28.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ottubru 2014

li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għar-raffinar taż-żejt minerali u l-gass

(notifikata bid-dokument C(2014) 7155)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/738/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara l-kkunsidrat id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jirrikjedi lill-Kummissjoni torganizza skambju ta' informazzjoni dwar l-emissjonijiet industrijali bejnha u l-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali sabiex tiffaċilita t-tfassil tad-dokumenti ta' referenza tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) kif iddefinit fl-Artikolu 3(11) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2010/75/UE, l-iskambju tal-informazzjoni għandu jindirizza l-prestazzjoni tal-installazzjonijiet u t-tekniki f'termini ta' emissjonijiet, espressi bħala medji tat-terminu qasir u twil, fejn xieraq, u l-kundizzjonijiet ta' referenza assoċjati, il-konsum u n-natura tal-materja prima, il-konsum tal-ilma, l-użu tal-enerġija u l-ġenerazzjoni tal-iskart u t-tekniki użati, il-monitoraġġ assoċjat, l-effetti transmedjali, il-vijabbiltà ekonomika u teknika u l-iżviluppi f'dan il-qasam u l-aqwa tekniki disponibbli u t-tekniki emerġenti identifikati wara l-kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 13(2) ta' dik id-Direttiva.

(3)

“Il-konklużjonijiet BAT” kif definiti fl-Artikolu 3(12) tad-Direttiva 2010/75/UE huma l-element ewlieni tad-dokumenti ta' referenza tal-BAT u jistabbilixxu l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni għall-valutazzjoni tal-applikabbiltà tagħhom, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta' konsum assoċjati u, fejn applikabbli, il-miżuri għar-rimedjar tas-sit rilevanti.

(4)

Skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-konklużjonijiet BAT għandhom ikunu r-referenza għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet tal-permess għall-installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II ta' dik id-Direttiva.

(5)

L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2010/75/UE jirrikjedi lill-awtorità kompetenti biex tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet li jiżguraw li, taħt kundizzjonijiet ta' operat normali, l-emissjonijiet ma jaqbżux il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli kif stabbilit fid-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet BAT imsemmijin fl-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/75/UE.

(6)

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprevedi derogi mir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 15(3) biss meta l-ispejjeż assoċjati mal-kisba tal-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT jiżbilanċaw b'mod sproporzjonat il-benefiċċji ambjentali minħabba l-post ġeografiku, il-kundizzjonijiet ambjentali lokali jew il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata.

(7)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2010/75/UE jipprevedi li r-rekwiżiti ta' monitoraġġ fil-permess imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva għandhom ikunu bbażati fuq il-konklużjonijiet dwar il-monitoraġġ kif deskritt fil-konklużjonijiet BAT.

(8)

Skont l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2010/75/UE, fi żmien 4 snin mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-konklużjonijiet BAT, l-awtorità kompetenti għandha terġa' tikkunsidra u, jekk meħtieġ, taġġorna l-kundizzjonijiet kollha tal-permess u tiżgura li l-installazzjoni tikkonforma ma' dawk il-kundizzjonijiet tal-permess.

(9)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet forum magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, l-industriji kkonċernati u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali permezz tad-Deċiżjoni tas-16 ta' Mejju 2011 li tistabbilixxi forum għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (2).

(10)

Skont l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni kisbet l-opinjoni tal-forum, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tas-16 ta' Mejju 2011, dwar il-kontenut propost tad-dokument ta' referenza tal-BAT għar-raffinar taż-żejt minerali u l-gass fl-20 ta' Settembru 2013 u għamlitha disponibbli għall-pubbliku.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2010/75/UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-konklużjonijiet BAT għar-raffinar taż-żejt minerali u l-gass, kif stabbilit fl-Anness, huma adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.

(2)  ĠU C 146, 17.5.2011, p. 3.


ANNESS

KONKLUŻJONIJIET BAT GĦAR-RAFFINAR TAŻ-ŻEJT MINERALI U L-GASS

KAMP TA' APPLIKAZZJONI 41
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI 43
Perjodi għall-medja u kundizzjonijiet ta' referenza għall-emissjonijiet fl-arja 43
Konverżjoni tal-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet għal-livell ta' referenza tal-ossiġenu 44
Perjodi għall-medja u kundizzjonijiet ta' referenza għall-emissjonijiet fl-ilma 44
DEFINIZZJONIJIET 44

1.1.

Konklużjonijiet BAT ġenerali għar-raffinar taż-żejt minerali u l-gass 46

1.1.1.

Sistemi għall-ġestjoni ambjentali 46

1.1.2.

Effiċjenza enerġetika 47

1.1.3.

Ħażna u ġestjoni tal-materjali solidi 48

1.1.4.

Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u parametri ewlenin tal-proċessi 48

1.1.5.

Tħaddim tas-sistemi tat-trattament tal-gass ta' skart 49

1.1.6.

Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma 50

1.1.7.

Emissjonijiet fl-ilma 50

1.1.8.

Ġenerazzjoni u ġestjoni tal-iskart 52

1.1.9.

Storbju 53

1.1.10.

Konklużjonijiet BAT għall-ġestjoni integrata tar-raffinerija 53

1.2.

Konklużjonijiet BAT għall-proċess ta' alkilazzjoni 54

1.2.1.

Proċess ta' alkilazzjoni bl-aċidu fluworidriku 54

1.2.2.

Proċess ta' alkilazzjoni tal-aċidu sulfuriku 54

1.3.

Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tal-produzzjoni taż-żejt bażi 54

1.4.

Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tal-produzzjoni tal-bitumen 55

1.5.

Konklużjonijiet BAT għall-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku fluwidu 55

1.6.

Konklużjonijiet BAT għall-proċess tar-riformar katalitiku 59

1.7.

Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tal-ikkokkjar 60

1.8.

Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tat-tneħħija tal-melħ 62

1.9.

Konklużjonijiet BAT għall-unitajiet tal-kombustjoni 62

1.10.

Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tal-eterifikazzjoni 68

1.11.

Konklużjonijiet BAT għall-proċess ta' isomerizzazzjoni 69

1.12.

Konklużjonijiet BAT għar-raffinerija tal-gass naturali 69

1.13.

Konklużjonijiet BAT għall-proċess ta' distillazzjoni 69

1.14.

Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tat-trattament tal-prodotti 69

1.15.

Konklużjonijiet BAT għall-proċessi ta' ħażna uġestjoni 70

1.16.

Konklużjonijiet BAT għat-tnaqqis tal-viskożità u proċessi termali oħrajn 71

1.17.

Konklużjonijiet BAT għat-trattament tal-kubrit fil-gass ta' skart 72

1.18.

Konklużjonijiet BAT għall-fjakkoli 72

1.19.

Konklużjonijiet BAT għall-ġestjoni integrata tal-emissjonijiet 73
GLOSSARJU 75

1.20.

Deskrizzjoni tat-tekniki għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-arja 75

1.20.1.

Trab 75

1.20.2.

Ossidi tan-nitroġenu (NOX) 76

1.20.3.

Ossidi tal-kubrit (SOX) 77

1.20.4.

Tekniki kombinati (SOx, NOx u trab) 79

1.20.5.

Monossidu tal-karbonju (CO) 79

1.20.6.

Komposti organiċi volatili (VOC) 79

1.20.7.

Tekniki oħrajn 81

1.21.

Deskrizzjoni tat-tekniki għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-ilma 82

1.21.1.

Trattament minn qabel tal-ilma mormi 82

1.21.2.

Trattament tal-ilma mormi 82

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dawn il-konklużjonijiet BAT ikopru ċerti attivitajiet industrijali speċifikati fit-Taqsima 1.2 tal-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE, jiġifieri “1.2 Industriji tal-enerġija: Raffinar taż-żejt minerali u l-gass”.

B'mod partikolari, dawn il-konklużjonijiet BAT ikopru l-proċessi u l-attivitajiet li ġejjin:

Attività

Subattivitajiet jew proċessi inklużi fl-attività

Alkilazzjoni

Il-proċessi kollha tal-alkilazzjoni: aċidu fluworidriku (HF), aċidu sulfuriku (H2SO4) u aċidu solidu

Produzzjoni taż-żejt bażi

Deasfaltar, estrazzjoni aromatika, ipproċessar tax-xema' u l-irfinar bl-ilma (hydrofinishing) taż-żejt lubrikant

Produzzjoni tal-bitumen

It-tekniki kollha mill-ħażna sal-addittivi tal-prodott finali

Krekkjar katalitiku

It-tipi kollha tal-unitajiet tal-ikkrekkjar katalitiku bħall-ikkrekkjar katalitiku fluwidu

Riformar katalitiku

Riformar katalitiku kontinwu, ċikliku u semiriġenerattiv

Kokkjar

Proċessi tal-ikkokkjar imdewwem u fluwidu. Kalċinazzjoni tal-kokk

Tkessiħ

Tekniki tat-tkessiħ applikati fir-raffineriji

Tneħħija tal-melħ

Tneħħija tal-melħ miż-żejt mhux raffinat

Unitajiet ta' kombustjoni għall-produzzjoni tal-enerġija

Unitajiet ta' kombustjoni li jaħarqu l-fjuwils tar-raffinar, esklużi l-unitajiet li jużaw il-fjuwils konvenzjonali jew kummerċjali biss

Eterifikazzjoni

Produzzjoni tas-sustanzi kimiċi (eż. alkoħols u eteri bħal MTBE, ETBE u TAME) użati bħala addittivi għall-fjuwils tal-magni

Separazzjoni tal-gass

Separazzjoni tal-frazzjonijiet ħfief taż-żejt mhux raffinat eż. gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG), gass likwifikat miż-żejt (LPG)

Proċessi li jikkunsmaw l-idroġenu

Idrokrekkjar, idroraffinar, idrotrattamenti, idrokonverżjoni, idroproċessar u proċessi ta' idroġenazzjoni

Produzzjoni tal-idroġenu

Ossidazzjoni parzjali, riformar tal-fwar, riformar imsaħħan bil-gass u purifikazzjoni bl-idroġenu

Isomerizzazzjoni

Isomerizzazzjoni ta' komposti tal-idrokarburi C4, C5 u C6

Impjanti tal-gass naturali

Proċessar tal-gass naturali (NG) inkluż il-likwefazzjoni tan-NG

Polimerizzazzjoni

Polimerizzazzjoni, dimerizzazzjoni u kondensazzjoni

Distillazzjoni primarja

Distillazzjoni atmosferika u bil-vakwu

Trattamenti tal-prodotti

Taħlil u trattamenti tal-prodott finali

Ħażna u ġestjoni tal-materjali tar-raffinar

Ħażna, taħlit, tagħbija u ħatt tal-materjali tar-raffinar

Tnaqqis tal-viskożità u konverżjonijiet termali oħrajn

Trattamenti termali bħat-tnaqqis tal-viskożità jew il-proċess termali taż-żejt tal-gass

Trattament tal-gass ta' skart

Tekniki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja jew biex isiru inqas intensi

Trattament tal-ilma mormi

Tekniki għat-trattament tal-ilma mormi qabel ir-rilaxx

Ġestjoni tal-iskart

Tekniki għall-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart

Dawn il-konklużjonijiet BAT ma jindirizzawx l-attivitajiet jew il-proċessi li ġejjin:

l-esplorazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat u l-gass naturali;

it-trasportar taż-żejt mhux raffinat u l-gass naturali;

il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti.

Dokumenti ta' referenza oħrajn li jistgħu jkunu rilevanti għall-attivitajiet koperti minn dawn il-konklużjonijiet BAT huma dawn li ġejjin:

Dokument ta' referenza

Suġġett

Trattament tal-Ilma Mormi Komuni u l-Gass ta' Skart/Sistemi ta' Ġestjoni fis-Settur tal-Kimika (CWW)

Tekniki għal-ġestjoni u t-trattament tal-ilma mormi

Sistemi Industrijali tat-Tkessiħ (ICS)

Proċessi tat-tkessiħ

L-Ekonomija u l-Effetti Transmedjali (ECM)

L-ekonomija u l-effetti transmedjali tat-tekniki

Emissjonijiet mill-Ħażna (EFS)

Ħażna, taħlit, tagħbija u ħatt tal-materjali tar-raffinar

Effiċjenza Enerġetika (ENE)

Effiċjenza enerġetika u ġestjoni integrata tar-raffinerija

Impjanti Kbar tal-Kombustjoni (LCP)

Kombustjoni ta' fjuwils konvenzjonali u kummerċjali

Sustanzi Kimiċi Inorganiċi ta' Volum Kbir — Industriji tal-Ammonijaka, l-Aċidi u l-Fertilizzanti (LVIC-AAF)

Riformar tal-fwar u purifikazzjoni bl-idroġenu

Industrija tas-Sustanzi Kimiċi Organiċi ta' Volum Kbir (LVOC)

Proċess ta' eterifikazzjoni (produzzjoni ta' MTBE, ETBE u TAME)

Inċinerazzjoni tal-Iskart (WI)

Inċinerazzjoni tal-Iskart

Trattament tal-Iskart (WT)

Trattament tal-Iskart

Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ (MON)

Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma

KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

It-tekniki elenkati u deskritti f'dawn il-konklużjonijiet BAT mhumiex preskrittivi u lanqas ma huma eżawrjenti. Jistgħu jintużaw tekniki oħrajn li jiżguraw mill-inqas livell ekwivalenti ta' protezzjoni ambjentali.

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, dawn il-konklużjonijiet BAT huma ġeneralment applikabbli.

Perjodi għall-medja u kundizzjonijiet ta' referenza għall-emissjonijiet fl-arja

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-arja mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet BAT jirreferu għall-konċentrazzjonijiet, espressi bħala massa ta' sustanza emessa għal volum speċifiku ta' gass ta' skart taħt il-kundizzjonijiet standard li ġejjin: gass niexef, temperatura ta' 273.15 K, pressjoni ta' 101.3 kPa.

Għall-kejl kontinwu

Il-BAT-AELs jirreferu għall-valuri medji ta' kull xahar, li huma l-medji tal-valuri medji validi kollha għal kull siegħa mkejla f'perjodu ta' xahar

Għall-kejl perjodiku

Il-BAT-AELs jirreferu għall-valur medju ta' tliet kampjuni fuq il-post ta' mill-inqas 30 minuta kull wieħed

Għall-unitajiet ta' kombustjoni, il-proċessi tal-ikkrekkjar katalitiku, u l-unitajiet tal-irkupru tal-kubrit mill-gassijiet ta' skart, il-kundizzjonijiet ta' referenza għall-ossiġenu jidhru fit-Tabella 1.

Tabella 1

Kundizzjonijiet ta' referenza għall-BAT-AELs fir-rigward tal-emissjonijiet fl-arja

Attivitajiet

Unità

Kundizzjonijiet ta' referenza għall-ossiġenu

Unità ta' kombustjoni li tuża fjuwils likwidi jew gassużi bl-eċċezzjoni tat-turbini u l-magni tal-gass

mg/Nm3

3 % ossiġenu skont il-volum

Unità ta' kombustjoni li tuża fjuwils solidi

mg/Nm3

6 % ossiġenu skont il-volum

Turbini (inklużi t-turbini tal-gass b'ċiklu kkombinat — CCGT) u magni tal-gass

mg/Nm3

15 % ossiġenu skont il-volum

Proċess tal-ikkrekkjar katalitiku (riġeneratur)

mg/Nm3

3 % ossiġenu skont il-volum

Unita ta' rkupru tal-kubrit tal-gass ta' skart (1)

mg/Nm3

3 % ossiġenu skont il-volum

Konverżjoni tal-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet għal-livell ta' referenza tal-ossiġenu

Il-formola għall-kalkolu tal-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet f'livell ta' referenza tal-ossiġenu (ara Tabella 1) tidher hawn taħt.

Formula

Fejn:

ER (mg/Nm3)

:

konċentrazzjoni tal-emissjonijiet riferuta għal-livell ta' referenza tal-ossiġenu OR

OR (vol %)

:

livell ta' referenza tal-ossiġenu

EM (mg/Nm3)

:

konċentrazzjoni tal-emissjonijiet riferuta għal-livell imkejjel tal-ossiġenu OM

OM (vol %)

:

livell imkejjel tal-ossiġenu.

Perjodi għall-medja u kundizzjonijiet ta' referenza għall-emissjonijiet fl-ilma

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli (BAT-AELs) għall-emissjonijiet fl-ilma mogħtija f'dawn il-konklużjonijiet BAT jirreferu għall-valuri ta' konċentrazzjoni (massa ta' sustanzi emessi għal volum speċifiku ta' ilma) espressi f'mg/l.

Sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, il-perjodi għall-medja assoċjati mal-BAT-AELs huma definiti kif ġej:

Medja ta' kuljum

Medja fuq perjodu kampjun ta' 24 siegħa meħud bħala kampjun aggregat proporzjonali għall-fluss jew, sakemm tintwera stabbiltà suffiċjenti tal-fluss, minn kampjun proporzjonali għall-ħin

Medja ta' kull sena/xahar

Medja tal-medji ta' kuljum kollha miksuba f'sena/xahar, peżata skont il-flussi ta' kuljum

DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dawn il-konklużjonijiet BAT, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Terminu użat

Definizzjoni

Unità

Segment/subparti tal-installazzjoni li fiha titwettaq operazzjoni ta' proċessar speċifika

Unità ġdida

Unità permessa għall-ewwel darba fuq is-sit tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet BAT jew sostituzzjoni kompleta ta' unità fuq il-pedamenti eżistenti tal-installazzjoni wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet BAT

Unità eżistenti

Unità li mhijiex unità ġdida

Effluwent gassuż tal-proċess

Il-gass miġbur iġġenerat minn proċess li jrid jiġi ttrattat eż. f'unità għat-tneħħija tal-gass aċiduż u unità tal-irkupru tal-kubrit (SRU)

Gass mit-tromba ta' ċumnija

Il-gass tal-egżost li joħroġ minn unità wara pass ta' ossidazzjoni, ġeneralment il-kombustjoni (eż. riġeneratur, unità Claus)

Gass residwu

Isem komuni tal-gass egżost minn SRU (ġeneralment proċess Claus)

VOC

Koposti organiċi volatili kif definiti fl-Artikolu 3(45) tad-Direttiva 2010/75/UE

NMVOC

VOC eskluż il-metan

Emissjonijiet diffużi ta' VOC

Emissjonijiet VOC mhux inkanalati li mhumiex rilaxxati permezz ta' punti ta' emissjoni speċifiċi bħaċ-ċmieni. Dawn jistgħu jirriżultaw minn sorsi taż-“żona” (eż. tankijiet) jew sorsi tal-“punt” (eż. flanġi tal-pajpijiet)

NOX espress bħala NO2

Is-somma tal-ossidu tan-nitroġenu (NO) u d-diossidu tan-nitroġenu (NO2) espressa bħala NO2

SOX espress bħala SO2

Is-somma tad-diossidu tal-kubrit (SO2) u t-triossidu tal-kubrit (SO3) espressa bħala SO2

H2S

Sulfur tal-idroġenu. Is-sulfur tal-karbonil u l-merkaptan mhumiex inklużi

Il-klorur tal-idroġenu espress bħala HCl

Il-kloruri gassużi kollha espressi bħala HCl

Il-fluworur tal-idroġenu espress bħala HF

Il-fluworuri gassużi kollha espressi bħala HF

Unità tal-FCC

Krekkjar katalitiku fluwidu: proċess ta' konverżjoni għat-titjib tal-idrokarburi tqal, bl-użu tas-sħana u katalizzatur biex il-molekuli kbar tal-idrokarburi jitkissru f'molekuli eħfef

SRU

Unità ta' rkupru tal-kubrit Ara d-definizzjoni fit-Taqsima 1.20.3

Fjuwil tar-raffinerija

Materjal kombustibbli solidu, likwidu jew gassuż mill-passi ta' distillazzjoni u konverżjoni tar-raffinar taż-żejt mhux raffinat.

