minn Frar 2013. Kap tad-dipartiment tas-sigurtà tal-kumpannija holding “MZOR”, li hija kumpannija tal-Istat taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Industrija tar-Repubblika tal-Bjelorussja u għalhekk assoċjat direttament mar-reġim ta' Lukashenka. |
|||
|
201. |
Traulka, Pavel Traulko, Pavel |
ТРАУЛЬКА, Павел |
ТРАУЛЬКО, Павел |
|
Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika evidenza u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħand attivisti tal-oppożizzjoni fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara t-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|||
|
202. |
Trutka, Iury Igorevich (Trutka, Yury Igorevich) Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich |
ТРУТКA, Юрый Iгаравич |
ТРУТКО, Юрий Игоревич |
Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk |
Responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra. |
|||
|
217. |
Volkau, Siarhei Mikhailavich Volkov, Sergei Mikhailovich (Volkov, Sergey Mikhailovich) |
ВОЛКАЎ, Сяргей Мiхайлавiч |
ВОЛКОВ, Сергей Михайлович |
|
Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord tal-KGB tal-Intelligence, kien responsabbli wkoll għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
|||
|
221. |
Zaharouski, Anton Uladzimiravich Zagorovski, Anton Vladimirovich |
ЗАГАРОЎСКI, Антон Уладзiмiравiч |
ЗАГОРОВСКИЙ, Антон Владимирович |
|
Prosekutur tal-Belt ta' Minsk, kien Prosekutur tad-Distrett Frunzenski ta' Minski, li ttratta l-kawża tad-dimostrant Vasili Parfenkov fi Frar 2011, u l-kawża kontra A. Sannikau f'Lulju 2011. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. |
|||
|
222. |
Zaitsau, Vadzim Iurievich Zaitsev, Vadim Iurievich |
ЗАЙЦАЎ, Вадзiм Юр'евiч |
ЗАЙЦЕВ, Вадим Юрьевич |
Data tat-twelid: 1964 Post tat-twelid: Reġjun ta' Zhitomyr, Ukraina (USSR) |
Kap Eżekuttiv tal-kumpannija pubblika-privata Cosmos TV minn Ġunju 2013, maħtur mill-Gvern tal-Bjelorussja bħala rappreżentant tal-Istat. Kien Kap tal-KGB (Lulju 2008-Novembru 2012). Responsabbli għat-trasformazzjoni tal-KGB fl-organu prinċipali tar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. Responsabbli għat-tixrid, permezz tal-mezzi tal-informazzjoni, ta' informazzjoni falza dwar id-dimostranti fid-19 ta' Diċembru 2010, meta allega li kienu ġabu materjal biex jintuża bħala armi. Huwa hedded personalment il-ħajja u s-saħħa tal-mara u t-tifel tal-eks-kandidat presidenzjali Andrei Sannikov. Huwa l-istigatur prinċipali ta' ordnijiet għal intimidazzjoni illegali tal-oppożizzjoni demokratika, it-tortura ta' avversarji politiċi u l-maltrattament tal-priġunieri. |
|||
|
224. |
Zakharau, Aliaksei Ivanavich Zakharov, Aleksei Ivanovich (Zakharov, Alexey Ivanovich) |
ЗАХАРАЎ, Аляксей Iванавiч |
ЗАХАРОВ, Алексей Иванович |
|
Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks-Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB (sal-2012), kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Taħt is-superviżjoni tiegħu, il-persunal tal-KGB ħa sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010. |
|||
|
226. |
Zhadobin, Iury Viktaravich (Zhadobin, Yury Viktaravich) Zhadobin, Iuri Viktorovich (Zhadobin, Yuri Viktorovich) |
ЖАДОБIН, Юрый Biктapaвiч |
ЖАДОБИН, Юрий Викторович |
Data tat-twelid: 14.11.1954 Post tat-twelid: Dnipropetrovsk ID: 3141154A021PB0 |
Ministru għad-Difiża minn Diċembru 2009. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, japprova d-deċiżjonijiet repressivi maqbula fil-livell ministerjali, inkluża d-deċiżjoni dwar ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Wara Diċembru 2010, faħħar ir-“rebħa totali fuq forzi distruttivi”, meta rrefera għall-oppożizzjoni demokratika. |
|||
|
227. |
Zhuk, Alena Siamionauna (Zhuk Alena Syamionauna) Zhuk Elena Semenovna (Zhuk Yelena Semyonovna) |
ЖУК, Алена Сямёнаўна |
ЖУК, Елена Семеновна |
|
Imħallef tal-qorti distrettwali ta' Pervomayskij f'Vitsebsk. Fl-24 ta' Frar 2012, hija kkundannat lil Syarhei Kavalenka, li kien meqjus bħala priġunier politiku fl-2012 u fl-2013, għal sentejn u xahar il-ħabs talli ma ħarisx il-perijodu ta' prova. Alena Zhuk kienet direttament responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuna għax ċaħdet lil Syarhei Kavalenka mid-dritt ta' proċess ġust. Syarhei Kavalenka qabel kien ingħata sentenza sospiża talli dendel barra f'Vitsebsk bandiera bajda-ħamra-bajda storika, simbolu tal-moviment tal-oppożizzjoni, li kienet ġiet ipprojbita. Is-sentenza sussegwenti mogħtija minn Alena Zhuk kienet ħarxa b'mod sproporzjonat meta titqies in-natura tar-reat u mhux konformi mal-kodiċi kriminali tal-Bjelorussja. L-azzjonijiet ta' Alena Zhuk ikkostitwixxew ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
|||
|
228. |
Zhuk, Dzmitry Aliaksandravich Zhuk, Dmitri Aleksandrovich |
ЖУК, Дзмiтрый Аляксандравiч |
ЖУК, Дмитрий Александрович |
Data tat-twelid: 7.7.1970 ID: 3070770A081PB7
|
Direttur Ġenerali (Kap Eżekuttiv) tal-Aġenzija tal-Aħbarijiet tal-Istat BELTA minn Mejju 2003. Huwa responsabbli li wassal il-propaganda tal-Istat fil-mezzi tal-informazzjoni, li appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili fid-19 ta' Diċembru 2010 bl-użu ta' informazzjoni falsifikata. |
|||
|
230. |
Zhukouski, Siarhei Kanstantsinavich Zhukovski, Sergei Konstantinovich |
ЖУКОЎСКI, Сяргей Канстанцiнавiч |
ЖУКОВСКИЙ, Сергей Константинович |
|
Viċi Prosekutur tad-Distrett Zavodskoi ta' Minsk li qed jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti eċċellenti tas-soċjetà ċivili. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, u mhux appoġġata b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda. |
B. Entitajiet
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni tal-ortografija Russa |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|||
|
1. |
Beltechexport |
|
“
|
|
Beltechexport tibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja |
|||
|
3. |
Beltech Holding |
Белтех Холдинг |
|
|
Beltech Holding tibbenefika mir-reġim, b'mod partikolari permezz tal-Beltechexport, li hija parti mill-Beltech Holding. Beltechexport jibbenefika mir-reġim bħala esportatur ewlieni tal-armi u tagħmir militari fil-Bjelorussja, li jeħtieġ l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-Bjelorussja. |