Eżempji huma gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG), gass sintetiku u żjut tar-raffinerija, kokk pet

RFG

Gass kombustibbli tar-raffinerija: l-effluwent gassuż mill-unitajiet tad-distillazzjoni jew il-konverżjoni użati bħala fjuwil

Unità tal-kombustjoni

Unità li taħraq il-fjuwils tar-raffinerija waħedhom jew ma' fjuwils oħrajn għall-produzzjoni tal-enerġija fis-sit tar-raffinerija, bħall-bojlers (għajr il-bojlers tal-CO), l-ifran u t-turbini tal-gass.

Kejl kontinwu

Kejl bl-użu ta' “sistema awtomatika tal-kejl” (AMS) jew “sistema għall-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet” (CEMS) installati b'mod permanenti fis-sit

Kejl perjodiku

Id-determinazzjoni ta' mikjel f'intervalli tal-ħin speċifikati bl-użu ta' metodi ta' referenza manwali jew awtomatiċi

Monitoraġġ indirett tal-emissjonijiet fl-arja

L-istima tal-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet fil-gass mit-tromba ta' ċumnija ta' sustanza li tniġġes permezz ta' kombinazzjoni xierqa ta' kejl tal-parametri sostitwiti (bħall-kontenut tal-O2, il-kontenut tal-kubrit jew in-nitroġenu fl-alimentazzjoni/fjuwil), il-kalkoli u l-kejl perjodiku taċ-ċmieni. L-użu tal-proporzjonijiet tal-emissjonijiet ibbażati fuq il-kontenut tal-kubrit fil-fjuwil huwa eżempju wieħed ta' monitoraġġ indirett. Eżempju ieħor ta' monitoraġġ indirett huwa l-użu ta' PEMS

Sistema ta' monitoraġġ tal-previżjoni tal-emissjonijiet (PEMS)

Sistema li tiddetermina l-konċentrazzjoni tal-emissjonijiet ta' sustanza li tniġġes fuq il-bażi tar-relazzjoni tagħha ma' għadd ta' parametri tal-proċess karatteristiċi li jkunu monitorjati kontinwament (eż. il-konsum tal-gass kombustibbli, il-proporzjon bejn l-arja u l-fjuwil) u d-dejta tal-kwalità tal-alimentazzjoni jew tal-fjuwil (eż. il-kontenut tal-kubrit) ta' sors ta' emissjoni

Komposti tal-idrokarburi likwidi volatili

Derivattivi taż-żejt mhux maħdum bi pressjoni tal-fwar Reid (RVP) ta' aktar minn 4 kPa, bħan-nafta u l-aromatiċi

Rata ta' rkupru

Perċentwal ta' NMVOC irkuprat mill-flussi mwassla f'unità għall-irkupru tal-fwar (VRU)

1.1.   Konklużjonijiet BAT ġenerali għar-raffinar taż-żejt minerali u l-gass

Il-konklużjonijiet BAT speċifiċi skont il-proċess inklużi fit-Taqsimiet 1.2 sa 1.19 flimkien mal-konklużjonijiet BAT ġenerali msemmija f'din it-taqsima.

1.1.1.   Sistemi għall-ġestjoni ambjentali

BAT 1.

Sabiex titjieb il-prestazzjoni ambjentali globali tal-impjanti għar-raffinar taż-żejt minerali u l-gass, il-BAT għandhom jimplimentaw u jaderixxu ma' sistema ta' ġestjoni ambjentali (EMS) li tinkorpora l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

i.

l-impenn tal-maniġment, inkluż il-maniġment superjuri;

ii.

id-definizzjoni ta' politika ambjentali li tinkludi t-titjib kontinwu għall-installazzjoni mill-maniġment;

iii.

l-ippjanar u l-istabbiliment tal-proċeduri, l-objettivi u l-miri neċessarji, flimkien mal-ippjanar finanzjarju u l-investiment;

iv.

l-implimentazzjoni tal-proċeduri filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil:

(a)

l-istruttura u r-responsabbiltà

(b)

it-taħriġ, is-sensibbilizzazzjoni u l-kompetenza

(c)

il-komunikazzjoni

(d)

l-involviment tal-impjegati

(e)

id-dokumentazzjoni

(f)

il-kontroll effiċjenti tal-proċessi

(g)

il-programmi ta' manutenzjoni

(h)

l-istat ta' preparazzjoni u r-rispons għall-emerġenzi

(i)

is-salvagwardja tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali.

v.

il-verifika tal-prestazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil:

(a)

il-monitoraġġ u l-kejl (ara wkoll id-dokument ta' referenza dwar il-Prinċipji Ġenerali tal-Monitoraġġ)

(b)

l-azzjoni korrettiva u preventiva

(c)

iż-żamma tar-rekords

(d)

l-awditjar indipendenti (meta prattikabbli) intern u estern sabiex jiġi determinat jekk l-EMS tikkonformax jew le mal-arranġamenti ppjanati u jekk tkunx ġiet implimentata u miżmuma kif suppost;

vi.

ir-reviżjoni tal-EMS u l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha mill-maniġment superjuri;

vii.

is-segwitu għall-iżvilupp ta' teknoloġiji aktar nodfa;

viii.

il-kunsiderazzjoni għall-impatti ambjentali mid-dekummissjunar possibbli tal-installazzjoni fl-istadju tad-disinn ta' impjant ġdid, u tul il-ħajja operattiva tagħha;

ix.

l-applikazzjoni tal-valutazzjoni komparattiva settorjali fuq bażi regolari.

Applikabbiltà

Il-kamp ta' applikazzjoni (eż. il-livell tad-dettall) u n-natura tal-EMS (eż. standardizzata jew mhux standardizzata) ġeneralment ikunu relatati man-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-installazzjoni u l-medda ta' impatti ambjentali li jista' jkollha.

1.1.2.   Effiċjenza enerġetika

BAT 2.

Sabiex l-enerġija tintuża b'mod effiċjenti, il-BAT għandhom jużaw kombinazzjoni xierqa tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

(i)   

Tekniki tad-disinn

a.

Analiżi pinch

Metodoloġija bbażata fuq kalkolu sistematiku ta' miri termodinamiċi għall-minimizzar tal-konsum tal-enerġija tal-proċessi. Użata bħala għodda għall-evalwazzjoni tad-disinni tas-sistemi totali

b.

Integrazzjoni tas-sħana

L-integrazzjoni tas-sħana tas-sistemi tal-proċess tiżgura li proporzjon sostanzjali tas-sħana meħtieġa f'diversi proċessi tiġi provduta mill-iskambju tas-sħana bejn il-flussi li għandhom jissaħħnu u l-flussi li għandhom jitkessħu

c.

Irkupru tas-sħana u tal-potenza

Użu ta' mezzi għall-irkupru tal-enerġija eż.:

bojlers li jużaw is-sħana mitlufa

expanders/irkupru tal-potenza fl-unità FCC

użu tas-sħana mitlufa fit-tisħin distrettwali

(ii)   

Kontroll tal-proċess u tekniki ta' manutenzjoni

a.

Ottimizzazzjoni tal-proċess

Kombustjoni kontrollata awtomatika sabiex jitnaqqas il-konsum tal-fjuwil għal kull tunnellata ta' alimentazzjoni pproċessata, ta' spiss ikkombinata mal-integrazzjoni tas-sħana għat-titjib tal-effiċjenza tal-ifran

b.

Ġestjoni u tnaqqis tal-konsum tal-fwar

Immappjar sistematiku tas-sistemi tal-valvi għat-tbattil sabiex jitnaqqas il-konsum tal-fwar u jiġi ottimizzat l-użu tiegħu

c.

Użu ta' parametru referenzjarju tal-enerġija

Parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' klassifikazzjoni u valutazzjoni komparattiva sabiex jinkiseb titjib kontinwu bit-tagħlim mill-aħjar prattika

(iii)   

Tekniki tal-produzzjoni effiċjenti fl-enerġija

a.

Użu ta' kombinazzjoni ta' sħana u potenza

Sistema ddisinjata għall-koproduzzjoni (jew il-koġenerazzjoni) tas-sħana (eż. fwar) u l-potenza elettrika mill-istess fjuwil

b.

Ċiklu kkombinat ta' gassifikazzjoni integrata (IGCC)

Teknika li l-iskop tagħha huwa li tipproduċi l-fwar, l-idroġenu (fakultattiv) u potenza elettrika minn varjetà ta' tipi ta' fjuwil (eż. żejt kombustibbli tqil jew kokk) b'effiċjenza ta' konverżjoni għolja

1.1.3.   Ħażna u ġestjoni tal-materjali solidi

BAT 3.

Sabiex jiġu evitati jew, meta dan ma jkunx prattikabbli, sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab mill-ħażna u l-ġestjoni tal-materjali bit-trab, il-BAT għandhom jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew kombinazzjoni tagħhom:

i.

ħażna tal-materjali tat-trab fil-massa f'sajlos magħluqin mgħammra b'sistema għat-tnaqqis tat-trab (eż. filtru tat-tessut);

ii.

ħażna tal-materjali fini f'kontenituri magħluqin jew boroż issiġillati;

iii.

żamma tal-munzelli tal-ħażniet tal-materjali bit-trab oħxon mxarrbin, il-wiċċ jiġi stabbilizzat b'aġenti li jiffurmaw qoxra, jew jinħażnu f'munzelli mgħottijin;

iv.

użu ta' vetturi għat-tindif tat-toroq.

1.1.4.   Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja u parametri ewlenin tal-proċessi

BAT 4.

Il-BAT għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet fl-arja bl-użu tat-tekniki tal-monitoraġġ b'mill-inqas il-frekwenza minima mogħtija hawn taħt u skont l-istandards EN. Jekk ma jkunux disponibbli standards EN, il-BAT għandhom jużaw ISO, standards nazzjonali jew standards internazzjonali oħrajn li jiżguraw il-provvista ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

Deskrizzjoni

Unità

Frekwenza minima

Teknika ta' monitoraġġ

i.

SOX, NOX, u emissjonijiet tat-trab

Krekkjar katalitiku

Kontinwu (2)  (3)

Kejl dirett

Unitajiet tal-kombustjoni

≥ 100 MW (4)

u unitajiet tal-kalċinazzjoni

Kontinwu (2)  (3)

Kejl dirett (5)

Unitajiet tal-kombustjoni

ta' 50 sa 100 MW (4)

Kontinwu (2)  (3)

Kejl dirett jew monitoraġġ indirett

Unitajiet tal-kombustjoni

< 50 MW (4)

Darba fis-sena u wara bidliet sinifikanti tal-fjuwil (6)

Kejl dirett jew monitoraġġ indirett

Unitajiet tal-irkupru tal-kubrit (SRU)

Kontinwu għal SO2 biss

Kejl dirett jew monitoraġġ indirett (7)

ii.

Emissjonijiet ta' NH3

L-unitajiet kollha mgħammra b'SCR jew SNCR

Kontinwu

Kejl dirett

iii.

Emissjonijiet tal-CO

Krekkjar katalitiku u unitajiet tal-kombustjoni

≥ 100 MW (4)

Kontinwu

Kejl dirett

Unitajiet tal-kombustjoni oħrajn

Darba kull 6 xhur (6)

Kejl dirett

iv.

Emissjonijiet tal-metalli: Nikil (Ni), Antimonju (Sb) (8), Vanadju (V)

Krekkjar katalitiku

Darba kull 6 xhur u wara bidliet sinifikanti fl-unità (6)

Kejl dirett jew analiżi bbażata fuq il-kontenut tal-metalli fil-katalizzaturi fini u fil-fjuwil

Unitajiet tal-kombustjoni (9)

v.

Emissjonijiet tad-dibenżodiossini poliklorinati/furans (PCDD/F)

Riformatur katalitiku

Darba fis-sena jew darba kull riġenerazzjoni, skont liema l-itwal

Kejl dirett

BAT 5.

Il-BAT għandhom jimmonitorjaw il-parametri tal-proċess rilevanti marbuta mal-emissjonijiet li jniġġsu, fl-ikkrekkjar katalitiku u l-unitajiet tal-kombustjoni bl-użu ta' tekniki xierqa u b'mill-inqas il-frekwenza mogħtija hawn taħt.

Deskrizzjoni

Frekwenza minima

Monitoraġġ tal-parametri marbuta mal-emissjonijiet li jniġġsu, eż. il-kontenut tal-O2 fil-gass mit-tromba ta' ċumnija, il-kontenut ta' N u S fil-fjuwil jew l-alimentazzjoni (10)

Kontinwazzjoni għall-kontenut ta' O2.

Għall-kontenut ta' N u S, perjodiku bi frekwenza bbażata fuq bidliet sinifikanti fil-fjuwil/alimentazzjoni

BAT 6.

Il-BAT għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet diffużi ta' VOC fl-arja mis-sit kollu bl-użu tat-tekniki kollha li ġejjin:

i.

metodi ta' xamm assoċjati ma' kurvi ta' korrelazzjoni għat-tagħmir ewlieni:

ii.

tekniki ottiċi ta' immaġni għall-gass;

iii.

kalkoli ta' emissjonijiet kroniċi bbażati fuq fatturi ta' emissjonijiet perjodikament (eż. darba kull sentejn) ivvalidati minn kejl.

L-iskrinjar u l-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet tas-sit permezz ta' kampanji perjodiċi b'tekniċi ottiċi bbażati fuq l-assorbiment, bħad-detezzjoni u l-kejl tad-distanza permezz tad-dawl u l-assorbiment differenzjali (DIAL) jew il-fluss tal-ħabi solari (SOF) huwa teknika komplimentari utli.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.20.6.

1.1.5.   Tħaddim tas-sistemi tat-trattament tal-gass ta' skart

BAT 7.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja, il-BAT għandhom joperaw l-unitajiet tat-tneħħija tal-gass aċiduż, l-unitajiet tal-irkupru tal-kubrit u s-sistemi l-oħra kollha ta' trattament tal-gass ta' skart b'disponibbiltà għolja u b'kapaċità ottimali.

Deskrizzjoni

Il-proċeduri speċjali jistgħu jiġu definiti għall-kundizzjonijiet ta' operat li mhumiex dawk normali, b'mod partikolari:

i.

matul l-operazzjonijiet ta' bidu u ta' tmiem;

ii.

matul ċirkostanzi oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tas-sistemi (eż. ix-xogħol ta' manutenzjoni regolari u straordinarju u l-operazzjonijiet ta' tindif tal-unitajiet u/jew tas-sistema ta' trattament tal-gass ta' skart);

iii.

fil-każ ta' fluss insuffiċjenti tal-gass ta' skart jew temperatura li jipprevjenu l-użu tas-sistema ta' trattament tal-gass ta' skart b'kapaċità sħiħa.

BAT 8.

Sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ammonijaka (NH3) fl-arja meta jiġu applikati t-tekniki ta' tnaqqis katalitiku selettiv (SCR) jew tnaqqis mhux katalitiku selettiv (SNCR), il-BAT għandhom iżommu kundizzjonijiet tal-operat xierqa tas-sistemi ta' trattament tal-gass ta' skart b'SCR jew b'SCNR, bl-għan li jiġu limitati l-emissjonijiet ta' NH3 li ma rreaġġixxux.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 2.

Tabella 2

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-ammonijaka (NH3) fl-arja għal unità ta' kombustjoni jew proċess fejn jintużaw it-tekniki ta' SCR jew SNCR

Parametru

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

Ammonijaka expressa bħala NH3

< 5 – 15 (11)  (12)

BAT 9.

Sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja meta tintuża unità ta' tqaxxir bil-fwar tal-ilma sulfurat, il-BAT għandhom iwasslu l-effluwent gassuż minn din l-unità għal SRU jew sistema ta' trattament tal-gass ekwivalenti.

Mhijiex BAT li għandha tinċinera direttament il-gassijiet tat-tqaxxir tal-ilma sulfurat.

1.1.6.   Monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma

BAT 10.

BAT għandhom jimmonitorjaw l-emissjonijiet fl-ilma billi jużaw tekniki ta' monitoraġġ b'mill-inqas il-frekwenza mogħtija fit-Tabella 3) u skont l-istandards EN. Jekk ma jkunux disponibbli standards EN, il-BAT għandhom jużaw ISO, standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw il-provvista ta' dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti.

1.1.7.   Emissjonijiet fl-ilma

BAT 11.

Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-volum ta' ilma kkontaminat, il-BAT għandhom jużaw it-tekniki kollha ta' hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Integrazzjoni tal-fluss tal-ilma

It-tnaqqis tal-ilma tal-proċess prodott fil-livell tal-unità qabel ir-rilaxx mill-użu mill-ġdid intern tal-flussi tal-ilma minn eż. it-tkessiħ, il-kondensati, speċjalment għall-użu fit-tneħħija tal-melħ fiż-żejt mhux raffinat

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda. Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tirrikjedi bini mill-ġdid totali tal-unità jew tal-installazzjoni

ii.

Sistema tal-ilma u tad-drenaġġ għas-segregazzjoni tal-flussi tal-ilma kkontaminati

Disinn ta' sit industrijali għall-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ilma, fejn kull fluss jiġi trattat kif xieraq permezz ta' eż. l-ipprogrammar tar-rotta tal-ilma sulfurat iġġenerat (mill-unitajiet ta' distillazzjoni, krekkjar, kokkjar, eċċ.) għall-pretrattament xieraq, bħal unità tat-tqaxxir

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda. Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tirrikjedi bini mill-ġdid totali tal-unità jew tal-installazzjoni

iii.

Segregazzjoni tal-flussi tal-ilma mhux ikkontaminati (eż. it-tkessiħ f'darba, l-ilma tax-xita)

Disinn ta' sit sabiex jiġi evitat li l-ilma mhux ikkontaminat jintbagħat lit-trattament ġenerali tal-ilma mormi u sabiex ikun hemm rilaxx separat wara l-użu mill-ġdid possibbli għal dan it-tip ta' fluss

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tirrikjedi bini mill-ġdid totali tal-unità jew tal-installazzjoni

iv.

Prevenzjoni ta' tixrid u tnixxiji

Prattiki li jinkludu l-użu ta' proċeduri speċjali u/jew tagħmir temporanju biex jinżammu l-prestazzjonijiet meta meħtieġ għall-ġestjoni ta' ċirkustanzi speċjali bħal tixrid, telf ta' konteniment, eċċ.

Ġeneralment applikabbli

BAT 12.

Sabiex jitnaqqas il-piż tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu fir-rilaxx tal-ilma mormi lill-korp ta' ilma li jirċievi, il-BAT għandhom ineħħu s-sustanzi li jniġġsu li ma jinħallux u li jinħallu bl-użu tat-tekniki kollha ta' hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Tneħħija tas-sustanzi li ma jinħallux billi jiġi rkuprat iż-żejt

Ara t-Taqsima 1.21.2.

Ġeneralment applikabbli

ii.

Tneħħija tas-sustanzi li ma jinħallux billi jiġu rkuprati s-solidi sospiżi u ż-żejt mifrux

Ara t-Taqsima 1.21.2.

Ġeneralment applikabbli

iii.

Tneħħija tas-sustanzi li jinħallu inkluż it-trattament bijoloġiku u l-kjarifikazzjoni

Ara t-Taqsima 1.21.2.

Ġeneralment applikabbli

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 3.

BAT 13.

Meta tkun meħtieġa tneħħija ulterjuri ta' sustanzi organiċi jew nitroġenu, il-BAT iridu jużaw pass addizjonali ta' trattament kif deskritt fit-Taqsima 1.21.2.

Tabella 3

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għar-rilaxxi diretti tal-ilma mormi mir-raffinar taż-żejt minerali u l-gass u l-frekwenzi ta' monitoraġġ assoċjati mal-BAT  (13)

Parametru

Unità

BAT-AEL

(medja ta' kull sena)

Frekwenza (14) tal-monitoraġġ u metodu analitiku (standard)

Indiċi taż-żejt tal-idrokarburi (HOI)

mg/l

0,1 – 2,5

Kuljum

EN 9377- 2 (15)

Solidi totali sospiżi (TSS)

mg/l

5 – 25

Kuljum

Domanda kimika ta' ossiġenu (COD) (16)

mg/l

30 – 125

Kuljum

BOD5

mg/l

L-ebda BAT-AEL

Kull ġimgħa

Nitroġenu totali (17), espress bħala N

mg/l

1 – 25 (18)

Kuljum

Ċomb, espress bħala Pb

mg/l

0,005 – 0,030

Kull tliet xhur

Kadmju, espress bħala Cd

mg/l

0,002 – 0,008

Kull tliet xhur

Nikil, espress bħala Ni

mg/l

0,005 – 0,100

Kull tliet xhur

Merkurju, espress bħala Hg

mg/l

0,000 1 – 0,001

Kull tliet xhur

Vanadju

mg/l

L-ebda BAT-AEL

Kull tliet xhur

Indiċi tal-fenol

mg/l

L-ebda BAT-AEL

Kull xahar

EN 14402

Benżen, toluwen, etil benżen, ksilen (BTEX)

mg/l

Benżen: 0,001 – 0,050

L-eba BAT-AEL għal T, E, X

Kull xahar

1.1.8.   Ġenerazzjoni u ġestjoni tal-iskart

BAT 14.

Sabiex tiġi evitata jew, fejn din ma tkunx prattikabbli, biex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart, il-BAT għandhom jadottaw u jimplimentaw pjan ta' ġestjoni tal-iskart li, f'ordni ta' prijorità, jiżgura li l-iskart jitħejja għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ, għall-irkupru jew għar-rimi.

BAT 15.

Sabiex jitnaqqas l-ammont ta' ħama li jrid jiġi trattat jew mormi, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Pretrattament tal-ħama

Qabel it-trattament finali (eż. f'inċineratur bil-bażi fluwida), jitneħħa l-ilma u/jew iż-żejt mill-ħama (permezz ta' eż. dikanters ċentrifugi jew magni li jnixxfu bil-fwar) sabiex jitnaqqas il-volum tiegħu u biex jiġi rkuprat iż-żejt mit-tagħmir għall-irkuprar ta' żejt slop

Ġeneralment applikabbli

ii.

Użu mill-ġdid tal-ħama fl-unitajiet tal-proċessi

Ċerti tipi ta' ħama (eż. ħama żejtnija) jistgħu jiġu pproċessati f'unitajiet (eż. l-ikkokkjar) bħala parti tal-alimentazzjoni minħabba l-kontenut tagħhom ta' żejt

L-applikabbiltà hija ristretta għall-ħama li tista' tissodisfa r-rekwiżiti sabiex tiġi pproċessata f'unitajiet bi trattament xieraq

BAT 16.

Sabiex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta' skart katalitiku solidu użat, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

i.

Ġestjoni tal-katalizzatur solidu użat

Ġestjoni skedata u sikura tal-materjali użati bħala katalizzatur (eż. mill-kuntratturi) sabiex jiġu rkuprati jew jintużaw mill-ġdid f'faċilitajiet mhux fil-post. Dawn l-operazzjonijiet jiddependu fuq it-tip ta' katalizzatur u proċess

ii.

Tneħħija ta' katalizzatur miż-żejt dikantat li jkun f'forma ta' sospensjoni magħquda

Il-ħama taż-żejt dikantat mill-unitajiet tal-proċessi (eż. unità FCC) jista' jkun fiha konċentrazzjonijiet sinifikanti ta' katalizzaturi fini. Dawn is-sustanzi fini jridu jiġu separati qabel l-użu mill-ġdid ta' żejt dikantat bħala materja prima

1.1.9.   Storbju

BAT 17.

Sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas l-istorbju, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom:

i.

issir valutazzjoni tal-istorbju ambjentali u jiġi fformulat pjan għall-ġestjoni tal-istorbju xieraq għall-ambjent lokali;

ii.

tagħmir storbjuż/l-operazzjoni storbjuża jingħalqu fi struttura/unità separata;

iii.

jintuża ilqugħ biex jissepara s-sors tal-istorbju;

iv.

jintużaw ħitan għall-protezzjoni mill-istorbju.

1.1.10.   Konklużjonijiet BAT għall-ġestjoni integrata tar-raffinerija

BAT 18.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet diffużi ta' VOC, il-BAT iridu japplikaw it-tekniki ta' hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

I.

Tekniki relatati mad-disinn tal-impjant

i.

jiġi limitat l-għadd ta' sorsi ta' emissjoni potenzjali

ii.

jiġu massimizzati l-karatteristiċi ta' konteniment tal-proċess inerenti

iii.

jintagħżel tagħmir b'integrità għolja

iv.

jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta' monitoraġġ u manutenzjoni billi jiżguraw l-aċċess għall-komponenti li jistgħu jkunu qed inixxu

L-applikabbiltà tista' tkun limitata għall-unitajiet eżistenti

II.

Tekniki relatati mad-disinn tal-impjant u l-kummissjonar

i.

proċeduri definiti sew għall-kostruzzjoni u l-assemblaġġ

ii.

proċeduri robusti ta' kummissjonar u ta' trasferiment sabiex jiġi żgurat li l-impjant huwa installat skont ir-rekwiżiti tad-disinn

L-applikabbiltà tista' tkun limitata għall-unitajiet eżistenti

III.

Tekniki relatati mal-operat tal-impjant

L-użu ta' programm għat-tiswija u d-detezzjoni tat-tixrid (LDAR) ibbażat fuq ir-riskju sabiex jiġu identifikati l-komponenti li qed inixxu, u sabiex jissewwew dawn it-tnixxijiet.

Ara t-Taqsima 1.20.6.

Ġeneralment applikabbli

1.2.   Konklużjonijiet BAT għall-proċess ta' alkilazzjoni

1.2.1.   Proċess ta' alkilazzjoni bl-aċidu fluworidriku

BAT 19.

Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tal-aċidu fluworidriku (HF) fl-arja mill-proċess ta' alkilazzjoni bl-aċidu fluworidriku, il-BAT għandhom jużaw il-purifikazzjoni umda b'soluzzjoni alkalina sabiex tittratta l-flussi ta' gass mhux kondensabbli qabel l-ivventjar għall-fjakkoli.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.20.3.

Applikabbiltà:

It-teknika hija ġeneralment applikabbli. Għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tas-sikurezza, minħabba n-natura perikoluża tal-aċidu fluworidriku

BAT 20.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-proċess ta' alkilazzjoni bl-aċidu fluworidriku, il-BAT għandhom jużaw kombinazzjoni tat-tekniki ta' hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Stadju ta' preċipitazzjoni/newtralizzazzjoni

Preċipitazzjoni (eż. b'addittivi bbażati fuq il-kalċju jew l-aluminju) jew newtralizzazzjoni (fejn l-effluwent huwa indirettament newtralizzat bl-idrossidu tal-potassju (KOH))

Ġeneralment applikabbli.

Għandhom jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tas-sikurezza, minħabba n-natura perikoluża tal-aċidu fluworidriku (HF)

ii.

Stadju ta' separazzjoni

Il-komposti li ma jinħallux prodotti fl-ewwel stadju (eż. CaF2 jew AlF3) huma separati f'eż. vaska ta' dikantazzjoni

Ġeneralment applikabbli

1.2.2.   Proċess ta' alkilazzjoni tal-aċidu sulfuriku

BAT 21.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mill-proċess ta' alkilazzjoni tal-aċidu sulfuriku, il-BAT għandhom inaqsu l-użu tal-aċidu sulfuriku billi jiġġeneraw mill-ġdid l-aċidu użat u jinnewtralizzaw l-ilma mormi ġġenerat b'dan il-proċess qabel ma' jitwassal għat-trattament tal-ilma mormi.

1.3.   Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tal-produzzjoni taż-żejt bażi

BAT 22.

Sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-sustanzi perikolużi fl-arja u fl-ilma mill-proċessi ta' produzzjoni taż-żejt bażi, il-BAT għandhom jużaw waħda mit-tekniki ta' hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Proċess magħluq b'irkupru ta' solvent

Proċess fejn is-solvent, wara li jintuża matul il-manifattura ta' żejt bażi (eż. fl-estrazzjoni, l-unitajiet ta' deparaffinazzjoni), jiġi rkuprat permezz tal-istadji ta' distillazzjoni u tqaxxir.

Ara t-Taqsima 1.20.7.

Ġeneralment applikabbli

ii.

Proċess ta' estrazzjoni ibbażat fuq solvent b'bosta effetti

Proċess ta' estrazzjoni ta' solvent inklużi bosta stadji ta' evaporazzjoni (eż. effett doppju jew tripplu) għal inqas telf ta' konteniment

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda.

L-użu ta' proċess b'effett tripplu jista' jkun ristrett għall-materja prima li ma tħammiġ

iii.

Proċessi tal-unità ta' estrazjoni bl-użu ta' sustanzi inqas perikolużi

Id-disinn (impjanti ġodda) jew l-implimentazzjoni ta' bidliet (f'dawk eżistenti) sabiex l-impjant jopera proċess ta' estrazzjoni tas-solventi bl-użu ta' solvent inqas perikoluż eż. il-konverżjoni ta' furfural jew l-estrazzjoni ta' fenol fil-proċess ta' n-metilpirrolidon (NMP)

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda.

Il-konverżjoni ta' unitajiet eżistenti għal proċess ieħor ibbażat fuq solvent bi proprjetajiet fiżiko-kimiċi differenti tista' tirrikjedi modifiki sostanzjali

iv.

Proċessi katalitiċi bbażati fuq l-idroġenazzjoni

Proċessi bbażati fuq il-konverżjoni ta' komposti mhux mixtieqa permezz tal-idroġenazzjoni katalitika simili għall-idrotrattament.

Ara t-Taqsima 1.20.3. (Idrotrattament)

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda

1.4.   Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tal-produzzjoni tal-bitumen

BAT 23.

Sabiex jiġu evitati u jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-proċess tal-produzzjoni tal-bitumen, il-BAT għandhom jittrattaw il-gass li joħroġ bl-użu ta' waħda mit-tekniki ta' hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Ossidazzjoni termali tal-gass li joħroġ b'aktar minn 800 °C

Ara t-Taqsima 1.20.6.

Ġeneralment applikabbli għall-unità tal-infiħ tal-bitumen.

ii.

Purifikazzjoni umda tal-gass li joħroġ

Ara t-Taqsima 1.20.3.

Ġeneralment applikabbli għall-unità tal-infiħ tal-bitumen.

1.5.   Konklużjonijiet BAT għall-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku fluwidu

BAT 24.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku (riġeneratur), il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

I.

Tekniki primarji jew relatati mal-proċess, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

Ottimizzazzjoni tal-proċess u użu ta' promoturi jew addittivi

i.

Ottimizzazzjoni tal-proċess

Kombinazzjoni ta' kundizzjonijiet jew prattiki tal-operat immirati li jnaqqsu l-formazzjoni ta' NOX, eż. it-tnaqqis tal-ossiġenu żejjed fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija fil-modalità ta' kombustjoni sħiħa, l-introduzzjoni tal-arja fi stadji tal-bojler tal-CO fil-modalità ta' kombustjoni parzjali, sakemm il-bojler tal-CO ikun iddisinnjat kif xieraq

Ġeneralment applikabbli

ii.

Promoturi tal-ossidazzjoni ta' NOX CO baxxi

L-użu ta' sustanza li tippromwovi b'mod selettiv il-kombustjoni ta' CO biss u tevita l-ossidazzjoni tan-nitroġenu li fih is-sustanzi intermedji għal NOX: eż. promoturi mhux tal-platinu

Applikabbli biss fil-modalità ta' kombustjoni sħiħa għas-sostituzzjoni tal-promoturi tal-CO bbażati fuq il-platinu.

Tista' tkun meħtieġa distribuzzjoni xierqa tal-arja fir-riġeneratur sabiex jinkiseb il-benefiċċju massimu

iii.

Addittivi speċifiċi għat-tnaqqis ta' NOX

L-użu ta' addittivi katalitiċi speċifiċi għat-tisħiħ tat-tnaqqis ta' NO bl-CO

Applikabbli biss fil-modalità ta' kombustjoni sħiħa f'disinn xieraq u b'eċċess ta' ossiġenu li jista' jinkiseb. L-applikabbiltà tal-addittivi tat-tnaqqis ta' NOX ibbażati fuq ir-ram tista' tkun limitata mill-kapaċità tal-kompressur tal-gass

II.

Tekniki sekondarji jew fil-punt tar-rimi, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Tnaqqis katalitiku selettiv (SCR)

Ara t-Taqsima 1.20.2.

Sabiex jiġi evitat it-tniġġis potenzjali downstream, tista' tkun meħtieġa filtrazzjoni addizzjonali upstream tal-SCR.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

ii.

Tnaqqis mhux katalitiku selettiv (SNCR)

Ara t-Taqsima 1.20.2.

Għall-FCCs ta' kombustjoni parzjali b'bojlers tal-CO, huwa meħtieġ ħin ta' residenza suffiċjenti fit-temperatura xierqa.

Għall-FCCs ta' kombustjoni sħiħa mingħajr bojlers awżiljarji, tista' tkun meħtieġa injezzjoni ta' fjuwil (eż. idroġenu) addizzjonali sabiex ikun hemm qbil ma' medda ta' temperatura aktar baxxa

iii.

Ossidazzjoni b'temperatura baxxa

Ara t-Taqsima 1.20.2.

Ħtieġa għall-kapaċità addizzjonali ta' purifikazzjoni.

Il-ġenerazzjoni tal-ożonu u l-ġestjoni tar-riskji assoċjata jridu jkunu indirizzati sewwa. L-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-ħtieġa għal trattament addizzjonali tal-ilma mormi u l-effetti transmedjali relatati (eż. l-emissjonijiet tan-nitrati) u bi provvista insuffiċjenti ta' ossiġenu likwidu (għall-ġenerazzjoni tal-ożonu).

L-applikabbiltà tat-teknika tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 4.

Tabella 4

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mir-riġeneratur fil-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku

Parametru

Tip ta' unità/modalità ta' kombustjoni

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

NOX, espress bħala NO2

Unità ġdida/modalitajiet kollha ta' kombustjoni

< 30 – 100

Unità eżistenti/modalità ta' kombustjoni sħiħa

< 100 – 300 (19)

Unità eżistenti/modalità ta' kombustjoni parzjali

100 – 400 (19)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

BAT 25.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab u l-metalli fl-arja mill-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku (riġeneratur), il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

I.

Tekniki primarji jew relatati mal-proċess, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

L-użu ta' katalizzatur reżistenti għall-attrizzjoni

Selezzjoni ta' sustanza katalista li tista' tirreżisti l-brix u l-frammentazzjoni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab

Ġeneralment applikabbli sakemm l-attività u s-selettività tal-katalizzatur huma suffiċjenti

ii.

L-użu ta' materja prima bi ftit kubrit (eż. permezz tas-selezzjoni tal-materja prima jew bl-idrotrattament tal-alimentazzjoni)

Is-selezzjoni tal-materja prima tiffavorixxi l-materja prima bi ftit kubrit fost is-sorsi possibbli li jridu jiġu pproċessati fl-unità.

L-idrotrattament jimmira li jnaqqas il-kubrit, in-nitroġenu u l-kontenut tal-metall tal-alimentazzjoni.

Ara t-Taqsima 1.20.3.

Tirrikjedi disponibbiltà suffiċjenti ta' materja prima bi ftit kubrit, produzzjoni tal-idroġenu u kapaċità ta' trattament tas-sulfid tal-idroġenu (H2S) (eż. unitajiet tal-ammini u Claus)

II.

Tekniki sekondarji jew fil-punt tar-rimi, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara t-Taqsima 1.20.1.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

ii.

Separaturi ċiklun b'bosta stadji

Ara t-Taqsima 1.20.1.

Ġeneralment applikabbli

iii.

Filtru kontrokurrent tat-tielet stadju

Ara t-Taqsima 1.20.1.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta

iv.

Purifikazzjoni umda

Ara t-Taqsima 1.20.3.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata f'żoni niexfa u fil-każ fejn il-prodotti sekondarji mit-trattament (inkluż eż. l-ilma mormi b'livell għoli ta' mluħa) ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw jew jintremew kif suppost.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 5.

Tabella 5

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab fl-arja mir-riġeneratur fil-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku

Parametru

Tip ta' unità

BAT-AEL (medja ta' kull xahar) (20)

mg/Nm3

Trab

Unità ġdida

10 – 25

Unità eżistenti

10 – 50 (21)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

BAT 26.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX fl-arja mill-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku (riġeneratur), il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

I.

Tekniki primarji jew relatati mal-proċess, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Użu ta' addittivi katalisti ta' tnaqqis ta' SOX

Użu ta' sustanza li tittrasferixxi l-kubrit assoċjat mal-kokk mir-riġeneratur lura lejn ir-reattur.

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta mid-disinn tal-kundizzjonijiet tar-riġeneratur.

Tirrikjedi kapaċità tat-tnaqqis tal-sulfid tal-idroġenu xierqa (eż. SRU)

ii.

L-użu ta' materja prima bi ftit kubrit (eż. permezz tas-selezzjoni tal-materja prima jew bl-idrotrattament tal-alimentazzjoni)

Is-selezzjoni tal-materja prima tiffavorixxi l-materja prima bi ftit kubrit fost is-sorsi possibbli li jridu jiġu pproċessati fl-unità.

L-idrotrattament jimmira li jnaqqas il-kubrit, in-nitroġenu u l-kontenut tal-metall tal-alimentazzjoni.

Ara d-deskrizzjoni fit-Taqsima 1.20.3

Tirrikjedi disponibbiltà suffiċjenti ta' materja prima bi ftit kubrit, produzzjoni tal-idroġenu u kapaċità ta' trattament tas-sulfid tal-idroġenu (H2S) (eż. unitajiet tal-ammini u Claus)

II.

Tekniki sekondarji jew fil-punt tar-rimi, bħal:

Tekniki

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Purifikazzjoni mhux riġenerattiva

Purifikazzjoni umda jew purifikazzjoni bl-ilma baħar.

Ara t-Taqsima 1.20.3.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata f'żoni niexfa u fil-każ fejn il-prodotti sekondarji mit-trattament (inkluż eż. l-ilma mormi b'livell għoli ta' mluħa) ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw jew jintremew kif suppost.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

ii.

Purifikazzjoni riġenerattiva

L-użu ta' reaġent ta' assorbiment ta' SOX speċifiku (eż. soluzzjoni ta' assorbiment) li ġeneralment jippermetti l-irkupru tal-kubrit bħala prodott sekondarju tul ċiklu ta' riġenerazzjoni meta r-reaġent jerġa' jintuża.

Ara t-Taqsima 1.20.3.

L-applikabbiltà hija limitata għall-każ fejn il-prodotti sekondarji riġenerati jistgħu jinbiegħu.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-kapaċità eżistenti tal-irkupru tal-kubrit kif ukoll mid-disponibbilà tal-ispazju

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 6.

Tabella 6

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mir-riġeneratur fil-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku

Parametru

Tip ta' unitajiet/modalità

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

SO2

Unitajiet ġodda

≤ 300

Unitajiet eżistenti/kombustjoni sħiħa

< 100 – 800 (22)

Unitajiet eżistenti/kombustjoni parzjali

100 – 1 200  (22)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

BAT 27.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) fl-arja mill-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku (riġeneratur), il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Kontroll tal-operazzjoni tal-kombustjoni

Ara t-Taqsima 1.20.5.

Ġeneralment applikabbli

ii.

Katalizzaturi bil-promoturi tal-ossidazzjoni tal-monossidu tal-karbonju (CO)

Ara t-Taqsima 1.20.5.

Ġeneralment applikabbli biss fil-modalità ta' kombustjoni sħiħa

iii.

Bojler tal-monossidu tal-karbonju (CO)

Ara t-Taqsima 1.20.5.

Ġeneralment applikabbli biss fil-modalità ta' kombustjoni parzjali

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 7.

Tabella 7

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju fl-arja mir-riġeneratur fil-proċess tal-ikkrekkjar katalitiku għall-modalità ta' kombustjoni parzjali

Parametru

Modalità ta' kombustjoni

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

Monossidu tal-karbonju, espress bħala CO

Modalità ta' kombustjoni parzjali

≤ 100 (23)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

1.6.   Konklużjonijiet BAT għall-proċess tar-riformar katalitiku

BAT 28.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dibenżodiossini poliklorinati/furans (PCDD/F) fl-arja mill-proċess tar-riformar katalitiku, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

(i)

Għażla tal-promotur katalist

L-użu ta' promotur katalist sabiex titnaqqas il-formazzjoni tad-dibenżodiossini poliklorinati/furans (PCDD/F) matul ir-riġenerazzjoni.

Ara t-Taqsima 1.20.7.

Ġeneralment applikabbli

(ii)   

Trattament tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija tar-riġenerazzjoni

a.

Ċiklu tar-riċiklaġġ tal-gass għar-riġenerazzjoni b'bażi ta' adsorbiment

Il-gass ta' skart mill-istadju ta' riġenerazzjoni huwa ttrattat sabiex jitneħħew il-komposti klorinati (eż. diossini)

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tiddependi fuq id-disinn attwali tal-unità ta' riġenerazzjoni

b.

Purifikazzjoni umda

Ara t-Taqsima 1.20.3.

Mhux applikabbli għar-riformaturi semi-riġenerattivi

c.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara t-Taqsima 1.20.1.

Mhux applikabbli għar-riformaturi semi-riġenerattivi

1.7.   Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tal-ikkokkjar

BAT 29.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-ikkokkjar, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom:

Tekniki primarji jew relatati mal-proċess, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Ġbir u riċiklaġġ tas-sustanzi fini tal-ikkokkjar

Ġbir u riċiklaġġ sistematiku tas-sustanzi fini tal-ikkokkjar iġġenerati matul il-proċess kollu tal-ikkokkjar (tħaffir, ġestjoni, tifrik, tkessiħ, eċċ.)

Ġeneralment applikabbli

ii.

Ġestjoni u ħażna tal-kokk skont BAT 3

Ara BAT 3.

Ġeneralment applikabbli

iii.

Użu ta' sistema magħluqa bi tnaqqis tal-pressjoni

Sistema ta' twaqqif għat-tnaqqis tal-pressjoni miċ-ċilindri tal-kokk

Ġeneralment applikabbli

iv.

Irkupru tal-gass (inkluż l-ivventjar qabel maċ-ċilindru jinfetaħ lill-atmosfera) bħala komponent tal-gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG)

It-twettiq tal-ivventjar miċ-ċilindru tal-kokk lill-kompressur tal-gass biex jiġi rkuprat bħala RFG, aktar milli l-ivvampjar.

Għall-proċess ta' flessikokkjar, huwa meħtieġ stadju ta' konverżjoni (għall-konverżjoni tas-sulfid tal-karbonil (COS) fi H2S) qabel it-trattament tal-gass mill-unità tal-ikkokkjar

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tat-tekniki tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

BAT 30.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-proċess tal-kalċinazzjoni ta' kokk mhux maħdum, il-BAT iridu jużaw tnaqqis mhux katalitiku selettiv (SNCR).

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.20.2.

Applikabbiltà

L-applikabbiltà tat-teknika tal-SNCR (speċjalment fir-rigward tal-ħin ta' residenza u l-medda tat-temperatura) tista' tkun ristretta minħabba l-ispeċifiċità tal-proċess ta' kalċinazzjoni.

BAT 31.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX fl-arja mill-proċess tal-kalċinazzjoni ta' kokk mhux maħdum, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Purifikazzjoni mhux riġenerattiva

Purifikazzjoni umda jew purifikazzjoni bl-ilma baħar.

Ara t-Taqsima 1.20.3.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata f'żoni niexfa u fil-każ fejn il-prodotti sekondarji mit-trattament (inkluż eż. l-ilma mormi b'livell għoli ta' mluħa) ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw jew jintremew kif suppost.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

ii.

Purifikazzjoni riġenerattiva

L-użu ta' reaġent ta' assorbiment ta' SOX speċifiku (eż. soluzzjoni ta' assorbiment) li ġeneralment jippermetti l-irkupru tal-kubrit bħala prodott sekondarju tul ċiklu ta' riġenerazzjoni meta r-reaġent jerġa' jintuża.

Ara t-Taqsima 1.20.3.

L-applikabbiltà hija limitata għall-każ fejn il-prodotti sekondarji riġenerati jistgħu jinbiegħu.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-kapaċità eżistenti tal-irkupru tal-kubrit kif ukoll mid-disponibbiltà tal-ispazju

BAT 32.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trab fl-arja mill-proċess tal-kalċinazzjoni ta' kokk mhux maħdum, il-BAT iridu jużaw kombinazzjoni tat-tekniki mogħtija hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara t-Taqsima 1.20.1

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju.

Għall-produzzjoni tal-kalċinazzjoni tal-kokk bil-grafit jew anodu, l-applikabbiltà tista' tkun ristretta minħabba r-reżistenza għolja tal-partikoli tal-kokk

ii.

Separaturi ċiklun b'bosta stadji

Ara t-Taqsima 1.20.1

Ġeneralment applikabbli

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 8

Tabella 8

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tat-trab minn unità għall-kalċinazzjoni ta' kokk mhux maħdum

Parametru

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

Trab

10 – 50 (24)  (25)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

1.8.   Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tat-tneħħija tal-melħ

BAT 33.

Sabiex jitnaqqas il-konsum tal-ilma u l-emissjonijiet fl-ilma mill-proċess tat-tneħħija tal-melħ, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Riċiklaġġ tal-ilma u ottimizzazzjoni tal-proċess tat-tneħħija tal-melħ

Grupp ta' prattiki tajba tat-tneħħija tal-melħ bl-għan li jtejbu l-effiċjenza tal-unità li tneħħi l-melħ u jnaqqsu l-użu tal-ilma tal-ħasil eż. l-użu ta' mezzi għat-taħlit b'saħħa ta' tiċrit (shear) baxxa, pressjoni baxxa tal-ilma. Tinkludi l-ġestjoni tal-parametri ewlenin għall-istadji tal-ħasil (eż. taħlit tajjeb) u s-separazzjoni (eż. pH, densità, viskożità, potenzjal tal-kamp elettriku għall-koalexxenza)

Ġeneralment applikabbli

ii.

Unità għat-tneħħija tal-melħ b'bosta stadji

L-unitajiet għat-tneħħija tal-melħ b'bosta stadji joperaw biż-żieda tal-ilma u d-deidrazzjoni, ripetuti permezz ta' żewġ stadji jew aktar għall-kisba ta' effiċjenza aħjar fis-separazzjoni u għalhekk inqas korrużjoni fi proċessi ulterjuri

Applikabbli għall-unitajiet ġodda

iii.

Stadju ta' separazzjoni addizzjonali

Separazzjoni addizzjonali msaħħa għaż-żejt/ilma u s-solidi/ilma ddisinjata għat-tnaqqis taċ-ċarġ taż-żejt għall-impjant tat-trattament tal-ilma mormi u r-riċiklaġġ tiegħu fil-proċess. Din tinkludi eż. ċilindru ta' dikantazzjoni, l-użu ta' kontrolluri tal-livell tal-interfaċċja ottimali

Ġeneralment applikabbli

1.9.   Konklużjonijiet BAT għall-unitajiet tal-kombustjoni

BAT 34.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-unitajiet tal-kombustjoni, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

I.

Tekniki primarji jew relatati mal-proċess, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.   

Selezzjoni jew trattament tal-fjuwil

(a)

Użu tal-gass għas-sostituzzjoni tal-fjuwil likwidu

Il-gass ġeneralment fih inqas nitroġenu minn likwidu u l-kombustjoni tiegħu twassal għal livell aktar baxx ta' emissjonijiet ta' NOX.

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' fjuwils tal-gass bi ftit kubrit, li tista' tiġi affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

(b)

Użu ta' żejt kombustibbli tar-raffinerija (RFO) bi ftit nitroġenu eż. permezz tas-selezzjoni tal-RFO jew l-idrotrattament tal-RFO

Is-selezzjoni taż-żejt kombustibbli tar-raffinerija tiffavorixxi l-fjuwils likwidi bi ftit nitroġenu fost is-sorsi possibbli li jridu jintużaw fl-unità.

L-idrotrattament jimmira li jnaqqas il-kubrit, in-nitroġenu u l-kontenut tal-metall tal-fjuwil.

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà hija limitata mid-disponibbiltà ta' fjuwils likwidi bi ftit nitroġenu, il-produzzjoni tal-idroġenu u kapaċità ta' trattament tas-sulfid tal-idroġenu (H2S) (eż. unitajiet tal-ammini u Claus)

ii.   

Modifiki tal-kombustjoni

(a)

Kombustjoni fi stadji:

l-introduzzjoni tal-arja fi stadji

l-introduzzjoni tal-fjuwil fi stadji

Ara t-Taqsima 1.20.2

L-introduzzjoni tal-fjuwil fi stadji għat-tqabbid imħallat jew likwidu tista' tirrikjedi disinn speċifiku tal-berner

(b)

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara t-Taqsima 1.20.2

Ġeneralment applikabbli

(c)

Riċirkolazzjoni tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija

Ara t-Taqsima 1.20.2

Applikabbli permezz tal-użu ta' berners speċifiċi b'riċirkolazzjoni interna tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta għaż-żieda tar-riċirkolazzjoni esterna tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija fl-unitajiet b'modalità ta' operazzjoni tal-kurrent sfurzata/indotta

(d)

Injezzjoni dilwenti

Ara t-Taqsima 1.20.2

Ġeneralment applikabbli għat-turbini tal-gass fejn ikunu disponibbli dilwenti inerti xierqa

(e)

Użu ta' berners bi ftit NOX (LNB)

Ara t-Taqsima 1.20.2

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda filwaqt li titqies il-limitazzjoni speċifika għall-fjuwil (eż. għaż-żejt tqil).

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun ristretta mill-kumplessità kkawżata mill-kundizzjonijiet speċifiċi għas-sit eż. id-disinn tal-ifran, l-apparat ta' madwaru.

F'każijiet speċifiċi ħafna jistgħu jkunu meħtieġa modifiki sostanzjali.

L-applikabbiltà tista' tkun ristretta għall-ifran fil-proċess tal-ikkokkjar imdewwem, minħabba ġenerazzjoni possibbli tal-kokk fl-ifran.

Fit-turbini tal-gass, l-applikabbiltà hija ristretta għall-fjuwils b'kontenut baxx ta' idroġenu (ġeneralment < 10 %)

II.

Tekniki sekondarji jew fil-punt tar-rimi, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Tnaqqis katalitiku selettiv (SCR)

Ara t-Taqsima 1.20.2

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba r-rekwiżiti għal spażju sinifikanti u injezzjoni reattiva ottimali

ii.

Tnaqqis mhux katalitiku selettiv (SNCR)

Ara t-Taqsima 1.20.2

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet ġodda.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata minħabba r-rekwiżit għall-medda tat-temperatura u l-ħin ta' residenza li għandhom jintlaħqu mill-injezzjoni reattiva

iii.

Ossidazzjoni b'temperatura baxxa

Ara t-Taqsima 1.20.2

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-ħtieġa għal kapaċità addizzjonali ta' purifikazzjoni u mill-fatt li l-ġenerazzjoni tal-ożonu u l-ġestjoni tar-riskji assoċjata jridu jkunu indirizzati sewwa.

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mill-ħtieġa għal trattament addizzjonali tal-ilma mormi u l-effetti transmedjali relatati (eż. l-emissjonijiet tan-nitrati) u bi provvista insuffiċjenti ta' ossiġenu likwidu (għall-ġenerazzjoni tal-ożonu).

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tat-teknika tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

iv.

Teknika kombinata ta' SNOX

Ara t-Taqsima 1.20.4

Applikabbli biss għall-fluss għoli ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija (eż. > 800 000 Nm3/h) u meta t-tnaqqis kombinat ta' NOX u SOX huwa meħtieġ

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 9, it-Tabella 10 u t-Tabella 11.

Tabella 9

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja minn turbina tal-gass

Parametru

Tip ta' tagħmir

BAT-AEL (26)

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3 fi 15 % O2

NOX espress bħala NO2

Turbina tal-gass (inkluża t-turbina tal-gass b'ċiklu kkombinat — CCGT) u turbina b'ċiklu kombinat b'gassifikazzjoni integrata (IGCC)

40 – 120

(turbina eżistenti)

20 – 50

(turbina ġdida) (27)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

Tabella 10

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja minn unità ta' kombustjoni mqabbda bil-gass, bl-eċċezzjoni tat-turbini tal-gass

Parametru

Tip ta' kombustjoni

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

NOX, espress bħala NO2

Tqabbid bil-gass

30 – 150

għal unità eżistenti (28)

30 – 100

għal unità ġdida

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

Tabella 11

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOX fl-arja minn unità ta' kombustjoni mqabbda b'bosta fjuwils bl-eċċezzjoni tat-turbini tal-gass

Parametru

Tip ta' kombustjoni

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

NOX, espress bħala NO2

Unità ta' kombustjoni b'bosta fjuwils

30 – 300

għal unità eżistenti (29)  (30)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

BAT 35.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' trab u metall fl-arja mill-unitajiet tal-kombustjoni, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

I.

Tekniki primarji jew relatati mal-proċess, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.   

Selezzjoni jew trattament tal-fjuwil

(a)

Użu tal-gass għas-sostituzzjoni tal-fjuwil likwidu

Kombustjoni bil-gass minflok likwidu twassal għal livell aktar baxx ta' emissjonijiet ta' trab

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' fjuwils bi ftit kubrit bħall-gass naturali, li tista' tiġi affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

(b)

Użu ta' żejt kombustibbli tar-raffinerija (RFO) bi ftit kubrit eż. permezz tas-selezzjoni tal-RFO jew l-idrotrattament tal-RFO

Is-selezzjoni taż-żejt kombustibbli tar-raffinerija tiffavorixxi l-fjuwils likwidi bi ftit kubrit fost is-sorsi possibbli li jridu jintużaw fl-unità.

L-idrotrattament jimmira li jnaqqas il-kubrit, in-nitroġenu u l-kontenut tal-metall tal-fjuwil.

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà ta' fjuwils likwidi bi ftit kubrit, il-produzzjoni tal-idroġenu u l-kapaċità ta' trattament tas-sulfid tal-idroġenu (H2S) (eż. unitajiet tal-ammini u Claus)

ii.   

Modifiki tal-kombustjoni

(a)

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Ara t-Taqsima 1.20.2

Ġeneralment applikabbli għat-tipi kollha ta' kombustjoni

(b)

Atomizzazzjoni tal-fjuwil likwidu

Użu ta' pressjoni għolja biex jitnaqqas id-daqs tal-qtar tal-fjuwil likwidu.

Id-disinni reċenti tal-berners ottimali ġeneralment jinkludu l-atomizzazzjoni tal-fwar

Ġeneralment applikabbli għat-tqabbid fil-fjuwil likwidu

II.

Tekniki sekondarji jew fil-punt tar-rimi, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Ara t-Taqsima 1.20.1

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

ii.

Filtru kontrokurrent tat-tielet stadju

Ara t-Taqsima 1.20.1

Ġeneralment applikabbli

iii.

Purifikazzjoni umda

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà tista' tkun limitata f'żoni niexfa u fil-każ fejn il-prodotti sekondarji mit-trattament (inkluż eż. l-ilma mormi b'livell għoli ta' melħ) ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw jew jintremew kif suppost. Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tat-teknika tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

iv.

Apparti għall-ħasil ċentrifugi

Ara t-Taqsima 1.20.1

Ġeneralment applikabbli

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 12.

Tabella 12

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' trab fl-arja minn unità ta' kombustjoni mqabbda b'bosta fjuwils bl-eċċezzjoni tat-turbini tal-gass

Parametru

Tip ta' kombustjoni

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

Trab

Tqabbid b'bosta fjuwils

5 – 50

għal unità eżistenti (31)  (32)

5 – 25

għal unità ġdida < 50 MW

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

BAT 36.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' SOX fl-arja mill-unitajiet tal-kombustjoni, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

I.

Tekniki primarji jew relatati mal-proċess, ibbażati fuq selezzjoni jew trattament tal-fjuwil, bħal:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Użu tal-gass għas-sostituzzjoni tal-fjuwil likwidu

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà tista' tkun limitata mir-restrizzjonijiet assoċjati mad-disponibbiltà ta' fjuwils bi ftit kubrit bħall-gass naturali, li tista' tiġi affettwata mill-politika dwar l-enerġija tal-Istat Membru

ii.

Trattament tal-gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG)

Il-konċentrazzjoni residwa ta' H2S fl-RFG tiddependi fuq il-parametru tal-proċess ta' trattament eż. il-pressjoni tal-purifikazzjoni bl-ammini.

Ara t-Taqsima 1.20.3

Għall-gass ta' enerġija baxxa li fih is-sulfid tal-karbonil (COS) eż. mill-unitajiet tal-ikkokkjar, jista' jkun meħtieġ konvertitur qabel it-tneħħija ta' H2S

iii.

Użu ta' żejt kombustibbli tar-raffinerija (RFO) bi ftit kubrit eż. permezz tas-selezzjoni tal-RFO jew l-idrotrattament tal-RFO

Is-selezzjoni taż-żejt kombustibbli tar-raffinerija tiffavorixxi l-fjuwils likwidi bi ftit kubrit fost is-sorsi possibbli li jridu jintużaw fl-unità.

L-idrotrattament jimmira li jnaqqas il-kubrit, in-nitroġenu u l-kontenut tal-metall tal-fjuwil.

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà hija limitata mid-disponibbiltà ta' fjuwils likwidi bi ftit kubrit, il-produzzjoni tal-idroġenu u l-kapaċità ta' trattament tas-sulfid tal-idroġenu (H2S) (eż. unitajiet tal-ammini u Claus)

II.

Tekniki sekondarji jew fil-punt tar-rimi:

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Purifikazzjoni mhux riġenerattiva

Purifikazzjoni umda jew purifikazzjoni bl-ilma baħar.

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà tista' tkun limitata f'żoni niexfa u fil-każ fejn il-prodotti sekondarji mit-trattament (inkluż eż. l-ilma mormi b'livell għoli ta' mluħa) ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw jew jintremew kif suppost.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tat-teknika tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

ii.

Purifikazzjoni riġenerattiva

L-użu ta' reaġent ta' assorbiment ta' SOX speċifiku (eż. soluzzjoni ta' assorbiment) li ġeneralment jippermetti l-irkupru tal-kubrit bħala prodott sekondarju tul ċiklu ta' riġenerazzjoni meta r-reaġent jerġa' jintuża.

Ara t-Taqsima 1.20.3

L-applikabbiltà hija limitata għall-każ fejn il-prodotti sekondarji riġenerati jistgħu jinbiegħu.

Iż-żieda ta' komponent mal-unitajiet eżistenti tista' tkun limitata mill-kapaċità eżistenti tal-irkupru tal-kubrit.

Għall-unitajiet eżistenti, l-applikabbiltà tat-teknika tista' tkun limitata mid-disponibbiltà tal-ispazju

iii.

Teknika kombinata ta' SNOX

Ara t-Taqsima 1.20.4

Applikabbli biss għall-fluss għoli ta' gass mit-tromba taċ-ċumnija (eż. > 800 000 Nm3/h) u meta t-tnaqqis kombinat ta' NOX u SOX huwa meħtieġ

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 13 u t-Tabella 14.

Tabella 13

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja minn unità ta' kombustjoni li taħraq il-gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG), bl-eċċezzjoni tat-turbini tal-gass

Parametru

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

SO2

5 – 35 (33)

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

Tabella 14

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja minn unitajiet ta' kombustjoni mqabbdin b'bosta fjuwils bl-eċċezzjoni tat-turbini tal-gass u l-magni tal-gass stazzjonarji

Dan il-BAT-AEL jirreferi għall-emissjonijiet medji peżati mill-unitajiet ta' kombustjoni eżistenti mqabbdin b'bosta fjuwils fir-raffinerija, bl-eċċezzjoni tat-turbini tal-gass u l-magni tal-gass stazzjonarji.

Parametru

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

SO2

35 – 600

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

BAT 37.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) fl-arja mill-unitajiet tal-kombustjoni, il-BAT iridu jużaw kontroll tal-operazzjoni tal-kombustjoni.

Deskrizzjoni

Ara t-Taqsima 1.20.5.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 15.

Tabella 15

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju fl-arja minn unità ta' kombustjoni

Parametru

BAT-AEL

(medja ta' kull xahar)

mg/Nm3

Monossidu tal-karbonju, espress bħala CO

≤ 100

Il-monitoraġġ assoċjat huwa fil-BAT 4.

1.10.   Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tal-eterifikazzjoni

BAT 38.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-proċess tal-eterifikazzjoni, il-BAT għandhom jiżguraw it-trattament xieraq tal-effluwent gassuż tal-proċess billi iwassluhom lejn is-sistema tal-gas kombustibbli tar-raffinerija.

BAT 39.

Sabiex jiġi evitat it-tfixkil tal-bijotrattament, il-BAT għandhom jużaw tank tal-ħażna u ġestjoni tal-pjan tal-produzzjoni tal-unità xierqa għall-kontroll tal-kontenut maħlul ta' komponenti tossiċi (eż. metanol, aċidu formiku, eteri) tal-fluss tal-ilma mormi qabel it-trattament finali.

1.11.   Konklużjonijiet BAT għall-proċess ta' isomerizzazzjoni

BAT 40.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja ta' komposti klorinati, il-BAT għandhom jottimizzaw l-użu tal-komposti organiċi klorinati użati biex tinżamm l-attività katalista meta tali proċess ikun fis-seħħ jew tuża sistemi katalitiċi mhux klorinati.

1.12.   Konklużjonijiet BAT għar-raffinerija tal-gass naturali

BAT 41.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit fl-arja mill-impjant tal-gass naturali, il-BAT għandhom japplikaw BAT 54.

BAT 42.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOX) fl-arja mill-impjant tal-gass naturali, il-BAT għandhom japplikaw BAT 34.

BAT 43.

Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tal-merkurju meta jkun preżenti fil-gass naturali mhux maħdum, il-BAT għandhom ineħħu l-merkurju u jirkupraw il-ħama li jkun fiha l-merkurju għar-rimi tal-iskart.

1.13.   Konklużjonijiet BAT għall-proċess ta' distillazzjoni

BAT 44.

Sabiex tiġi evitata jew titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-fluss tal-ilma mormi mill-proċess ta' distillazzjoni, il-BAT għandhom jużaw pompi li joħolqu vakwu b'ċirku tal-likwidu jew kondensaturi tal-wiċċ.

Applikabbiltà

Tista' ma tkunx applikabbli f'xi każijiet ta' żieda ta' komponenti aktar tard. Għall-unitajiet ġodda, il-pompi li joħolqu vakwu, flimkien jew mhux flimkien ma' espulsuri, jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jinkiseb vakwu għoli (10 mm Hg). Barra minn hekk, għandu jkun hemm pompa oħra disponibbli fil-każ li l-pompa li toħloq vakwu ma taħdimx.

BAT 45.

Sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas it-tniġġis tal-ilma mill-proċess ta' distillazzjoni, il-BAT għandhom iwasslu l-ilma sulfurat lejn l-unità tat-tqaxxir.

BAT 46.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-unitajiet tad-distillazzjoni, il-BAT għandhom jiżguraw it-trattament xieraq tal-effluwent gassuż tal-proċess, speċjalment l-effluwent gassuż mhux kondensabbli, permezz tat-tneħħija tal-gass aċiduż qabel l-użu ulterjuri.

Applikabbiltà

Ġeneralment applikabbli għall-unitajiet tad-distillazzjoni mhux raffinata u bil-vakwu. Tista' ma tkunx applikabbli għar-raffineriji awtonomi tal-lubrikanti u l-bitumen b'emissjonijiet ta' inqas minn 1 t/d ta' komposti ta' kubrit. F'konfigurazzjonijiet speċifiċi tar-raffinerija, l-applikabbiltà tista' tkun ristretta, minħabba l-ħtieġa għal eż. pajpijiet kbar, kumpressuri jew kapaċità addizzjonali għat-trattament tal-ammina.

1.14.   Konklużjonijiet BAT għall-proċessi tat-trattament tal-prodotti

BAT 47.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-proċess tat-trattament tal-prodotti, il-BAT għandhom jiżguraw ir-rimi kif suppost tal-effluwent gassuż, speċjalment l-arja użata li jkollha riħa mill-unitajiet tat-taħlil, billi iwassluhom għall-qerda, eż. permezz tal-inċinerazzjoni.

Applikabbiltà

Ġeneralment applikabbli għall-proċessi tat-trattament tal-prodotti fejn il-flussi tal-gass jistgħu jiġu pproċessati b'mod sikur għall-unitajiet ta' qerda. Tista' ma tkunx applikabbli għall-unitajiet tat-taħlil, minħabba raġunijiet ta' sikurezza.

BAT 48.

Sabiex jitnaqqas il-ħolqien tal-iskart u tal-ilma mormi meta proċess tat-trattament tal-prodotti bl-użu tal-kawstika jkun fis-seħħ, il-BAT għandhom jużaw soluzzjoni kawstika kaskata u ġestjoni globali tal-kawstika użata, inkluż ir-riċiklaġġ wara t-trattament xieraq, eż. bit-tqaxxir.

1.15.   Konklużjonijiet BAT għall-proċessi ta' ħażna uġestjoni

BAT 49.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet VOC fl-arja mill-ħażna ta' komposti tal-idrokarburi likwidi volatili, il-BAT għandhom jużaw tankijiet għall-ħażna fuq saqaf mhux fiss mgħammra b'siġilli ta' effiċjenza għolja jew tank fuq saqaf fiss konness ma' sistema tal-irkupru tal-fwar.

Deskrizzjoni

Is-siġilli b'effiċjenza għolja huma apparat speċifiku għall-limitazzjoni tat-telf ta' fwar, eż. siġilli primarji mtejba, siġilli multipli (sekondarji jew terzjarji) addizzjonali (skont il-kwantità emessa).

Applikabbiltà

L-applikabbiltà tas-siġilli b'effiċjenza għolja tista' tkun ristretta għas-siġilli terzjarji li jitwaħħlu wara fit-tankijiet eżistenti.

BAT 50.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' VOC fl-arja mill-ħażna tal-komposti tal-idrokarburi likwidi volatili, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Ħasil manwali tat-tank taż-żejt mhux raffinat

Il-ħasil tat-tank taż-żejt isir minn ħaddiema li jidħlu fit-tank u jneħħu l-ħama manwalment

Ġeneralment applikabbli

ii.

Użu ta' sistema ċirkolari magħluqa

Għall-ispezzjonijiet interni, it-tankijiet perjodikament jiġu żvujtati, jinħaslu u magħmula ħielsa mill-gass. Dan il-ħasil jinkludi li jinħall il-qiegħ tat-tank. Is-sistemi ċirkolari magħluqa li jistgħu jiġu kkombinati b'tekniki ta' tnaqqis mobbli fil-punt tar-rimi jevitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet tal-VOC

L-applikabbiltà tista' tkun limitata minn eż. it-tip ta' residwi, il-kostruzzjoni tas-saqaf tat-tank jew il-materjali tat-tank

BAT 51.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet fil-ħamrija u l-ilma ta' taħt l-art mill-ħażna tal-komposti tal-idrokarburi likwidi, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Programm ta' manutenzjoni inkluż il-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni

Sistema ta' ġestjoni inklużi kontrolli għad-detezzjoni tat-tixrid u kontrolli operattivi biex jiġi evitat il-mili żejjed, il-kontroll tal-inventorju u proċeduri ta' spezzjoni bbażati fuq ir-riskji fit-tankijiet f'intervalli sabiex tingħata prova tal-integrità tagħhom, u manutenzjoni biex jitjieb il-konteniment tat-tank. Tinkludi wkoll sistema għar-rispons tal-konsegwenzi tat-tixrid biex taġixxi qabel it-tixrid jasal fl-ilma ta' taħt l-art. Għandha tiġi infurzata b'mod speċjali matul il-perjodi ta' manutenzjoni

Ġeneralment applikabbli

ii.

Tankijiet b'qiegħ doppju

Qiegħ impermeabbli ieħor li jipprovdi miżura ta' protezzjoni kontra r-rilaxxi mill-ewwel materjal

Ġeneralment applikabbli għat-tankijiet ġodda u wara l-eżami tat-tankijiet eżistenti (34)

iii.

Riti impermeabbli tal-membrana

Ostaklu kontinwu għat-tixrid taħt il-qiegħ kollu tat-tank

Ġeneralment applikabbli għat-tankijiet ġodda u wara l-eżami tat-tankijiet eżistenti (34)

iv.

Konteniment suffiċjenti tal-ħajt ta' protezzjoni madwar iż-żona tat-tankijiet

Ħajt ta' protezzjoni madwar iż-żona tat-tankijiet huwa ddisinjat biex iżomm it-tixrid kbir ikkawżat minn ksur tal-qoxra jew mili żejjed (għal raġunijiet ambjentali u ta' sikurezza). Id-daqs u r-regoli għall-bini assoċjati ġeneralment jiġu definiti mir-regolamenti lokali

Ġeneralment applikabbli

BAT 52.

Sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' VOC fl-arja mill-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt tal-komposti tal-idrokarburi likwidi volatili, il-BAT iridu jużaw waħda mit-tekniki mogħtija hawn taħt jew taħlita tagħhom sabiex tikseb rata ta' rkupru ta' mill-inqas 95 %.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà (35)

Irkupru tal-fwar permezz ta':

i.

Kondensazzjoni

ii.

Assorbiment

iii.

Adsorbiment

iv.

Separazzjoni tal-membrana

v.

Sistemi ibridi

Ara t-Taqsima 1.20.6

Ġeneralment applikabbli għall-operazzjonijiet ta' tagħbija/ħatt meta t-throughput annwali huwa > 5 000 m3/sena. Mhux applikabbli għall-operazzjonijiet ta' tagħbija/ħatt għall-bastimenti tal-baħar bi throughput annwali ta' < 1 miljun m3/sena

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 16.

Tabella 16

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet tal-VOC mhux tal-metan u tal-benżen fl-arja mill-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt tal-komposti tal-idrokarburi likwidi volatili

Parametru

BAT-AEL

(medja ta' kull siegħa) (36)

NMVOC

0,15 – 10 g/Nm3  (37)  (38)

Benżen (38)

< 1 mg/Nm3

1.16.   Konklużjonijiet BAT għat-tnaqqis tal-viskożità u proċessi termali oħrajn

BAT 53.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-ilma mit-tnaqqis tal-viskożità u proċessi termali oħrajn, il-BAT għandhom jiżguraw it-trattament xieraq tal-flussi tal-ilma mormi bl-applikazzjoni tat-tekniki ta' BAT 11.

1.17.   Konklużjonijiet BAT għat-trattament tal-kubrit fil-gass ta' skart

BAT 54.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-kubrit fl-arja mill-effluwent gassuż li jkun fih is-sulfidi tal-idroġenu (H2S), il-BAT iridu jużaw it-tekniki kollha ta' hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà (39)

i.

Tneħħija tal-gass aċiduż eż. permezz tat-trattament tal-ammina

Ara t-Taqsima 1.20.3

Ġeneralment applikabbli

ii.

Unità tal-irkupru tal-kubrit (SRU) eż. permezz tal-proċess Claus

Ara t-Taqsima 1.20.3

Ġeneralment applikabbli

iii.

Unità tat-trattament tal-gassijiet residwi (TGTU)

Ara t-Taqsima 1.20.3

Għaż-żieda ta' komponenti mal-SRU eżistenti, l-applikabbiltà tista' tkun limitata mid-daqs tal-SRU u l-konfigurazzjoni tal-unitajiet u t-tip ta' proċess għall-irkupru tal-kubrit diġà fis-seħħ

Livelli tal-prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (BAT-AEPL): Ara t-Tabella 17.

Tabella 17

Livelli tal-prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT għal sistema ta' rkupru tal-kubrit (H2S) mill-gass ta' skart

 

Livelli tal-prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-BAT (medja ta' kull xahar)

Tneħħija tal-gass aċiduż

Il-kisba tat-tneħħija tas-sulfidi tal-idroġenu (H2S) fl-RFG trattat sabiex jiġu ssodisfati il-BAT-AEL għat-tqabbid tal-gass għal BAT 36

Effiċjenza tal-irkupru tal-kubrit (40)

Unità ġdida: 99,5 – > 99,9 %

Unità eżistenti: ≥ 98,5 %

Il-monitoraġġ assoċjat huwa deskritt fi BAT 4.

1.18.   Konklużjonijiet BAT għall-fjakkoli

BAT 55.

Sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet fl-arja mill-fjakkoli, il-BAT għandhom jużaw l-ivvampjar biss għal raġunijiet ta' sikurezza jew għall-kundizzjonijiet operattivi mhux normali (eż. il-bidu, it-tmiem).

BAT 56.

Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja mill-fjakkoli meta l-ivvampjar ikun inevitabbli, il-BAT għandhom jużaw it-tekniki ta' hawn taħt.

Teknika

Deskrizzjoni

Applikabbiltà

i.

Disinn korrett tal-impjant

Ara t-Taqsima 1.20.7

Applikabbli għall-unitajiet ġodda.

Is-sistema għall-irkupru tal-gass tal-fjakkoli tista' tiżdied wara fl-unitajiet eżistenti

ii.

Ġestjoni tal-impjant

Ara t-Taqsima 1.20.7

Ġeneralment applikabbli

iii.

Disinn korrett tal-apparat tal-ivvampjar

Ara t-Taqsima 1.20.7

Applikabbli għall-unitajiet ġodda

iv.

Monitoraġġ u rapportar

Ara t-Taqsima 1.20.7

Ġeneralment applikabbli

1.19.   Konklużjonijiet BAT għall-ġestjoni integrata tal-emissjonijiet

BAT 57.

Sabiex jinkiseb tnaqqis globali tal-emissjonijiet ta' NOX fl-arja mill-unitajiet tal-kombustjoni u l-unitajiet tal-ikkrekkjar katalitiku fluwidu (FCC), il-BAT għandhom jużaw teknika ta' ġestjoni integrata tal-emissjonijiet bħala alternattiva tal-applikazzjoni ta' BAT 24 u BAT 34.

Deskrizzjoni

It-teknika tikkonsisti fil-ġestjoni tal-emissjonijiet ta' NOX minn bosta unitajiet ta' kombustjoni u unitajiet tal-FCC jew kollha kemm huma f'sit ta' raffinerija b'mod integrat, bl-implimentazzjoni u l-operazzjoni tal-aktar kombinazzjoni xierqa ta' BAT fl-unitajiet diversi kkonċernati u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom, b'tali mod li l-emissjonijiet totali li jirriżultaw ikunu ugwali jew inqas mill-emissjonijiet li kienu jinkisbu permezz tal-applikazzjoni f'kull unità tal-BAT-AELs imsemmijin fil-BAT 24 u il-BAT 34.

Din it-teknika hija adattata b'mod speċjali għas-siti tar-raffineriji taż-żejt:

b'kumplessità tas-sit rikonoxxuta, multipliċità tal-kombustjoni u unitajiet tal-proċess interkonnessi f'termini tal-alimentazzjoni u l-enerġija tagħhom;

b'aġġustamenti tal-proċess frekwenti rikjesti skont il-kwalità taż-żejt mhux raffinat riċevut;

b'neċċessità teknika li tuża parti tar-residwi tal-proċess bħala fjuwils interni, u permezz ta' dan ikun hemm aġġustamenti frekwenti tat-taħlita tal-fjuwil skont ir-rekwiżiti tal-proċess.

Livelli ta' emissjonijiet assoċjati mal-BAT: Ara t-Tabella 18.

Barra minn hekk, għal kull unità ta' kombustjoni ġdida jew unità tal-FCC ġdida inkluża fis-sistema ta' ġestjoni tal-emissjonijiet integrata, il-BAT-AELs stabbiliti f'BAT 24 u BAT 34 jibqgħu applikabbli.

Tabella 18

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' NOx fl-arja meta tiġi applikata AT 57

Il-BAT-AEL għall-emissjonijiet ta' NOx mill-unitajiet ta' BAT 57, espressi f'mg/Nm3 bħala valur medju ta' kull xahar, huwa ugwali jew inqas mill-medja peżata tal-konċentrazzjonijiet ta' NOx (espressa f'mg/Nm3 bħala medja ta' kull xahar) li kienet tinkiseb bl-applikazzjoni ta' tekniki fil-prattika f'kull waħda minn dawk l-unitajiet li jippermettu lill-unitajiet ikkonċernati jissodisfaw dan li ġej:

(a)

għal proċess tal-unitajiet tal-ikkrekkjar katalitiku (riġeneratur): il-medda tal-BAT-AEL stabbilita fit-Tabella 4 (BAT 24);

(b)

għall-unitajiet tal-kombustjoni li jaħarqu kombustibbli tar-raffinerija waħedhom jew flimkien ma' fjuwils oħrajn: il-medda tal-BAT-AEL hija stabbilita fit-Tabelli 9, 10 u 11 (BAT 34).

Dan il-BAT–AEL huwa espress bil-formula li ġejja:

Formula

Noti:

1.

Il-kundizzjonijiet ta' referenza applikabbli għall-ossiġenu huma dawk speċifikati fit-Tabella 1.

2.

L-użin tal-livelli tal-emissjoni tal-unitajiet individwali jsir fuq il-bażi tar-rata tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija tal-unità kkonċernata, espressa bħala valur medju ta' kull xahar (Nm3/siegħa), li hija rappreżentattiva għal dik l-unità matul l-operat normali tal-installazzjoni tar-raffinerija (bl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' referenza taħt in-Nota 1).

3.

Fil-każ ta' bidliet sostanzjali u strutturali tal-fjuwil li qed jaffettwaw il-BAT-AEL applikabbli għal unità jew bidliet sostanzjali u strutturali oħrajn fin-natura jew il-funzjonament tal-unitajiet ikkonċernati, jew fil-każ tas-sostituzzjoni jew l-estensjoni tagħhom jew iż-żieda ta' unitajiet ta' kombustjoni jew unitajiet tal-FCC, il-BAT-AEL definit fit-Tabella 18 irid jiġi aġġustat skont dan.

Monitoraġġ assoċjat mal-BAT 57

Il-BAT għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' NOx taħt teknika ta' ġestjoni tal-emissjonijiet integrata huma bħal f'BAT 4, ikkumplimentati b'dan li ġej:

pjan ta' monitoraġġ inkluża deskrizzjoni tal-proċessi mmonitorjati, lista tas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi tas-sors (prodotti, gassijiet ta' skart) immonitorjati għal kull proċess u deskrizzjoni tal-metodoloġija (kalkoli, kejl) użata u s-suppożizzjonijiet sottostanti u l-livell assoċjat ta' konfidenza;

monitoraġġ kontinwu tar-rati tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija tal-unitajiet ikkonċernati, permezz ta' kejl dirett jew b'metodu ekwivalenti;

sistema għall-ġestjoni tad-dejta għall-ġbir, l-ipproċessar u r-rapportar tad-dejta kollha ta' monitoraġġ meħtieġa biex jiġu determinati l-emissjonijiet mis-sorsi koperti mit-teknika ta' ġestjoni tal-emissjonijiet integrata.

BAT 58.

Sabiex jinkiseb tnaqqis kumplessiv tal-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja mill-unitajiet tal-kombustjoni, l-unitajiet tal-ikkrekjar katalitiku fluwidu (FCC) u l-unitajiet ta' rkupru tal-kubrit mill-gassijiet ta' skart, il-BAT għandhom jużaw teknika ta' ġestjoni tal-emissjoni integrata bħala alternattiva għall-applikazzjoni ta' BAT 26, BAT 36 u BAT 54.

Deskrizzjoni

It-teknika tikkonsisti fil-ġestjoni tal-emissjonijiet ta' SO2 minn bosta unitajiet ta' kombustjoni, unitajiet tal-FCC u unitajiet tal-irkupru tal-kubrit mill-gassijiet ta' skart jew kollha kemm huma f'sit ta' raffinerija b'mod integrat, bl-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-aktar kombinazzjoni xierqa ta' BAT fl-unitajiet diversi kkonċernati u l-monitoraġġ tal-effettività tagħhom, b'tali mod li l-emissjonijiet totali li jirriżultaw ikunu ugwali jew inqas mill-emissjonijiet li kienu jinkisbu permezz tal-applikazzjoni f'kull unità tal-BAT-AELs imsemmijin fil-BAT 26 u l-BAT 36 kif ukoll il-BAT-AEPL stabbilit fil-BAT 54.

Din it-teknika hija adattata b'mod speċjali għas-siti tar-raffineriji taż-żejt:

b'kumplessità tas-sit rikonoxxuta, multipliċità tal-kombustjoni u unitajiet tal-proċess interkonnessi f'termini tal-alimentazzjoni u l-enerġija tagħhom;

b'aġġustamenti tal-proċess frekwenti rikjesti skont il-kwalità taż-żejt mhux raffinat riċevut;

b'neċċessità teknika li tuża part tar-residwi tal-proċess bħala fjuwils interni, u permezz ta' dan ikun hemm aġġustamenti frekwenti tat-taħlita tal-fjuwil skont ir-rekwiżiti tal-proċess.

Livell ta' emissjonijiet assoċjat mal-BAT: Ara t-Tabella 19.

Barra minn hekk, għal kull unità ġdida tal-kombustjoni, unità FCC ġdida unità tal-irkupru tal-kubrit mill-gassijiet ta' skart ġdida inkluż fis-sistema ta' ġestjoni tal-emissjonijiet integrata, il-BAT-AELs stipulati f'BAT 26 u BAT 36 u l-BAT-AEPL stipulati f'BAT 54 jibqgħu applikabbli.

Tabella 19

Livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-BAT għall-emissjonijiet ta' SO2 fl-arja meta tiġi applikata BAT 58

Il-BAT-AEL għall-emissjonijiet ta' SO2 mill-unitajiet ta' BAT 58, espressi f'mg/Nm3 bħala valur medju ta' kull xahar, huwa ugwali jew inqas mill-medja peżata tal-konċentrazzjonijiet ta' SO2 (espressa f'mg/Nm3 bħala medja ta' kull xahar) li kienet tinkiseb bl-applikazzjoni ta' tekniki fil-prattika f'kull waħda minn dawk l-unitajiet li jippermettu lill-unitajiet ikkonċernati jissodisfaw dan li ġej:

(a)

għal proċess tal-unitajiet tal-ikkrekkjar katalitiku (riġeneratur): il-medda tal-BAT-AEL stabbilita fit-Tabella 6 (BAT 26);

(b)

għall-unitajiet tal-kombustjoni li jaħarqu kombustibbli tar-raffinerija waħedhom jew flimkien ma' fjuwils oħrajn: il-medda tal-BAT-AEL hija stabbilita fit-Tabella 13 u t-Tabella 14 (BAT 36); u

(c)

għal unitajiet tal-irkupru tal-kubrit mill-gassijiet ta' skart: il-medda tal-BAT-AEPL stabbiliti fit-Tabella 17 (BAT 54).

Dan il-BAT–AEL huwa espress bil-formula li ġejja:

Formula

Noti:

1.

Il-kundizzjonijiet ta' referenza applikabbli għall-ossiġenu huma dawk speċifikati fit-Tabella 1.

2.

L-użin tal-livelli tal-emissjoni tal-unitajiet individwali jsir fuq il-bażi tar-rata tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija tal-unità kkonċernata, espressa bħala l-valur medju ta' kull xahar (Nm3/siegħa), li hija rappreżentattiva għall-operat normali ta' dik l-unità fl-installazzjoni tar-raffinerija (bl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' referenza taħt in-Nota 1).

3.

Fil-każ ta' bidliet sostanzjali u strutturali tal-fjuwil li qed jaffettwaw il-BAT-AEL applikabbli għal unità jew bidliet sostanzjali u strutturali oħrajn fin-natura jew il-funzjonament tal-unitajiet ikkonċernati, jew fil-każ tas-sostituzzjoni, l-estensjoni tagħhom jew iż-żieda ta' unitajiet ta' kombustjoni, tal-FCC jew tal-ikupru tal-kubrit mill-gassijiet ta' skart, il-BAT-AEL definit fit-Tabella 19 irid jiġi aġġustat skont dan.

Monitoraġġ assoċjat mal-BAT 58

Il-BAT għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' SO2 taħt approċċ ta' ġestjoni tal-emissjonijiet integrata hija bħal f'BAT 4, ikkumplimentata b'dan li ġej:

pjan ta' monitoraġġ inkluża deskrizzjoni tal-proċessi mmonitorjati, lista tas-sorsi ta' emissjoni u l-flussi tas-sors (prodotti, gassijiet ta' skart) immonitorjati għal kull proċess u deskrizzjoni tal-metodoloġija (kalkoli, kejl) użata u s-suppożizzjonijiet sottostanti u l-livell assoċjat ta' konfidenza;

monitoraġġ kontinwu tar-rati tal-fluss tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija tal-unitajiet ikkonċernati, permezz ta' kejl dirett jew b'metodu ekwivalenti;

sistema għall-ġestjoni tad-dejta għall-ġbir, l-ipproċessar u r-rapportar tad-dejta kollha ta' monitoraġġ meħtieġa biex jiġu determinati l-emissjonijiet mis-sorsi koperti mit-teknika ta' ġestjoni tal-emissjonijiet integrata.

GLOSSARJU

1.20.   Deskrizzjoni tat-tekniki għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-arja

1.20.1.   Trab

Teknika

Deskrizzjoni

Preċipitatur elettrostatiku (ESP)

Il-preċipitaturi elettrostatiċi joperaw sabiex il-partikoli jiġu ċċarġjati u sseparati taħt l-influwenza ta' kamp elettriku. Il-preċipitaturi elettrostatiċi jistgħu joperaw taħt medda wiesgħa ta' kundizzjonijiet.

L-effiċjenza tat-tnaqqis tista' tiddependi fuq l-għadd ta' kampijiet, il-ħin ta' residenza (daqs), il-proprjetajiet katalisti u l-apparat għat-tneħħija tal-partikoli upstream.

Fl-unitajiet tal-FCC normalment jintużaw l-ESPs bi 3 kampijiet u ESPs b'4 kampijiet.

L-ESPs jistgħu jintużaw b'modalità niexfa jew b'injezzjoni tal-ammonijaka sabiex jitjieb il-ġbir tal-partikoli.

Għall-kalċinazzjoni tal-kokk mhux maħdum, l-effiċjenza tal-ġbir tal-ESP tista' tonqos minħabba d-diffikultà li jiġu ċċarġjati elettrikament il-partikoli tal-kokk.

Separaturi ċiklun b'bosta stadji

Apparat tal-ġbir ċikloniku jew sistema installata wara ż-żewġ stadji taċ-ċikluni. Ġeneralment magħruf bħala separatur tat-tielet stadju u l-konfigurazzjoni komuni tikkonsisti f'reċipjent wieħed li jkun fih bosta ċikluni konvenzjonali jew teknoloġija mtejba b'tubu spirali. Għall-FCC, il-prestazzjoni tiddependi l-aktar fuq il-konċentrazzjoni tal-partikoli u d-distribuzzjoni tad-daqs tal-katalizzaturi fini downstream taċ-ċikluni interni tar-riġeneratur

Apparat għall-ħasil ċentrifugi

L-apparat għall-ħasil ċentrifugi jikkombina l-prinċipju taċ-ċiklun u kuntatt intensiv mal-ilma eż. l-apparat għall-ħasil venturi

Filtru kontrokurrent tat-tielet stadju

Filtri taċ-ċeramika jew tal-metall sinterizzat bil-fluss bil-kontra (kontrokurrent) fejn, wara li jinżammu fil-wiċċ bħala massa magħquda, is-solidi jinqalgħu billi jinbeda fluss bil-kontra. Is-solidi li jinqalgħu mbagħad jitneħħew mis-sistema tal-filtru

1.20.2.   Ossidi tan-nitroġenu (NOX)

Teknika

Deskrizzjoni

Modifiki tal-kombustjoni

Kombustjoni fi stadji

L-introduzzjoni tal-arja fi stadji — tinvolvi t-tqabbid substojkjometriku fl-ewwel stadju u ż-żieda sussegwenti tal-arja jew l-ossiġenu li jkun fadal fil-forn biex tiġi kkompletata l-kombustjoni

L-introduzzjoni tal-fjuwil fi stadji — fjamma primarja b'impulsjoni baxxa tiġi żviluppata fil-punt tad-dħul; fjamma sekondarja tkopri l-għeruq tal-fjamma primarja u tnaqqsilha t-temperatura ċentrali

Riċirkolazzjoni tal-gass tat-tromba taċ-ċumnija

Injezzjoni mill-ġdid tal-gass ta' skart mill-forn fil-fjamma biex jitnaqqas il-kontenut tal-ossiġenu u għalhekk it-temperatura tal-fjamma.

Berners speċjali li jużaw iċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid interna tal-gassijiet tal-kombustjoni biex tkessaħ l-għerq tal-fjammi u tnaqqas il-kontenut tal-ossiġenu fl-aktar parti sħuna tal-fjammi

Użu ta' berners bi ftit NOX (LNB)

It-teknika (inklużi l-berners b'veru ftit NOX) hija bbażata fuq il-prinċipji tat-tnaqqis tal-aktar temperaturi għoljin tal-fjamma, id-dewmien iżda l-ikkompletar tal-kombustjoni u ż-żieda tat-trasferiment tas-sħana (emissività miżjuda tal-fjamma). Tista' tiġi assoċjata ma' disinn modifikat tal-kamra tal-kombustjoni tal-form. Id-disinn ta' berners b'NOX baxx ħafna (ULNB) jinkludi t-tqassim tal-kombustjoni fi stadji (arja/fjuwil) u ċ-ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija. Il-berners niexfa bi ftit NOX (DLNB) jintużaw għat-turbini tal-gass

Ottimizzazzjoni tal-kombustjoni

Fuq il-bażi tal-monitoraġġ permanenti tal-parametri tal-kombustjoni xierqa (eż. O2, kontenut ta' CO, proporzjoni ta' fjuwil u arja (jew ossiġenu), komponenti mhux maħruqin), it-teknika tuża t-teknoloġija tal-kontroll għall-kisba tal-aħjar kundizzjonijiet ta' kombustjoni

Injezzjoni dilwenti

Id-dilwenti inerti, eż. il-gass fit-tromba taċ-ċumnija, il-fwar, l-ilma, in-nitroġenu miżjuda mat-tagħmir ta' kombustjoni jnaqqsu t-temperatura tal-fjamma u konsegwentement il-konċentrazzjoni ta' NOX fil-gassijiet fit-tromba taċ-ċumnija

Tnaqqis katalitiku selettiv (SCR)

It-teknika hija bbażata fuq it-tnaqqis ta' NOX għal nitroġenu f'bażi katalitika permezz tar-reazzjoni mal-ammonijaka (b'mod ġenerali soluzzjoni milwiema) b'temperatura ta' operat ottimali ta' madwar 300 – 450 °C.

Jistgħu jiġu applikati saff wieħed jew tnejn ta' katalizzatur. Tnaqqis ogħla ta' NOX jinkiseb bl-użu ta' ammonti ogħla ta' katalizzatur (żewġ saffi)

Tnaqqis mhux katalitiku selettiv (SNCR)

It-teknika hija bbażata fuq it-tnaqqis ta' NOX għal nitroġenu permezz tar-reazzjoni mal-ammonijaka jew l-urea b'temperatura għolja.

Il-medda tat-temperatura tal-operat trid tinżamm bejn 900 °C u 1 050  °C għal reazzjoni ottimali

Ossidazzjoni ta' NOX f'temperatura baxxa

Il-proċess ta' ossidazzjoni b'temperatura baxxa jinjetta l-ożonu fi fluss tal-gass fit-tromba taċ-ċumnija f'temperaturi ottimali taħt 150 °C, għall-ossidazzjoni tal-NO u l-NO2 għal N2O5 li jinħallu ħafna. N2O5 jitneħħa f'purifikatur umdu permezz tal-formazzjoni ta' ilma mormi tal-aċidu nitriku dilwit li jista' jintuża fil-proċessi tal-impjant jew jiġi newtralizzat għar-rilaxx u jista' jeħtieġ tneħħija addizzjonali ta' nitroġenu

1.20.3.   Ossidi tal-kubrit (SOX)

Teknika

Deskrizzjoni

Trattament tal-gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG)

Xi gassijiet kombustibbli tar-raffinerija jistgħu jkunu ħielsa mill-kubrit fis-sors (eż. mill-proċessi ta' riformar katalitiku u isomerizzazzjoni) iżda l-maġġoranza tal-proċessi l-oħra jipproduċu gassijiet li jkun fihom il-kubrit (eż. l-effluwent gassuż mill-unitajiet tat-tnaqqis tal-viskożità, tal-idrotrattatur jew tal-ikkrekkjar katalitiku). Dawn il-flussi tal-gass jirrikjedu trattament xieraq għat-tneħħija tal-kubrit (eż. bit-tneħħija tal-gass aċiduż –ara hawn taħt — biex jitneħħa l-H2S) qabel ma jiġu rilaxxati fis-sistema tal-gass kombustibbli tar-raffinerija

Tneħħija tal-kubrit miż-żejt kombustibbli tar-raffinerija (RFO) bl-idrotrattament

Minbarra s-selezzjoni taż-żejt mhux raffinat bi ftit kubrit, it-tneħħija tal-kubrit mill-fjuwil tinkiseb permezz tal-proċess ta' idrotrattament (ara hawn taħt) fejn ir-reazzjonijiet tal-idroġenazzjoni jseħħu u jwasslu għal tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit

Użu tal-gass għas-sostituzzjoni tal-fjuwil likwidu

Jitnaqqas l-użu tal-fjuwil tar-raffinerija likwidu (ġeneralment żejt kombustibbli tqil li jkun fih il-kubrit, in-nitroġenu, il-metalli, eċċ) billi jiġi sostitwit b'Gass Likwifikat miż-Żejt (LPG) jew gass kombustibbli tar-raffinerija (RFG) jew bi fjuwil gassuż ipprovdut esternament (eż. gass naturali) b'livell baxx ta' kubrit u sustanzi mhux mextieqa oħrajn. Fil-livell tal-unità ta' kombustjoni individwali, taħt it-tqabbid b'bosta fjuwils, huwa meħtieġ livell minimu ta' tqabbid likwidu sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-fjamma

Użu ta' addittivi katalisti li jnaqqsu l-SOX

Użu ta' sustanza (eż. katalizzatur tal-ossidi metalliċi) li tittrasferixxi l-kubrit assoċjat mal-kokk mir-riġeneratur lura lejn ir-reattur. Topera bl-aktar mod effiċjenti fil-modalità ta' kombustjoni sħiħa aktar milli f'modalità ta' kombustjoni parzjali profonda.

NB: L-addittivi katalisti li jnaqqsu l-SOX jistgħu jkollhom effett detrimentali fuq l-emissjonijiet tat-trab billi jżidu t-telf tal-katalizzaturi minħabba l-attrizzjoni, u fuq l-emissjonijiet ta' NOX billi jipparteċipaw fil-promozzjoni ta' CO, flimkien mal-ossidazzjoni ta' SO2 għal SO3

Idrotrattament

Fuq il-bażi tar-reazzjonijiet ta' idroġenazzjoni, l-idrotrattament l-aktar jimmira lejn il-produzzjoni ta' fjuwils bi ftit kubrit (eż. 10 ppm gażolina u diżil) u l-ottimizzazzjoni tal-konfigurazzjoni tal-proċess (konverżjoni tar-residwi tqal u produzzjoni tad-distillati tan-nofs). Inaqqas il-kubrit, in-nitroġenu u l-kontenut tal-metall tal-alimentazzjoni. Billi huwa meħtieġ l-idroġenu, hija meħtieġa kapaċità ta' produzzjoni suffiċjenti. Billi t-teknika tittrasferixxi l-kubrit mill-alimentazzjoni għas-sulfid tal-idroġenu (H2S) fil-gass tal-proċess, il-kapaċità tat-trattament (eż. l-unitajiet tal-ammini u Claus) possibbilment tista' tkun ostaklu ukoll

Tneħħija tal-gass aċiduż eż. permezz tat-trattament tal-ammina

Separazzjoni tal-gass aċiduż (l-aktar is-sulfid tal-idroġenu) mill-gassijiet kombustibbli billi jinħall f'solvent kimiku (assorbiment). Is-solventi l-aktar użati huma l-ammini. Dan huwa ġeneralement l-ewwel stadju tat-trattament meħtieġ qabel il-kubrit elementali jkun jista' jiġi rkuprat fl-SRU

Unità tal-irkupru tal-kubrit (SRU)

Unità speċifika li ġeneralment tikkonsisti fi proċess Claus għat-tneħħija tal-kubrit tal-flussi tal-gass b'ħafna sulfid tal-idroġenu (H2S) mill-unitajiet ta' trattament bl-ammini u l-apparat tat-tqaxxir bl-ilma sulfurat.

L-SRU ġeneralment tiġi segwita b'unità tat-trattament tal-gassijiet residwi (TGTU) għat-tneħħija tal-H2S li jkun fadal

Unità tat-trattament tal-gassijiet residwi (TGTU)

Familja ta' tekniki, addizzjonali għall-SRU sabiex tissaħħaħ it-tneħħija tal-komposti tal-kubrit. Jistgħu jitqassmu f'erba' kategoriji skont il-prinċipji applikati:

ossidazzjoni diretta għall-kubrit

kontinwazzjoni tar-reazzjoni Claus (kundizzjonijiet taħt il-punt tan-nida)

ossidazzjoni ta' SO2 u rkupru tal-kubrit minn SO2

tnaqqis ta' H2S u rkupru tal-kubrit minn dan l-H2S (eż. proċess tal-amina)

Purifikazzjoni umda

Fil-proċess ta' purifikazzjoni umda, il-komposti gassużi jinħallu f'likwidu adattat (ilma jew soluzzjoni alkalina). It-tneħħija simultanja tal-komposti solidi u gassużi tista' tinkiseb. Downstream mill-purifikatur umdu, il-gassijiet tat-tromba taċ-ċumnija huma saturati bl-ilma u hija meħtieġa separazzjoni tal-qtar qabel ma jiġu rilaxxati l-gassijiet mit-tromba taċ-ċumnija. Il-likwidu li jirriżulta għandu jiġi trattat bi proċess tal-ilma mormi u l-materja li ma tinħallx tinġabar permezz tas-sedimentazzjoni jew il-filtrazzjoni

Skont it-tip ta' soluzzjoni ta' purifikazzjoni, din tista' tkun:

teknika mhux reġenerattiva (eż. ibbażata fuq is-sodju jew il-manjeżju)

teknika reġenerattiva (eż. ibbażata fuq l-ammini jew karbonat tas-sodju)

Skont il-metodu ta' kuntatt, it-tekniki varji jistgħu jirrikjedu eż.:

Venturi bl-użu tal-enerġija mill-gass tad-dħul billi jiġi sprejjat bil-likwidu

torrijiet ippakkjati, torrijiet bil-pjanċi, kmamar għall-isprejjar.

Meta l-purifikaturi huma prinċipalment maħsuba għat-tneħħija ta' SOX, huwa meħtieġ disinn xieraq biex jitneħħa wkoll it-trab.

L-effiċjenza tat-tneħħija indikattiva tipika ta' SOx hija fil-medda ta' 85-98 %.

Purifikazzjoni mhux riġenerattiva

Soluzzjoni bbażata fuq is-sodju jew il-manjeżju tintuża bħala reaġent alkalin għall-assorbiment ta' SOx ġeneralment bħala sulfati. It-tekniki huma bbażati fuq eż.:

ġir umdu

ammonijaka milwiema

ilma baħar (ara infra)

Purifikazzjoni bl-ilma baħar

Tip speċifiku ta' purifikazzjoni mhux riġenerattiva bl-użu tal-alkalinità tal-ilma baħar bħala solvent. Ġeneralment tirrikjedi tnaqqis upstream tat-trab

Purifikazzjoni riġenerattiva

L-użu ta' reaġent ta' assorbiment ta' SOx speċifiku (eż. soluzzjoni ta' assorbiment) li ġeneralment jippermetti l-irkupru tal-kubrit bħala prodott sekondarju tul ċiklu ta' riġenerazzjoni meta r-reaġent jerġa' jintuża

1.20.4.   Tekniki kombinati (SOx, NOx u trab)

Teknika

Deskrizzjoni

Purifikazzjoni umda

Ara t-Taqsima 1.20.3

Teknika kombinata ta' SNOX

Teknika kombinata għat-tneħħija ta' SOx, l-NOx u t-trab fejn iseħħ stadju għat-tneħħija tat-trab (ESP) segwit minn xi proċessi katalitiċi speċifiċi. Il-komposti tal-kubrit huma rkuprati bħala aċidu sulfuriku kkonċentrat tal-grad kummerċjali, filwaqt li l-NOx jitnaqqas għal N2.

It-tneħħija globali ta' SOx hija fil-medda ta': 94 – 96,6 %.

It-tneħħija globali ta' NOx hija fil-medda ta': 87 – 90 %

1.20.5.   Monossidu tal-karbonju (CO)

Teknika

Deskrizzjoni

Kontroll tal-operazzjoni tal-kombustjoni

Iż-żieda fl-emissjonijiet ta' CO minħabba l-applikazzjoni ta' modifiki tal-kombustjoni (tekniki primarji) għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' NOx tista' tiġi limitata permezz ta' kontroll b'attenzjoni tal-parametri operattivi

Katalizzaturi bil-promoturi tal-ossidazzjoni tal-monossidu tal-karbonju (CO)

L-użu ta' sustanza li tippromwovi b'mod selettiv l-ossidazzjoni ta' CO f'CO2 (kombustjoni)

Bojler tal-monossidu tal-karbonju (CO)

Apparat speċifiku ta' wara l-kombustjoni fejn il-CO preżenti fil-gass tat-tromba taċ-ċumnija jiġi kkunsmat downstream tar-riġeneratur katalist biex tiġi rkuprata l-enerġija

Normalment tintuża biss bl-unitajiet tal-FCC b'kombustjoni parzjali

1.20.6.   Komposti organiċi volatili (VOC)

Irkupru tal-fwar

L-emissjonijiet tal-komposti organiċi volatili mill-operazzjonijiet ta' tagħbija u ħatt tal-maġġoranza tal-prodotti volatili, speċjalment iż-żejt mhux raffinat u prodotti eħfef, jistgħu jitnaqqsu b'bosta tekniki eż.:

—   Assorbiment: il-molekuli tal-fwar jinħallu f'likwidu ta' assorbiment adattat (eż. glikoli jew frazzjonijiet taż-żejt minerali bħal l-pitrolju jew ir-riformat). Is-soluzzjoni ta' purifikazzjoni mgħobbija tiġi desorbita bit-tisħin mill-ġdid fi stadju ulterjuri. Il-gassijiet desorbiti jridu jiġu kondensati, ipproċessati aktar u inċinerati jew assorbiti mill-ġdid fi fluss xieraq (eż. tal-prodott li qed jiġi rkuprat)

—   Adsorbiment: il-molekuli tal-fwar jinżammu f'siti ta' attivazzjoni fil-wiċċ tal-materjali solidi adsorbenti, eż. karbonju attivat (AC) jew żeolit. L-adsorbent jiġi riġenerat perjodikament. Id-desorbat li jirriżulta mbagħad jiġi assorbit fi fluss li jiċċirkula tal-prodott li qed jiġi rkuprat f'kolonna downstream ta' ħasil. Il-gass residwu mill-kolonna tal-ħasil jintbagħat għal trattament ulterjuri

—   Separazzjoni tal-gass b'membrana: il-molekuli tal-fwar jiġu pproċessati permezz ta' membrani selettivi biex it-taħlita ta' fwar/arja tiġi separata f'fażi rikka fl-idrokarburi (permeat), li sussegwentement tiġi kkondensata jew adsorbita, u fażi nieqsa fl-idrokarburi (retentat).

—   Refriġerazzjoni/kondensazzjoni f'żewġ stadji: bit-tkessiħ tat-taħlita ta' fwar/arja l-molekuli tal-fwar jikkondensaw u jiġu separati bħala likwidu. Billi l-umdità twassal għall-formazzjoni tas-silġ mal-iskambjatur tas-sħana, huwa meħtieġ proċess ta' kondensazzjoni f'żewġ stadji li jipprevedi operazzjoni alternattiva.

—   Sistemi ibridi: kombinazzjonijiet tat-tekniki disponibbli

NB:

Il-proċessi ta' assorbiment u adsorbiment ma jistgħux inaqqsu notevolment l-emissjonijiet tal-metan.

Qerda tal-fwar

Il-qerda tal-VOCs tista' tinkiseb permezz ta' eż. l-ossidazzjoni termali (inċinerazzjoni) jew l-ossidazzjoni katalitika meta l-irkupru ma jkunx possibbli faċilment. Huma meħtieġa rekwiżiti tas-sikurezza (eż. apparat li jżomm il-fjammi) sabiex tiġi evitata splużjoni.

L-ossidazzjoni termali sseħħ tipikament f'kamra unika, ossidaturi nfurrati b'materjal refrattorju mgħammra b'berner tal-gass u ċumnija. Jekk tkun preżenti l-gażolina, l-effiċjenza tal-iskambjatur tas-sħana hija limitata u t-temperaturi ta' qabel it-tisħin jinżammu taħt 180 °C sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' tqabbid. It-temperaturi operattivi jvarjaw bejn 760 °C sa 870 °C u l-ħinijiet ta' residenza tipikament huma sekonda 1. Meta inċineratur speċifiku ma jkunx disponibbli għal dan l-iskop, jista' jintuża forn eżistenti sabiex tiġi provduta t-temperatura u l-ħinijiet ta' residenza rikjesti.

L-ossidazzjoni katalitika tirrikjedi katalizzatur biex taċċellera r-rata tal-ossidazzjoni permezz tal-adsorbiment tal-ossiġenu u l-VOCs fil-wiċċ tagħha. Il-katalizzatur jgħin ir-reazzjoni tal-ossidazzjoni tokkorri f'temperatura iktar baxxa milli hemm bżonn mill-ossidazzjoni termali: tipikament tvarja bejn 320 °C sa 540 °C. L-ewwel stadju ta' tisħin minn qabel (bl-ettriku jew bil-gass) iseħħ biex jilħaq temperatura li hija neċessarja biex tibda l-ossidazzjoni katalitika tal-VOCs. Stadju ta' ossidazzjoni jseħħ meta l-arja tingħadda minn bażi ta' katalizzaturi solidi

Programm LDAR (it-tiswija u d-detezzjoni tat-tixrid)

Programm LDAR (it-tiswija u d-detezzjoni tat-tixrid) huwa approċċ strutturat għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-VOC li jaħarbu bid-detezzjoni u t-tiswija sussegwenti jew is-sostituzzjoni tal-komponenti li qed inixxu. Bħalissa, ix-xamm (deskritt f'EN 15446) u metodi ottiċi ta' immaġni għall-gass huma disponibbli għall-identifikazzjoni tat-tixrid.

Metodu tax-xamm: L-ewwel stadju huwa d-detezzjoni bl-użu ta' analizzaturi tal-VOC li jinżammu fl-idejn biex ikejlu l-konċentrazzjoni ħdejn it-tagħmir (eż. bl-użu tal-jonizzazzjoni bi fjamma jew il-fotojonizzazzjoni). It-tieni stadju jikkonsisti fit-tgeżwir tal-komponent f'borża biex jitwettaq kejl dirett fis-sors tal-emissjoni. It-tieni stadju xi kultant jiġi sostitwit b'kurvi ta' korrelazzjoni matematiċi li jiġu minn riżultati statistiċi miksuba minn għadd kbir ta' kejl preċedenti magħmula fuq komponenti simili.

Metodi ottiċi ta' immaġni għall-gass: Il-metodi ottiċi ta' immaġni jużaw kameras miżmuma fl-idejn li jippermettu l-viżwalizzazzjoni tat-tixrid tal-gass dak il-ħin stess, u jidhru bħala “duħħan” fuq vidjow rikorder flimkien mal-immaġni normali tal-komponent ikkonċernat sabiex jiġu lokalizzati faċilment u malajr it-tnixxijiet sinifikanti ta' VOC. Is-sistemi attivi jipproduċu immaġni b'dawl bil-lejżer infra-aħmar b'dispersjoni lura lejn il-punt ta' oriġini fuq il-komponent u l-inħawi. Is-sistemi passivi huma bbażati fuq ir-radjazzjoni infra-ħamra naturali tat-tagħmir u l-inħawi tiegħu

Monitoraġġ tal-emissjonijiet diffużi ta' VOC

L-iskrinjar u l-kwantifikazzjoni sħaħ tal-emissjonijiet tas-sit jistgħu jitwettqu b'kombinazzjoni xierqa ta' metodi kumplimentari eż. il-kampanji tal-fluss tal-ħabi solari (SOF) jew id-detezzjoni u l-kejl tad-distanza permezz tad-dawl u l-assorbiment differenzjali (DIAL). Dawn ir-riżultati jistgħu jintużaw għall-evalwazzjoni tat-tendenzi fil-ħin, il-kontroverifika u l-aġġornament/validazzjoni tal-programm LDAR kontinwu.

Fluss tal-ħabi solari (SOF): It-teknika hija bbażata fuq ir-reġistrazzjoni u l-analiżi spettometrika Fourier Transform ta' spettru tad-dawl tax-xemx b'banda wiesgħa infra-ħamra jew ultra-vjola/viżibbli tul itinerarju ġeografiku speċifiku, li jaqsam id-direzzjoni tar-riħ u s-sħab twal tal-VOC.

LIDAR bl-assorbiment differenzjali (DIAL): DIAL hija teknika bbażata fuq il-lejżer bl-użu ta' LIDAR (id-detezzjoni u l-kejl tad-distanza permezz tad-dawl) bl-assorbiment differenzjali li huwa l-analogu ottiku tar-RADAR ibbażat fuq il-mewġ tar-radju soniku. It-teknika tiddependi fuq id-dispersjoni lura lejn il-punt ta' oriġini tal-pulsazzjonijiet tar-raġġi tal-lejżer minn ajrusols atmosferiċi, u l-analiżi tal-proprjetajiet spettrali tad-dawl li jkun ġie lura miġbur minn teleskopju

Tagħmir b'integrità għolja

It-tagħmir b'integrità għolja jinkludi eż.:

valvoli b'siġilli tal-ippakkjar doppji

pompi/kompressuri/aġitaturi li jaħdmu manjetikament

pompi/kompressuri/aġitaturi mgħammra b'siġilli mekkaniċi minflok tal-ippakkjar

gaskets b'integrità għolja (bħal mdawrin b'mod spirali, ġonot fi ċrieki) għall-applikazzjonijiet kritiċi

1.20.7.   Tekniki oħrajn

Tekniki biex jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-ivvampjar

Disinn korrett tal-impjant: jinkludi kapaċità suffiċjenti tas-sistema għall-irkupru tal-gass tal-fjakkoli, l-użu ta' valvoli għat-tnaqqis tal-pressjoni b'integrità għolja u miżuri oħrajn biex l-ivvampjar jintuża biss bħala sistema ta' sikurezza għall-operazzjonijiet li mhumiex dawk normali (bidu, tmiem, emerġenza).

Ġestjoni tal-impjant: tinkludi miżuri ta' organizzazzjoni u ta' kontroll għat-tnaqqis tal-avvenimenti tal-ivvampjar billi tiġi bbilanċjata s-sistema RFG, bl-użu tal-kontroll tal-proċess avvanzat, eċċ.

Disinn tal-apparat tal-ivvampjar: jinkludi l-għoli, il-pressjoni, l-assistenza bil-fwar, l-arja jew il-gass, it-tip tat-truf tal-fjakkoli, eċċ. jimmira li jippermetti l-operazzjonijiet mingħajr duħħan u affidabbli u li jiżgura kombustjoni effiċjenti tal-gassijiet żejda meta jsir ivvampjar minn operazzjonijiet mhux normali.

Monitoraġġ u rapportar: Monitoraġġ kontinwu (kejl tal-fluss tal-gass u stimi ta' parametri oħrajn) tal-gass mibgħut għall-ivvampjar u tal-parametri assoċjati tal-kombustjoni (eż. it-taħlita tal-fluss tal-gass u l-kontenut tas-sħana, il-proporzjon ta' assistenza, il-veloċità, ir-rata tal-fluss tal-gass imneħħi, l-emissjonijiet li jniġġsu). Ir-rapportar tal-avvenimenti tal-ivvampjar jippermetti l-użu tal-proporzjon tal-ivvampjar bħala rekwiżit inkluż fl-EMS u jippermetti li jiġu evitati avvenimenti futuri.

Jista' jitwettaq ukoll monitoraġġ viżwali mill-bogħod tal-fjakkola bl-użu ta' moniters tat-TV bil-kulur matul l-avvenimenti tal-fjakkoli

Għażla tal-promotur katalist biex tiġi evitata l-formazzjoni tad-diossini

Matul ir-riġenerazzjoni tal-katalizzatur riformatur, il-klorur organiku ġeneralment ikun meħtieġ għal prestazzjoni effettiva tar-riformar tal-katalizzatur (biex jerġa' jiġi stabbilit il-bilanċ tajjeb tal-klorur fil-katalizzatur u biex tiġi żgurata d-dispersjoni korretta tal-metalli). L-għażla tal-kompost klorinat xieraq ikollu influwenza fuq il-possibbiltà ta' emissjonijiet tad-diossini u furans

L-irkupru tas-solvent għall-proċessi tal-produzzjoni taż-żejt bażi

L-unità għall-irkupru tas-solvent tikkonsisti fi stadju ta' distillazzjoni fejn is-solventi jiġu rkuprati mill-fluss taż-żejt u stadju ta' tqaxxir (bil-fwar jew gass interti) fi frazzjonatur.

Is-solventi użati jistgħu jkunu taħlita (DiMe) ta' 1,2-dikloroetan (DCE) u diklorometan (DCM).

Fl-unitajiet tal-ipproċessar tax-xema', l-irkupru tas-solvent (eż. għal DCE) jitwettaq permezz ta' żewġ sistemi: wieħed għax-xema' mingħajr żejt u ieħor għax-xema' ratba. It-tnejn jikkonsistu fi flashdrums integrati bis-sħana u apparat għat-tqaxxir bil-vakwu. Il-flussi mill-prodott taż-żejt mingħajr xema' u x-xemgħat jitqaxxru għat-tneħħija tat-traċċi ta' solventi

1.21.   Deskrizzjoni tat-tekniki għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-emissjonijiet fl-ilma

1.21.1.   Trattament minn qabel tal-ilma mormi

It-trattament minn qabel tal-flussi tal-ilma sulfurat qabel l-użu mill-ġdid jew it-trattament

Ibgħat l-ilma sulfurat iġġenerat (eż. mill-unitajiet ta' distillazzjoni, krekkjar, kokkjar, eċċ.) għat-trattament minn qabel xieraq (eż. unità tat-tqaxxir)

It-trattament minn qabel ta' flussi oħrajn tal-ilma mormi qabel it-trattament

Sabiex tinżamm il-prestazzjoni tat-trattament, jista' jkun meħtieġ trattament minn qabel xieraq

1.21.2.   Trattament tal-ilma mormi

Tneħħija tas-sustanzi li ma jinħallux billi jiġi rkuprat iż-żejt.

Dawn it-tekniki ġeneralment jinkludu:

Separaturi API (APIs)

Interċettaturi bil-Pjanċi Kkorugati (CPIs)

Interċettaturi bil-Pjanċi Paralleli (PPIs)

Interċettaturi bil-Pjanċi Inklinati (TPIs)

Tankijiet bafer u/jew ta' ugwalizzazzjoni

Tneħħija tas-sustanzi li ma jinħallux billi jiġu rkuprati s-solidi sospiżi u ż-żejt mifrux

Dawn it-tekniki ġeneralment jinkludu:

Flotazzjoni tal-Gass Maħlul (DGF)

Flotazzjoni tal-Gass Indott (IGF)

Filtrazzjoni bir-ramel

Tneħħija tas-sustanzi li jinħallu inkluż it-trattament bijoloġiku u l-kjarifikazzjoni

It-tekniki tat-trattament bijoloġiku jistgħu jinkludu:

Sistemi bil-bażi fissa

Sistemi bil-bażi sospiża.

Waħda mill-aktar sistemi komuni bil-bażi sospiża użata fir-raffineriji WWTP hija l-proċess attivat tal-ħama. Is-sistemi bil-bażi fissa jistgħu jinkludu bijofiltru jew filtru skulatur

Stadju ta' trattament addizzjonali

Trattament tal-ilma mormi speċifiku maħsub biex jikkumplimenta l-istadji ta' trattament preċedenti eż. għal aktar tnaqqis tal-komposti tan-nitroġenu jew tal-karbonju. Ġeneralment użati fejn jeżistu rekwiżiti lokali speċifiċi għall-preżervazzjoni tal-ilma.


(1)  Fil-każ tal-applikazzjoni ta' BAT 58.

(2)  Il-kejl kontinwu tal-emissjonijiet ta' SO2 jista' jiġi sostitwit bil-kalkoli bbażati fuq il-kejl tal-kontenut tal-kubrit tal-fjuwil jew tal-alimentazzjoni; meta jkun jista' jintwera li dan iwassal għal livell ekwivalenti ta' preċiżjoni.

(3)  Fir-rigward ta' SOX, SO2 biss huwa mkejjel b'mod kontinwu, filwaqt li SO3 jitkejjel biss perjodikament (eż. matul il-kalibrazzjoni tas-sistema ta' monitoraġġ ta' SO2).

(4)  Jirreferi għall-input termali totali klassifikat tal-unitajiet tal-kombustjoni kollha konnessi maċ-ċumnija fejn iseħħu l-emissjonijiet.

(5)  Jew monitoraġġ indirett ta' SOX.

(6)  Il-frekwenzi tal-monitoraġġ jistgħu jiġu adattati jekk, wara perjodu ta' sena, is-serje tad-dejta turi b'mod ċar stabbiltà suffiċjenti.

(7)  Il-kejl tal-emissjonijiet ta' SO2 minn SRU jista' jiġi sostitwit b'bilanċ materjali kontinwu jew monitoraġġ tal-parametri tal-proċess rilevanti ieħor, sakemm il-kejl xieraq tal-effiċjenza tal-SRU jkun ibbażat fuq testijiet perjodiċi tal-prestazzjoni tal-impjant (eż. darba kull (2) sentejn).

(8)  L-Antimonju (Sb) huwa monitorjat biss fl-unitajiet tal-ikkrekkjar katalitiku meta tintuża l-injezzjoni tal-Sb fil-proċess (eż. għall-passivazzjoni tal-metalli).

(9)  Bl-eċċezzjoni tal-unitajiet tal-kombustjoni li jaħarqu biss il-fjuwils gassużi.

(10)  Il-monitoraġġ ta' N u S fil-fjuwil jew l-alimentazzjoni jista' ma jkunx meħtieġ meta jitwettaq kejl kontinwu tal-emissjonijiet ta' NOX u SO2 fiċ-ċumnija.

(11)  In-naħa ta' fuq tal-medda hija assoċjata ma' konċentrazzjonijiet ogħla fid-dħul ta' NOX, rati ta' tnaqqis ogħla ta' NOX u t-tixjiħ tal-katalizzatur.

(12)  In-naħa t'isfel tal-medda hija assoċjata mal-użu tat-teknika SCR.

(13)  Mhux il-parametri u l-frekwenzi tal-kampjunar kollha huma applikabbli għall-effluwent mis-siti tar-raffinar tal-gass.

(14)  Jirreferi għal kampjun aggregat proporzjonali għall-fluss meħud f'perjodu ta' 24 siegħa jew, sakemm tintwera stabbiltà suffiċjenti tal-fluss, minn kampjun proporzjonali għall-ħin.

(15)  Il-bidla mill-metodu attwali għal EN 9377-2 tista' tirrikjedi perjodu ta' adattament.

(16)  Meta l-korrelazzjoni fuq il-post tkun disponibbli, COD tista' tiġi sostitwita b'TOC. Il-korrelazzjoni bejn COD u TOC għandha tiġi elaborata fuq bażi skont il-każ. Il-monitoraġġ tat-TOC hija l-għażla preferuta minħabba li ma tiddependix fuq l-użu ta' komposti tossiċi ħafna.

(17)  Fejn in-nitroġenu totali huwa s-somma ta' nitorġenu Kjeldahl totali (TKN), nitrati u nitriti.

(18)  Meta tintuża n-nitrifikazzjoni/id-dentrifikazzjoni, jistgħu jinkisbu livelli taħt 15 mg/l.

(19)  Meta l-injezzjoni tal-antimonju (Sb) tintuża għall-passivazzjoni tal-metall, jistgħu jseħħu livelli ta' NOX sa 700 mg/Nm3. In-naħa t'isfel tal-medda tista' tinkiseb bl-użu tat-teknika SCR.

(20)  Huwa eskluż l-infiħ tan-nugrufun fil-bojler tal-CO u permezz tal-apparat għat-tkessiħ tal-gass.

(21)  In-naħa t'isfel tal-medda tista' tinkiseb b'ESP b'4 kampijiet.

(22)  Fejn selezzjoni ta' alimentazzjoni ta' ftit (eż. < 0,5 % w/w) kubrit (jew idrotrattament) u/jew l-purifikazzjoni hija applikabbli, għall-modalitajiet kollha tal-kombustjoni: naħa ta' fuq tal-medda BAT-AEL hija ≤ 600 mg/Nm3.

(23)  Hemm il-possibbiltà li dan ma jinkisibx meta l-bojler tal-CO ma jkunx qed jintuża b'tagħbija sħiħa.

(24)  In-naħa t'isfel tal-medda tista' tinkiseb b'ESP b'4 kampijiet.

(25)  Meta ESP ma tkunx applikabbli, jistgħu jseħħu valuri sa 150 mg/Nm3.

(26)  BAT-AEL jirreferi għall-emissjonijiet kombinati mit-turbina tal-gass u l-bojler tat-tqabbid supplimentari għall-irkupru, meta jkun preżenti.

(27)  Għall-fjuwil b'kontenut għoli ta' H2 (jiġifieri aktar minn 10 %), in-naħa ta' fuq tal-medda hija 75 mg/Nm3.

(28)  Għal unità eżistenti li tuża tisħin minn qabel għoli bl-arja (jiġifieri > 200 °C) jew b'kontenut ta' H2 fil-gass kombustibbli ogħla minn 50 %, in-naħa ta' fuq tal-medda ta' BAT-AEL hija 200 mg/Nm3.

(29)  Għall-unitajiet eżistenti < 100 MW żejt tal-kombustjoni għat-tqabbid b'kontenut ta' nitroġenu ogħla minn 0,5 % (w/w) jew bl-użu ta' tqabbid likwidu > 50 % jew l-użu tat-tisħin minn qabel tal-arja, jistgħu jseħħu valuri sa 450 mg/Nm3.

(30)  In-naħa t'isfel tal-medda tista' tinkiseb bl-użu tat-teknika SCR.

(31)  In-naħa t'isfel tal-medda tista' tinkiseb għall-unitajiet bl-użu tat-tekniki fil-punt tar-rimi.

(32)  In-naħa ta' fuq tal-medda tirreferi għall-użu ta' perċentwal għoli ta' żejt li qed jinħaraq u fejn it-tekniki primarji biss huma applikabbli.

(33)  Fil-konfigurazzjoni speċifika tat-trattament tal-RFG bi pressjoni operattiva ta' purifikazzjoni baxxa u b'gass kombustibbli tar-raffinerija b'proporzjon molari H/C ta' aktar minn 5, in-naħa ta' fuq tal-medda ta' BAT-AEL tista' tkun għolja sa 45 mg/Nm3.

(34)  It-tekniki ii u iii jistgħu ma jkunux ġeneralment applikabbli meta t-tankijiet ikunu dedikati għal prodotti li jirrikjedu s-sħana għall-ġestjoni likwida (eż. bitumen), u meta ma jkunx hemm il-possibbiltà ta' tixrid minħabba s-solidifikazzjoni.

(35)  Unità tal-qerda tal-fwar (eż. permezz tal-inċinerazzjoni) tista' tiġi sostitwita għal unità għall-irkupru tal-fwar, jekk l-irkupru tal-fwar ma jkunx sikur jew teknikament impossibbli minħabba l-volum tal-fwar li jiġi lura.

(36)  Valuri ta' kull siegħa f'operazzjoni kontinwa espressi u mkejla skont id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24).

(37)  Il-valur ta' taħt jinkiseb b'sistemi ibridi b'żewġ stadji. Il-valur ta' fuq jinkiseb b'adsorbiment bi stadju wieħed jew sistema ta' membrana.

(38)  Il-monitoraġġ tal-benżen jista' ma jkunx meħtieġ meta l-emissjonijiet ta' NMVOC huma fin-naħa t'isfel tal-medda.

(39)  Tista' ma tkunx applikabbli għar-raffineriji awtonomi tal-lubrikanti jew il-bitumen b'rilaxx ta' inqas minn 1 t/d ta' komposti ta' kubrit

(40)  L-effiċjenza tal-irkupru tal-kubrit hija kkalkolata tul il-katina tat-trattament kollha (inklużi l-SRU u t-TGTU) bħala l-frazzjoni ta' kubrit fl-alimentazzjoni li tiġi rkuprata fil-fluss tal-kubrit li jitwassal għall-fosos tal-ġbir.

Meta t-teknika applikata ma tinkludix l-irkupru tal-kubrit (eż. purifikazzjoni bl-ilma baħar), din tirreferi għall-effiċjenza tat-tneħħija tal-kubrit, bħala % ta' kubrit imneħħi mill-katina tat-trattament kollha.